Official Journal L 284 , 01/11/1994 P. 0026 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0134
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0134
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2659/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 dwar regoli ddettaljati għall-konċessjoni ta' ħażna privata għall-ġobnijiet Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Lulju 1968 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1880/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 8(4) tiegħu, Billi r-Regolament (KE) Nru 1880/94 ħassar l-arranġamenti ta' intervent għall-ġobnijiet Grana padano u Parmigiano-Reggiano; billi, b'riżultat ta' dan, għandu jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/68 tas-27 ta' Lulju 1968 dwar regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat intervent fis-suq ta' l-ġobnijiet Grana padano u Parmigiano-Reggiano [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1003/94 [4]; Billi, b'riżultat tan-numru kbir ta' emendi magħmula lir-Regolament (KEE) Nru 1107/68, u f'ġieħ iċ-ċarezza, dan ir-Regolament għandu jiġi mħassar u d-dispożizzjonijiet dwar l-iskema tal-ħażna privata għandhom jiġu stabbiliti f'Regolament ġdid; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2496/78 tas-26 ta' Ottubru 1978 dwar regoli ddettajati għall-konċssjoni ta' għajnuna għall-ħażna privata lill-ġobon Provolone [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1002/94 [6], għandu wkoll jiġi mħassar u d-dispożizzjonijiet tiegħu integrati fir-Regolament il-ġdid, bil-ħsieb tal-fatt illi l-bażijiet legali huma identiċi u r-regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni huma ekwivalenti; Billi Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 li jiffissa l-okkorrenzi operattivi għar-rata tal- kambju fil-biedja li tapplika għall-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 180/94 [8], jistabbilixxi r-rata tal-kambju li trid tiġi applikata skond l-għajuna għall-miżuri tal-ħażna privata fis-settur tal-ħalib; Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADDOTTAT DAN IR-REGOALMENT: Artikolu 1 Il-konċessjoni tal-għajnuna għall-ħażna privata pprovvduta f'Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 għandha tkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-kuntratti dwar il-ħażna privata għandhom jiġu konklużi bejn l-aġenzija ta' l-intervent innominata mill-Istat Membru u persuna naturali jew legali, minn issa 'l quddiem riferita bħala "il-kuntrattur". Artikolu 3 Il-konklużjoni tal-kuntratti għall-ħażna privata għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-ġobnijiet jrid ikollhom il-għomor minimu pprovdut fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 dwar id-data meta tibda l-ħażna taħt il-kuntratt u ma reditx tkun is-suġġett ta' kuntratt tal-ħażna qabel; (b) kull lott ta' l-ġobnijiet kopert bil-kuntratt irid jiżen mill-inqas żewġ tunnellati metriċi; (ċ) l-ġobnijiet jridu ikun ta' kwalità b'saħħitha u tajba sabiex titqiegħed fis-suq u jkunu ttimbrata b'mod li ma jitħassarx bi: - il-marka maħruġa mill-aġenzija maħtura mill-Istat Membru, - in-numru ta' l-impriża li tkun iffabbrikathom, - ix-xahar tal-fabbrikazzjoni, li jista' jkun f'kodiċi, - marka speċjali tal-ħażna mqiegħda fuq l-ġobnijiet meta jittieħdu għall-ħażna sabiex tiddistingwihom minn dawk li mhumiex koperti b'kuntratt tal-ħażna; (d) min jieħu ħsieb il-maħżen irid jimpenja ruħu li: - matul l-iskond tal-kuntratt, ma