23.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1421

tat-22 ta’ Awwissu 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati, mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Iż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, iż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u ż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawn l-addittivi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati miksuba mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu.

(4)

L-applikant talab li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati ukoll biex jintużaw fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti aromatizzanti għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma jingħatax permess li dawn l-addittivi jintużaw fl-ilma tax-xorb.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, iż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, iż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ u ż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Iżda ma setgħet tikkonkludi xejn dwar l-effetti fuq il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali li normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, iż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u ż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn, u bħala sensitizzaturi tal-ġilda u respiratorji. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi.

(7)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll, li huwa magħruf li ż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, iż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u ż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati li jinkisbu mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck jagħtu t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, u għalhekk ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, iż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u ż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati miksubin mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta’ dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi awtorizzat.

(9)

Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet biex isir kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni fuq it-tikketta tal-premixxeli.

(10)

Il-fatt li l-addittivi mhumiex awtorizzati biex jintużaw bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix li jintużaw fl-għalf kompost, li fih jiżdiedu permezz tal-ilma.

(11)

Peress li ma hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Marzu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2021;19(11):6891.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b143-eo

Żejt essenzjali espress tal-larinġ

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali espress tal-larinġ mill-qxur tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck (1).

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali miksub bit-tagħsir fil-kiesaħ tal-qoxra tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (2).

Fil-frazzjoni volatili:

 

d-Limonen: 93-97 %

 

Mirċen: 1,5-3,5 %

 

Sabinen: 0,1-1,0 %

 

α-Pinen: 0,4-0,8 %

 

Linalol: 0,1-0,7 %

 

Dekanal: 0,1-0,7 %

 

Ottanal: 0,1-0,6 %

 

Perillaldeid: < 0,05 %

 

Numru CAS: 8028-48-6

 

Numru EINECS: 232-433-8

 

Numru FEMA: 2825

 

Numru CoE: 143

Metodu analitiku  (3)

Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (abbażi ta’ ISO 3140)

Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħra ta’ pollam tas-simna:

Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħra ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir:

Dundjani tas-simna

-

-

80

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Huwa permess it-taħlit ma’ addittivi botaniċi oħra dment li l-ammonti tal-perillaldeid li jinżied mal-għalf permezz ta’ dawn it-taħlitiet ikun inqas minn dak li jirriżulta bl-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew irrakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija tal-annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

12.9.2032

Is-Suidae tas-simna kollha

-

-

172

Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae

-

-

144

Ħnieżer nisa

-

-

200

Ruminanti

-

-

130

Żwiemel

-

-

230

Fniek

Ħut għajr il-ħut ornamentali

-

-

50

Speċijiet oħra

-

-

50


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b143-di

Żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ

Kompożizzjoni tal-addittiv

Distillat (frazzjoni volatili) taż-żejt essenzjali tal-larinġ li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Frazzjoni volatili mid-distillazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ (ippressat fil-kiesaħ), li jinkiseb mill-qoxra tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (4).

 

d-Limonen: 93-97,5 %

 

Mirċen: 1,5-3,5 %

 

Sabinen: 0,2-1,0 %

 

α-Pinen: 0,3-0,8 %

 

Linalol: 0,05-0,5 %

 

Ottanal: 0,05-0,4 %

 

Perillaldeid: < 0,005 %

 

Numru CAS: 8028-48-6

 

Numru CoE: 143

Metodu analitiku  (5)

Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (abbażi ta’ ISO 3140)

Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħra ta’ pollam tas-simna:

Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħra ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir:

Dundjani tas-simna

-

-

80

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Huwa permess it-taħlit ma’ addittivi botaniċi oħra dment li l-ammonti tal-perillaldeid li jinżied mal-għalf permezz ta’ dawn it-taħlitiet ikun inqas minn dak li jirriżulta bl-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew irrakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija tal-annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

12.9.2032

Suidae

-

-

200

Ruminanti

-

-

130

Żwiemel

-

-

225

Fniek

Ħut għajr il-ħut ornamentali

-

-

80

Speċijiet oħra

-

-

80


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b143-f

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat miksub mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qoxra tal-frott tas-Citrus sinensis (L) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (6).

