European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5877

30.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Lulju 2024

li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex idaħħal korrezzjonijiet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tad-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Litwanja, l-Awstrija u l-Portugall fir-Reġistru tal-Unjoni

(C/2024/5877)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3), it-tieni-subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ppreżentaw il-lista tal-installazzjonijiet fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE lill-Kummissjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 (3), il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni għal-listi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE kif ippreżentati mill-Belġju, mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, min-Netherlands, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja, mis-Slovakkja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja, għajr kif stabbilit fl-Artikolu 1 u fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Istati Membri ddeterminaw u nnotifikaw l-ammonti annwali preliminari ta’ kwoti bla ħlas għal kull installazzjoni bl-użu tal-valuri tal-parametru referenzjarju riveduti ddeterminati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 (4), skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (5).

(4)

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 (6), ġie ddeterminat li ma jeħtieġ li jiġi applikat l-ebda aġġustament lill-ammonti annwali preliminari tal-kwoti bla ħlas skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, peress li d-domanda ma qabżitx l-ammont massimu.

(5)

Id-Danimarka nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2024. Għall-installazzjoni Dk-342, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali.

(6)

Il-Ġermanja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2024. Il-fatturi ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni EAF tal-azzar bil-karbonju u tas-subinstallazzjoni tal-azzar illigat ħafna EAF ġew ikkoreġuti għall-installazzjoni DE-67. Għall-installazzjoni DE-201900, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali.

(7)

Franza nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Lulju 2024. Fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali oriġinali, l-installazzjoni FR-217260 ġiet irrappurtata bin-numru tal-kont tar-reġistru żbaljat. In-numru permanenti l-ġdid ġie sostitwit min-numru ta’ identifikazzjoni FR-461. Is-subinstallazzjoni tal-fjuwil tħassret, u l-livell storiku tal-attività tas-subinstallazzjoni tas-sħana ġie kkoreġut għall-installazzjoni FR-90. Għall-installazzjoni FR-205489, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Għall-installazzjoni FR-203838, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(8)

Il-Kroazja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittri bid-dati tas-26 ta’ Frar 2024 u tas-27 ta’ Ġunju 2024. Il-fattur ta’ skambjabbiltà tal-elettriku fis-subinstallazzjoni EAF tal-azzar bil-karbonju.għall-installazzjoni HR-204295, ġie kkoreġut. Għall-installazzjoni HR-203853, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess. Għall-installazzjoni HR-205104, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess. Għall-installazzjoni HR-205683, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tad-dolim.

(9)

L-Italja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tat-28 ta’ Frar 2024. L-istallazzjoni l-IT-219761 ġiet stallata għall-allokazzjoni bla ħlas fil-qafas tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet bin-numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru kkoreġut. In-numru permanenti l-ġdid ġie sostitwit bin-numru ta’ identifikazzjoni T-new-2168.

(10)

Il-Litwanja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-20 ta’ Frar 2024. Għall-installazzjoni LT-38, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali.

(11)

L-Awstrija nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittri bid-dati tat-8 ta’ April 2024, it-23 ta’ Mejju 2024, u l-11 ta’ Ġunju 2024. Għall-installazzjoni AT-47, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana. Għall-installazzjoni AT-142, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana għall-installazzjoni AT-27. Għall-installazzjoni AT-28, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(12)

Il-Portugal innotifika xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-14 ta’ Ġunju 2024. Għall-installazzjoni PT-59, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana.

(13)

It-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali huma f’konformità mal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u mad-Deċiżjoni (UE) 2021/355.

(14)

Għalhekk huwa xieraq li l-amministratur ċentrali jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-korrezzjonijiet fir-Reġistru tal-Unjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni qed jingħata l-istruzzjoni biex idaħħal il-korrezzjonijiet tat-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tad-Danimarka, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, tal-Litwanja, tal-Awstrija u tal-Portugall bl-ammonti annwali finali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025, kif stipulat fl-Anness, fir-Reġistru tal-Unjoni.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2024

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)   ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 221, http://data.europa.eu/eli/dec/2021/355/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/447/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 tal-31 ta’ Mejju 2021 li tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-aġġustament ta’ allokazzjonijiet bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 (ĠU L 203, 9.6.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/927/oj).


