Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 –Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żiemel)
(Kawża T-386/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żiemel – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 34-36, 38-40, 42)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1730/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żiemel bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Rappreżentazzjoni ta’ żiemel għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18, 25 u 31 – Applikazzjoni Nru 4829354 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż. |