jbiddilx il-kompożizzjoni tal-lott li jkun bla ħsara għall-kuntratt mingħajr l-awtorizazzjoni minn qabel mill-aġenzija ta' l-intervent. Jekk tissokta tiġi sodisfatta l-kondizzjoni li tirrigwarda l-kwantità minima ffissata għal kull lott, l-aġenzija ta' l-intervent tista' tawtorizza bidla li tkun limitata għat-tneħħijja jew il-bdil ta' l-ġobnijiet li jkunu misjuba li ddeterjoraw hekk illi ma jkunux jistgħu jinħażnu iktar. Fl-eventwalità tar-rilaxx ta' ċertu kwantitajiet mill-ħażna: (i) jekk il-kwantitajiet imsemmija hawn fuq jiġu mibdula bl-awtorizazzjoni ta' l-aġenzija ta' l-intervent, il-kuntratt jiġi meqjus li ma jkun għadda minn l-ebda bidla; (ii) jekk il-kwantitajiet imsemmija hawn fuq ma jiġux mibdula, il-kuntratt jitqies li jkun ġie konkluż ab initio għall-kwantità miżmuma b'mod permanenti. Kull spiża superviżorja li tinħoloq minn bidla trid tinġarr minn dak li jieħu ħsieb il-maħżen, - għalbiex iżomm ir-reġistri tal-ħażna u għalbiex jittrasmetti ta' kull ġimgħa lill-aġenzija ta' l-intervent id-dettalji tad-dħul u ta' l-irtirar matul il-ġimgħa ta' qabel, - għalbiex jippermetti lill-korpi kompetenti li jagħmlu kontrolli f'kull ħin skond l-obbligi tal-kuntratt. Artikolu 4 Il-kuntratt tal-ħażna għandu jiġi konkluż: (a) bil-miktub u għandu jispeċifika d-data ta' meta tibda l-ħażna taħt kuntratt, il-kwantità ta' l-ġobnijiet koperti bil-kuntratt u l-ammont tal-għajnuna; (b) wara t-tkomplija ta' l-operazzjonijiet tal-ħażna għal-lott tal-ġobon kopert bil-kuntratt, imma mhux iktar tard minn 40 jum wara d-data li fiha tibda l-ħażna taħt kuntratt. Artikolu 5 1. Il-għajnuna tista' tiġi konċessa biss għal perjodu taż-żmien li jaqbeż is-60 jum imma ma jaqbiżx: - il-180 jum fil-każ tal-Grana padano, - il-255 jum fil-każ tal-Parmigiano-Reggiano, - il-150 jum fil-każ tal-Provolone. 2. L-ewwel jum tal-perjodu taż-żmien tal-ħażna taħt il-kuntratt għandu jkun il-jum wara dak li fih il-lott ta' l-ġobnijiet koperti bil-kuntratt jitqiegħed taħt il-kontroll tal-korp kompetenti. 3. Il-ħidmiet tal-ħruġ mill-ħażna jistgħu jibdew fil-jum wara l-aħħar jum tal-perjodu taż-żmien tal-ħażna taħt il-kuntratt. 4. Minkejja l-ewwel inċiż ta' Artikolu 3(d), meta jkun skada l-perjodu taż-żmien ta' 60 jum riferit fil-paragrafu 1, il-kuntrattur jista' joħroġ mill-ħażna l-lott kollu taħt il-kuntratt jew parti minnu. Il-kwantità minima li tista' tinħareġ mill-ħażna għandha tkun ta' 500 kilogramma. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu din il-kwantità b'żewġ tunnellati metriċi. Artikolu 6 1. L-ammont tal-għajnuna għall-ġobon fil-ħażna privata għandu jkun kif ġej: (a) 100 ECU għal kull tunnellata metrika għall-ispejjeż fissi; (b) 0,35 ECU għal kull tunnellata metrika għal kull jum tal-ħażna taħt kuntratt għall-ispejjeż tal-maħżen; (ċ) ammont għall-ispejjeż finanzjarji, fl-ECU għal kull tunnellata metrika għal kull jum tal-ħażna taħt kuntratt, kif ġej: - 1,10 fil-każ tal-Grana Padano, - 1,20 fil-każ tal-Parmiggiano-Reggiano, - 0,80 fil-każ tal-Provolone. 2. L-ammont tal-għajnuna fl-ECU li japplika rigward il-kuntratt tal-ħażna għandu jkun dak li japplika fl-ewwel jum tal-ħażna taħt il-kuntratt. 3. Il-għajnuna għandha tiġi mħallsa fi żmien 90 jum mill-aħħar jum tal-ħażna li għaliha jkun hemm intitolament għall-għajnuna. Artikolu 7 1. L-Istat Membru għandu jiżgura illi l-kondizzjonijiet li jikkonċedu l-intitolment għall-ħlas tal-għajnuna jiġu mwettqa. 