ANNESS I

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Id-Danimarka

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

DK000000000000342

342

Aalborg Portland A/S

Aalborg Portland A/S

1 537 563

1 537 563

1 537 563

1 537 563

1 537 563

7 687 815


TOTAL

1 537 563

1 537 563

1 537 563

1 537 563

1 537 563

7 687 815


ANNESS II

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Ġermanja

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

DE000000000000067

67

Elektrostahlwerk

ArcelorMittal Hamburg GmbH

64 391

64 391

64 391

64 391

64 391

321 955

DE000000000201900

201900

Oxo-Anlage

Evonik Oxeno GmbH & Co. KG

11 139

11 139

11 139

11 139

11 139

55 695


TOTAL

75 530

75 530

75 530

75 530

75 530

377 650


ANNESS III

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Stat Membru

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

FR000000000000090

90

EGGER Panneaux et Décords

EGGER Panneaux et Décords

53 294

53 294

53 294

53 294

53 294

266 470

FR000000000000461

461

CHR Nancy-BRABOIS

Seev

 

 

 

 

 

0

FR000000000203838

203838

ADISSEO Les Roches

ADISSEO - Roches

101 593

101 593

101 593

101 593

101 593

507 965

FR000000000205489

205489

Sociéte de Véhicules Automobiles de Batilly- SOVAB

Sociéte de Véhicules Automobiles de Batilly-SOVAB

5 620

5 620

5 620

5 620

5 620

28 100

FR000000000217260

217260

CHR Nancy-BRABOIS

Seev

694

694

694

694

694

3 470


TOTAL

161 201

161 201

161 201

161 201

161 201

806 005


ANNESS IV

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Kroazja

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

HR000000000205104

205104

Dilj d.o.o. pogon Našice

Dilj d.o.o.

4 326

4 326

4 326

4 326

4 326

21 630

HR000000000205683

205683

INTERCAL Croatia d.o.o. Pogon II

InterCal Croatia d.o.o.

45 072

45 072

45 072

45 072

45 072

225 360

HR000000000203853

203853

Wienerberger d.o.o. Pogon Karlovac

Wienerberger d.o.o.

9 493

9 493

9 493

9 493

9 493

47 465

HR000000000204295

204295

Acciaierie Bertoli Safau Sisak d.o.o.

Acciaierie Bertoli Safau Sisak d.o.o.

7 523

7 523

7 523

7 523

7 523

37 615


TOTAL

66 414

66 414

66 414

66 414

66 414

332 070


ANNESS V

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: L-Italja

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

IT000000000219761

219761

SANTA MARIA srl Stabilimento di Filo

SANTA MARIA srl

0

0

6 870

6 870

6 870

20 610


TOTAL

0

0

6 870

6 870

6 870

20 610


ANNESS VI

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Litwanja

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

LT000000000000038

38

UAB “Mažeikių šilumos tinklai” katilinė

UAB “Mažeikių šilumos tinklai”

7 189

7 189

7 189

7 189

7 189

35 945


TOTAL

7 189

7 189

7 189

7 189

7 189

35 945


ANNESS VII

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: L-Awstrija

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

AT000000000000027

27

OMV AUT Gasstation Aderklaa II

OMV Austria Exploration & Production GmbH

2 837

2 837

2 837

2 837

2 837

14 185

AT000000000000028

28

OMV AUT Gasstation Aderklaa I

OMV Austria Exploration & Production GmbH

5 794

5 794

5 794

5 794

5 794

28 970

AT000000000000047

47

AGRANA Gmünd

AGRANA Stärke GmbH

22 255

22 255

22 255

22 255

22 255

111 275

AT000000000000142

142

Jungbunzlauer Wulzeshofen

Jungbunzlauer Austria AG

175 346

175 346

175 346

175 346

175 346

876 730


TOTAL

206 232

206 232

206 232

206 232

206 232

1 031 160


ANNESS VIII

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021-2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Portugall

ID tal-istallazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-istallazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

PT000000000000059

59

Sidul Açúcares, Unipessoal Lda

Sidul Açúcares, Unipessoal Lda.

12 928

12 596

12 263

11 931

11 599

61 317


TOTAL

12 928

12 596

12 263

11 931

11 599

61 317


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5877/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)