2009D0356 — MT — 16.12.2011 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2009

tal-21 ta' April 2009

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/356/PESK)

(ĠU L 109, 30.4.2009, p.52)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/5/2009 tal-10 ta’ Ġunju 2009

  L 148

34

11.6.2009

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/7/2009 tat-2 ta’ Ottubru 2009

  L 270

19

15.10.2009

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/1/2010 tal-5 ta’ Marzu 2010

  L 83

20

30.3.2010

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/5/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011

  L 335

79

17.12.2011




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2009

tal-21 ta' April 2009

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/356/PESK)



IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja ( 1 ) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi,

Billi:

(1)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forzi fis-17 ta' Novembru 2008, is-16 ta' Diċembru 2008 u d-19 ta' Marzu 2009.

(2)

Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar kontribut min-Norveġja mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-UE (EUMC), il-kontribut min-Norveġja għandu jiġi aċċettat.

(3)

Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:



▼M4

Artikolu 1

Kontributi ta’ Stati Terzi

Konsegwentement għall-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontributi min-Norveġja, il-Kroazja, il-Montenegro, l-Ukraina u s-Serbja għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).

▼B

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.



( 1 ) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.