 

Frazzjoni mhux volatili: 10,5 %

 

Fil-frazzjoni volatili:

 

d-Limonen: 89-96 %

 

Dekanal: 0,5-2 %

 

Linalol: 0,7-1,7 %

 

Mirċen: 0,1-1,0 %

 

Ġeranjal: 0,1-1,0 %

 

Perillaldeid: < 0,3 %

 

Numru CAS: 8028-48-6

 

Numru FEMA: 2822

Metodu analitiku  (7)

Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (abbażi ta’ ISO 3140)

Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħra ta’ pollam tas-simna:

-

-

15,5

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Huwa permess it-taħlit ma’ addittivi botaniċi oħra dment li l-ammonti tal-perillaldeid li jinżied mal-għalf permezz ta’ dawn it-taħlitiet ikun inqas minn dak li jirriżulta bl-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew irrakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija tal-annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

12.9.2032

Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħra ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir:

-

-

23,5

Dundjani tas-simna

-

-

21

Is-Suidae tas-simna kollha

-

-

34

Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae

-

-

28,5

Ħnieżer nisa

-

-

41,5

Għoġġiela (sostitut tal-ħalib)

-

-

66,5

Ruminanti tas-simna

-

-

62,5

Ruminanti tal-ħalib

-

-

40,5

Żwiemel

-

-

62,5

Fniek

-

-

25

Ħut għajr il-ħut ornamentali

-

-

70

Speċijiet oħra

-

-

15,5


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b143-f-i

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat miksub mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qoxra tal-frott tas-Citrus sinensis (L) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (8).

Frazzjoni mhux volatili: 20,9 %

Fil-frazzjoni volatili:

 

d-Limonen: 79-89 %

 

Dekanal: 3,0-5,0 %

 

Linalol: 2,0-5,0 %

 

Mirċen: 0,1-1,0 %

 

Ġeranjal: 0,5-1,8 %

 

Perillaldeid: < 0,6 %

 

Numru CAS: 8028-48-6

 

Numru FEMA: 2822

Metodu analitiku  (9)

Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (abbażi ta’ ISO 3140)

Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħra ta’ pollam tas-simna:

-

-

5,5

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Huwa permess it-taħlit ma’ addittivi botaniċi oħra dment li l-ammonti tal-perillaldeid li jinżied mal-għalf permezz ta’ dawn it-taħlitiet ikun inqas minn dak li jirriżulta bl-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew irrakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija tal-annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

12.9.2032

Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħra ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir:

-

-

8

Dundjani tas-simna

-

-

7

Is-Suidae tas-simna kollha

-

-

11,5

Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae:

-

-

9,5

Ħnieżer nisa

-

-

14

Għoġġiela (sostitut tal-ħalib)

-

-

23

Ruminanti tas-simna

-

-

21,5

Ruminanti tal-ħalib

-

-

14

Żwiemel

-

-

21,5

Fniek

-

-

8,5

Ħut għajr il-ħut ornamentali

-

-

24,5

Speċijiet oħra

-

-

5,5


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b143-f-ii

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt tal-larinġ ikkonċentrat miksub mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taċ-ċejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qoxra tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (10).

Frazzjoni mhux volatili: 18 %

Fil-frazzjoni volatili:

 

d-Limonen: 85-95 %

 

Linalol: 0,5-4 %

 

Numru CAS: 8028-48-6

 

Numru FEMA: 2822

Metodu analitiku  (11)

Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (abbażi ta’ ISO 3140)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

—

Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħra tal-pollam tas-simna, tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħra mrobbijin għall-bajd u għat-tnissil, dundjani tas-simna, Suidae: 50 mg;

—

Għoġġiela (sostitut tal-ħalib): 70 mg;

—

Ruminanti għajr in-nagħaġ u l-mogħoż: 60 mg;

—

Nagħaġ u mogħoż: 70 mg;

—

Ħut, ħut ornamentali: 2 mg:

—

Annimali terrestri oħrajn: 50 mg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tal-premixxela meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tal-premixxela tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

12.9.2032


(1)  Sinonimi: Citrus sinensis (L.) Pers., Citrus aurantium (L.) Dulcis.

(2)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(4)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(6)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(8)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)

(9)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(10)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)

(11)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en