|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2579 |
16.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2579
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2), punt (g), tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639 (2) li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(2)(a) ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi li l-entitajiet jistgħu jkunu involuti biss fl-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-PESCO wara l-31 ta’ Diċembru 2025 abbażi ta’ kuntratti konklużi jew proċeduri ta’ akkwist imnedija qabel dik id-data. |
|
(3) |
Fl-interess tal-implimentazzjoni kontinwa tal-proġetti tal-PESCO, huwa meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu emendati sabiex l-entitajiet ikunu jistgħu jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-PESCO sal-31 ta’ Diċembru 2030, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639, punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(a) |
l-entitajiet jistgħu jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-PESCO wara l-31 ta’ Diċembru 2030 biss abbażi ta’ kuntratti konklużi jew proċeduri ta’ akkwist imnedija sa dik id-data.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2315/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1639 tal-5 ta’ Novembru 2020 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO (ĠU L 371, 6.11.2020, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1639/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2579/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)