European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5276

9.10.2026

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2026/5276)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 169, fin-Nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura tan-NM “ 3004 Medikamenti (ħlief l-oġġetti tal-intestatura 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għall-użi terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f’dożi mkejla (inkluż dawk f’forma ta’ sistemi ta’ somministrazzjoni transdermali) jew f’forom jew f’pakki għall-bejgħ bl-imnut ”, fit-tieni kolonna tal-entrata “Sulfat tal-glukożammina” tiżdied in-nota tat-tabella li ġejja:

“(*)

Id-doża definita ta’ kuljum (DDD) ta’ 1,5 g għas-‘sulfat tal-glukożammina’ fl-indiċi ATC-DDD hija bbażata fuq is-sustanza sulfat tal-bis(2-ammonjo-2-deossi-D-glukożju) (CAS RN 14999-43-0; Formula Molekulari (C6H13NO5)2•H2SO4; Mw 456,42 g/mol).”

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5276/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)