|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/392 |
1.6.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/392
tal-20 ta’ Frar 2026
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/577 fir-rigward tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza u ta’ kalkoli oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(9) u l-Artikolu 22(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-definizzjoni ta’ “internalizzatur sistematiku” stabbilita fl-Artikolu 4(1), il-punt (20) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik l-emenda ssostitwiet il-kriterji kwantitattivi biex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi bażi frekwenti, sistematika u sostanzjali b’valutazzjoni kwalitattiva kif ukoll illimitat din il-valutazzjoni għall-istrumenti ta’ ekwità biss, filwaqt li ħalliet il-possibbiltà għal ditta tal-investiment li tagħżel li ssir internalizzatur sistematiku għall-istrumenti mhux ta’ ekwità. Għalhekk, huwa meħtieġ li jitħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 (4) l-obbligu għaċ-ċentri tan-negozjar, għall-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APAs, approved publication arrangements) u għall-fornituri ta’ tape konsolidat (CTPs) li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom id-data meħtieġa biex iwettqu l-kalkoli stabbiliti fl-Artikoli minn 12 sa 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (5) li ntużaw biex jiġi vvalutat jekk il-kriterji kwantitattivi rilevanti ġewx issodisfati. |
|
(2) |
Għall-finijiet ta’ trasparenza u kalkoli oħra, id-data bħalissa hija rrapportata bl-użu tal-format XML. Sabiex tiġi riflessa l-prattika superviżorja attwali, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/577 jiġi emendat biex jispeċifika li l-format XML jenħtieġ li jintuża għad-data li tiġi rrapportata biex jitwettqu l-kalkoli li jseħħu f’dati stabbiliti minn qabel jew fi frekwenzi definiti minn qabel. |
|
(3) |
L-awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom bżonn jitolbu data fuq bażi ad hoc miċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs bħala parti mill-valutazzjoni tagħhom tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u ta’ wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu ta’ negozjar. Sabiex jippermettu t-twassil effiċjenti tad-data u l-konsolidazzjoni ma’ data simili minn sorsi oħra, jenħtieġ li l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti, fil-każ ta’ talbiet għal data ad hoc, ikunu jistgħu jispeċifikaw il-format li fih jenħtieġ li tiġi ppreżentata d-data. Sabiex jiġi minimizzat il-piż għall-parteċipanti fis-suq, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiddependu kemm jista’ jkun fuq settijiet tad-data eżistenti, inkluża d-data tat-tranżazzjonijiet irrapportata f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u jirrikorru għal talbiet għal data ad hoc meta jkun meħtieġ biss. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2024/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) emenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 billi estenda għal 5 snin l-obbligu li l-operaturi ta’ ċentri ta’ negozjar, APAs u CTPs jżommu rekords. Dik l-emenda jenħtieġ li tkun riflessa fir-Regolament Delegat (UE) 2017/577. |
|
(5) |
L-ESMA vvalutat jekk id-data tat-tranżazzjonijiet irrapportata f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tistax tintuża biex jiġi kkalkolat il-volum totali tan-negozjar fi strument finanzjarju fl-Unjoni u l-perċentwal tan-negozjar fi strument finanzjarju fl-Unjoni mwettaq skont l-eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Meta jitqiesu r-riżultati pożittivi ta’ dik il-valutazzjoni u l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż tar-rapportar għall-parteċipanti fis-suq, l-ESMA ħabbret li d-data tat-tranżazzjonijiet irrapportata f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 se tintuża biex tipprovdi kejl preċiż tal-volum totali tan-negozjar għal kull strument finanzjarju u l-perċentwali tan-negozjar skont l-eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza madwar l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar għaċ-ċentri tan-negozjar u s-CTPs għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti biex jirrapportaw lill-ESMA għall-finijiet tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fl-Artikolu 7, jenħtieġ li jitħassar. L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577, li jistabbilixxi l-formati tar-rapport għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, jenħtieġ li jitħassar ukoll. |
|
(6) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-ESMA bid-data li jkunu rċevew minn ċentru tan-negozjar, APA jew CTP għall-fini tal-obbligu ta’ negozjar għad-derivattivi. Sabiex tiġi riflessa l-prattika superviżorja attwali, fejn iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs jissottomettu d-data direttament lill-ESMA, jenħtieġ li minflok ikun meħtieġ rapportar dirett tad-data lill-ESMA. |
|