2. Il-kuntrattur għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-verifika tat-twettiq tal-miżura kull dokumentazzjoni li tippermetti li jiġu vverifikati l-partikolaritajiet li ġejjin dwar il-prodotti mqiegħda fil-ħażna privata: (a) il-pussess fil-ħin tad-dħul fil-ħażna; (b) l-oriġini u d-data tal-produzzjoni ta' l-ġobnijiet; (ċ) id-data tad-dħul fil-ħażna; (d) il-preżenza fil-maħżen; (e) id-data tal-ħruġ mill-maħżen. 3. Il-kuntrattur jew, meta japplika, l-operatur tal-maħżen għandu jżomm reġistri tal-ħażna disponibbli fil-maħżen, li jkopru: (a) l-identifikazzjoni, skond in-numru tal-kuntratt, tal-prodotti mqiegħda fil-ħażna privata; (b) id-dati tad-dħul fil-ħażna jew tal-ħruġ minnha; (ċ) in-numru ta' l-ġobnijiet u l-piż tagħhom, indikat għal kull lott; (d) il-lokazzjoni tal-prodotti fil-maħżen. 4. Il-prodotti maħżuna jridu jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u jridu jkunu identifikati individwalment skond il-kuntratt. 5. Mad-dħul fil-ħażna, il-korp kompetenti għandu jagħmel kontrolli b'mod partikolari sabiex jiżgura illi l-prodotti maħżuna huma eleġibli għall-għajnuna u sabiex jipprevjieni kull bidla tal-prodotti matul il-ħażna taħt il-kuntratt, mingħajr preġudizzju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(d). 6. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontrolli għandhom jindaħlu li: (a) jagħmlu kontroll għall-għarrieda biex jaraw illi l-prodotti jkunu preżenti fil-maħżen. Il-kampjun interessat irid ikun rappreżentattiv u jrid jikkorrespondi għal mill-inqas 10 % tal-kwantità ġenerali skond il-kuntratt ta' miżura tal-għajnuna lil ħażna privata. Dawn il-kontrolli jridu jinkludu, b'żieda ma' l-eżami tar-reġistri riferiti fil-paragrafu 3, kontroll fiżiku tal-piż u n-natura tal-prodott u l-identifikazzjoni tiegħu. Dawn il-kontrolli fiżiċi jridu jkollhom x'jaqsmu ma' mill-inqas 5 % tal-kwantità bla ħsara għall-kontrolli għall-għarrieda; (b) jagħmlu kontroll sabiex jaraw illi l-prodotti jkunu preżenti fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-ħażna taħt il-kuntratt. 7. Il-kontrolli skond il-paragrafi 5 u 6 iridu jkun bla ħsara għal rapport li jiddikjara: - id-data tal-kontroll, - it-tul taż-żmien tiegħu, - il-ħidmiet magħmula. Ir-rapport irid ikun iffirmat minn uffiċċjal responsabli u kontro-ffirmat mill-kuntrattur jew, fejn japplika, minn min jieħu ħsieb il-maħżen. 8. Fil-każ ta' irregolaritajiet li jaffettwaw mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet prodotti bla ħsara għall-kontrolli, l-aħħar wieħed għandu jiġi estiż għal kampjun ikbar li jrid jiġi stabbilit mill-korp kompetenti. L-Istat Membru għandu jinnotifika dawn il-każijiet lill-Kummissjoni fi żmien erbat ijiem. 9. L-Istat Membru jista' jiprovdi biex l-ispejjeż tal-kontrolli jiġu miġrura fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom mill-kuntrattur. Artikolu 8 Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1107/68 u (KEE) Nru 2496/78 huma hawnhekk imħassra. Madanakollu, għandhom jissoktaw japplikaw għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolaament. Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Ottubru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 21. [3] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p. 29. [4] ĠU L 111, tat-30.4.1994, p. 77. [5] ĠU L 300, tas-27.10.1978, p. 24. [6] ĠU L 111, tat-30.4.1994, p. 76. [7] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 48. [8] ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 38. --------------------------------------------------