|
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1496/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kliem introduttorju ta’ l-Artikolu 54(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (2) jagħmlu referenza dettaljata għall-arranġament fit-test ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3). |
|
(2) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 kien mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2002 rigward kontrolli fil-qafas ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza jkun xieraq li jkunu addattati l-kliem introduttorji ta’ l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 biex jingħata kas ta’ dan l-iżvilupp. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
[Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I], |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, il-kliem introduttorju jkun mibdul b’dan li ġej:
“Għall-oġġetti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u b’deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-ammont stipulat fl-Artikolu 17(1)(a)(ii) tar-Regolament 800/1999 għandu japplika irrispettivament mill-pajjiż jew territorju tad-destinazzjoni li lejhom l-oġġetti jkunu esportati:”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-2 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).
(3) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1001/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 9).