(7) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar il-limitazzjoni tal-volum ġie emendat bir-Regolament (UE) 2024/791 billi ġiet sostitwita l-limitazzjoni doppja tal-volum b’limitazzjoni unika tal-volum għall-Unjoni kollha stabbilita għal 7 %. Ir-Regolament (UE) 2024/791 neħħa wkoll mill-ambitu tat-tranżazzjonijiet soġġetti għal-limitu tal-volum lit-tranżazzjonijiet imwettqa skont l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (eżenzjoni għat-tranżazzjonijiet innegozjati għall-istrumenti likwidi), u ppermetta liċ-ċentri tan-negozjar jissospendu l-użu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament (eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza) abbażi tad-data tan-negozjar ippubblikata mill-ESMA fuq bażi trimestrali. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) introduċiet definizzjoni armonizzata ta’ “format li jinqara mill-magni” applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577 dwar ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għall-ESMA għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-volum jiġi emendat biex jirrifletti dawk il-bidliet. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/577 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-ESMA. |
|
(10) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/577 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Kontenut tat-talbiet tad-data u informazzjoni li għandha tiġi rapportata 1. Għall-kalkoli li jokkorru f’dati stabbiliti minn qabel jew fi frekwenzi definiti minn qabel, iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jipprovdu lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bid-data kollha meħtieġa biex iwettqu l-kalkoli stabbiliti fir-Regolamenti li ġejjin:
2. It-talbiet mill-ESMA u mill-awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni ad hoc għall-finijiet tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun fihom l-isem tal-entità relatriċi u kwalunkwe dettall meħtieġ għall-fini tat-talba. 3. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs, u s-CTPs għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bid-data kollha li l-ESMA għandha tqis skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2020 għall-istrumenti finanzjarji mhux tal-ekwità, inkluża data dwar dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(4) |
l-Artikoli 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 4 Format tat-talbiet tad-data 1. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-data msemmija fl-Artikolu 2(1) f’format XML komuni. 2. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs, u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-data msemmija fl-Artikolu 2, (2) u (3), fil-format speċifikat fit-talba. Artikolu 5 It-tip ta’ data li għandha tinħażen u l-perjodu ta’ żmien li ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs għandhom jaħżnu d-data 1. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs, u s-CTPs għandhom jaħżnu d-data kollha meħtieġa biex iwettqu l-kalkoli msemmija fl-Artikolu 2(1) għal 5 snin, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkunx saret pubblika. 2. Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs, u s-CTPs għandhom jaħżnu d-data kollha li l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu f’konformità mal-Artikolu 2, (2) u (3), għal 5 snin, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkunx saret pubblika.” |
|
(5) |
jitħassar l-Artikolu 6; |
|
(6) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għall-ESMA għal-limitazzjoni tal-volum 1. L-ESMA għandha tippubblika l-kejl tal-volum totali ta’ kummerċ għal kull strument finanzjarju fit-12-il xahar preċedenti u tal-perċentwali tan-negozjar skont l-eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza madwar l-Unjoni fit-12-il xahar preċedenti, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, sa mhux aktar tard mill-22.00 CET fis-7 jum tax-xogħol wara l-aħħar ta’ Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta’ kull sena kalendarja. 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippubblikata mingħajr ħlas u f’format li jinqara mill-magni u mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u kif speċifikat fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/567. 3. Meta strument finanzjarju jiġi nnegozjat f’aktar minn munita waħda madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tikkonverti l-volumi kollha f’euro bl-użu tar-rati tal-kambju medji kkalkulati abbażi tar-rati tal-kambju ta’ referenza barrani tal-euro ppubblikati ta’ kuljum mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq is-sit web tiegħu fit-12-il xahar preċedenti. L-ESMA għandha tuża dawk il-volumi konvertiti għall-kalkolu u l-pubblikazzjoni tal-volum totali tan-negozjar u tal-perċentwali tan-negozjar skont l-eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza madwar l-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1. (*1) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).”;" () Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).”; |
|
(8) |
l-Anness jitħassar. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L, 2024/790, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/790/oj).
(3) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 tat-13 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza u ta’ kalkoli oħra (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 174, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/577/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/565/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2024/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tapes konsolidati, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għall-fluss tal-ordnijiet (ĠU L, 2024/791, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/791/oj).
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/392/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)