European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2846

21.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2846

tal-20 ta’ Diċembru 2023

dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sustanza estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dik is-sustanza ddaħħlet fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti li tagħmel parti mill-kategorija “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-applikant talab li l-addittiv jiġi awtorizzat biex jintuża wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv fl-ilma tax-xorb jenħtieġ li ma jiġix permess.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Novembru 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-estratt li qed jiġi vvalutat mhuwiex irritant għall-għajnejn iżda li fin-nuqqas ta’ data, ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tiegħu li jkun irritant tal-ġilda u sensitizzatur dermali u respiratorju. Barra minn hekk ikkonkludiet li minħabba li s-sustanza hija rikonoxxuta li tagħti t-togħma lill-ikel u billi l-funzjoni tagħha fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħha. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ din is-sustanza jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li minħabba l-effett possibbli ta’ dan l-estratt bħala prodott mediċinali u effetti żootekniċi oħra possibbli tiegħu, jenħtieġ li jiġi stabbilit livell massimu sabiex dan l-addittiv ma jitħalliex jintuża għal skopijiet oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(7)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dik is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-10 ta’ Jannar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta’ Jannar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-10 ta’ Jannar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta’ Jannar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-10 ta’ Jannar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2022;20(12):7699.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

 

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b2972-ex

Estratt tal-quebracho aħmar

Kompożizzjoni tal-addittiv

Estratt tal-injam tas- Schinopsis balansae Engl. jew tas-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Estratt ta’ tannini kondensati mill-quebracho aħmar

Estratt miksub mill-injam tas- Schinopsis balansae Engl. jew tas-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. permezz tal-fwar taħt pressjoni, filtrazzjoni ulterjuri, konċentrazzjoni u tnixxif bl-atomizzazzjoni tas-soluzzjoni kkonċentrata kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

Speċifikazzjonijiet

Tannini kondensati: 70-87 %

Numru CAS: 90106-04-0 għas-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl.

Numru FEMA: 2972

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tat-tannini kondensati (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf: analiżi gravimetrika indiretta tal-aġenti tal-ikkunzar bl-iffissar tal-komposti assorbenti fi trab tal-ġlud bi kromat baxx – ISO 14088

Dundjani għas-simna

—

—

540

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

It-taħlit tal-estratt tal-quebracho aħmar ma’ addittivi botaniċi oħra huwa permess diment li l-ammonti ta’ tannini kondensati fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost ikunu inqas mill-ammont li jirriżulta mill-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew rakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija ta’ annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

l-10 ta’ Jannar 2034

Tiġieġ għas-simna u speċijiet minuri ta’ pollam għas-simna

—

—

400

L-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil.

—

—

600

Ħnienes, ħnienes ta’ Suidae minuri u ħnieżer għas-simna ta’ Suidae minuri

—

—

720

Ħnieżer għas-simna

—

—

860

Ħnieżer nisa

—

—

1 050

Għoġġiela tal-vitella (sostitut tal-ħalib)

—

—

1 680

Ruminanti għas-simna ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż

Żwiemel

—

—

1 580

Nagħaġ, mogħoż

—

—

1 580

Baqra tal-ħalib u ruminanti minuri tal-ħalib ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż tal-ħalib

—

—

1 030

Fniek

—

—

630

Salmonidi u ħut bil-pinen minuri

—

—

1 810

Ħut ornamentali

—

—

3 000

Klieb

—

—

1 900

Għasafar ornamentali

 

 

317

Qtates

—

—

317

Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali

—

—

317


(1)  Natural sources of flavourings — Report No. 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2846/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)