2010D0183 — MT — 30.03.2010 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Frar 2010

li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

(2010/183/UE)

▼B

(ĠU L 083 30.3.2010, p. 19)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 070, 14.3.2015, p.  65 (2010/183/UE)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Frar 2010

li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

(2010/183/UE)

▼B



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-ħlasijiet ( 1 ) tal-Istati Membri u b’mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/458/KE ( 2 ), il-Kunsill ikkonċeda assistenza reċiproka lir-Rumanija u bid-Deċiżjoni 2009/459/KE ( 3 ), il-Kunsill ipprovda assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta’ żmien lir-Rumanija.

(2)

L-ambitu u l-intensità tar-reċessjoni ekonomika li qed taffettwa lir-Rumanija titlob għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet bin-nifs tal-assistenza finanzjarja bil-ħsieb li jittieħed kont tal-impatt tat-tnaqqis ikbar milli mistenni tal-PGD reali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) implimentazzjoni ta’ programm fiskali mfassal b’mod ċar fuq il-medda medja ta’ żmien sabiex l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern jinġieb taħt il-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD fi żmien stipulat u fi triq ta’ konsolidazzjoni li huma konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.”

(2) Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġits annwali għall-2010 u lil hinn, konsistenti mat-triq lejn il-konsolidazzjoni stabbilita fil-Memorandum ta’ Ftehim Supplementali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( 1 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.

( 3 ) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.