<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-237/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0237</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:997">EU:C:2021:997</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑237/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Federatie Nederlandse Vakbeweging (Proċedura ta’ pre‑pack)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fid‑9 ta’ Diċembru 2021<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑237/20</HT></P><P>Federatie Nederlandse Vakbeweging</P><P>vs</P><P>Heiploeg Seafood International BV,</P><P>Heitrans International BV</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il‑Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/23/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tal-impriża</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-drittijiet tal‑ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Deroga</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Pre‑pack</KEYWORD><KEYWORD>Sopravvivenza tal-impriża</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tippermetti lill‑Qorti tal‑Ġustizzja tagħti deċiżjoni mill-ġdid dwar il-kwistjoni tar‑relazzjoni li teżisti bejn l-istitut tal-pre‑pack, kif żviluppat fil-Pajjiżi l-Baxxi, u d-deroga prevista mill-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23/KE miż-żamma tad-drittijiet mogħtija minn din id-direttiva lill-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, stabbilimenti jew partijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat‑12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l‑Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-pre‑pack hija proċedura mhux prevista mid‑dritt, iżda ta’ oriġini u applikazzjoni ġurisprudenzjali, li sseħħ qabel id‑dikjarazzjoni ta’ falliment tad-debitur u li fil-kuntest tagħha jiġi ppreparat il‑bejgħ tal-impriża, jew ta’ parti minnha, li taqa’ fil-patrimonju tad-debitur li jkun sejjer jiġi llikwidat, bejgħ li mbagħad iseħħ immedjatament wara d-dikjarazzjoni tal-falliment. Il-kwistjoni li tqum f’din il-kawża hija jekk, u fuq liema kundizzjonijiet, din il‑proċedura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat din il-kwistjoni fis-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:489">EU:C:2017:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza Smallsteps<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Din is-sentenza madankollu rriżultat f’dibattitu ġenerali fil-Pajjiżi l‑Baxxi kemm ġurisprudenzjali, kif ukoll dottrinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Għal perspettiva ddettaljata tad-dibattitu ġurisprudenzjali u dottrinali li oriġina fil‑Pajjiżi l‑Baxxi dwar il-kwistjoni, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Drijber, tal‑1 ta’ Novembru 2019 (ECLI:NL: PHR:2019:1237) (FNV vs Heiploeg).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest ta’ inċertezza legali, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), iddeċidiet li tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja din<?PAGE NO="2"?> it‑talba għal deċiżjoni preliminari sabiex tikseb iktar kjarifiki, bl‑indikazzjoni ta’ sensiela ta’ elementi li jiddifferenzjaw il-pre‑pack suġġett tal-kawża pendenti quddiemha minn dak suġġett tal-kawża li minnha oriġinat is-sentenza Smallsteps.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jipprevedi li t-trasferiment tal‑impriża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it‑trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, mingħajr preġudizzju għall‑possibbiltà li wieħed jirrikorri għat‑tkeċċijiet, fil-każ li dawn ikunu ġġustifikati minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi deroga mis-sistema ta’ protezzjonijiet deskritta hawn u jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm l-Istati Membri ma jipprovdux xort’ oħra, l-Artikoli 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju meta min ikun qed jagħmel it‑trasferiment huwa s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ falliment jew ta’ xi proċedimenti analogi ta’ falliment li kienu istitwiti bl-iskop tal‑likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment u huma taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal-falliment awtorizzat minn awtorità pubblika kompetenti).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-Artikoli 3 u 4 japplikaw għal trasferiment waqt proċedimenti ta’ falliment li nfetħu għar-rigward ta’ min jagħmel it-trasferiment (kemm jekk dawk il-proċedimenti jkunu nbdew bl-iskop tal‑likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min ikun qed jagħmel it-trasferiment kemm jekk le) u sakemm dawn il-proċedimenti jkunu taħt is‑superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal‑falliment determinat mil-liġi nazzjonali) Stat Membru jista’ jipprovdi li:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>min lilu jsir it-trasferiment, min jagħmel it-trasferiment jew il‑persuna jew persuni li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ min jagħmel it-trasferiment, min-naħa wahda, u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati min-naħa l-oħra jistgħu jaqblu li jsiru tibdiliet, sa fejn tippermetti l-liġi jew il-prattika kurrenti, għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l‑impjieg ta’ l-impjegati ddisinjati għas-salvagwardja ta’ l‑opportunitajiet ta’ l-impjieg billi jiżguraw is-soppravivenza ta’ l‑impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati bl-iskop li jipprevjenu l‑użu ħażin tal-proċedimenti ta’ falliment b’tali mod li jċaħħdu lill‑impjegati mid‑drittijiet previsti f’din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ir-regoli li, fid-dritt nazzjonali tal-Pajjiżi l-Baxxi, jirregolaw id‑drittijiet tal‑ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi u li jinkludu d-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/23, huma inklużi fl-Artikoli 7:662 sa 7:666 u l‑Artikolu 7:670(8) tal-Burgerlijk Wetboek (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>BW<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7:663 tal-BW, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[i]t-trasferiment ta’ impriża jinkludi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> t-trasferiment, liċ-ċessjonarju, tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw f’dak il-mument, għall-persuna li timpjega f’din l-impriża, minn kuntratt ta’ xogħol li jkun hemm bejnu stess u ħaddiem tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7:666(a) tal-BW, li jipprevedi deroga mill‑prinċipju hawn fuq imsemmi, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[l]-Artikoli 7:662 sa 7:665 u l-Artikolu 7:670(8) ma għandhomx japplikaw għat‑trasferiment ta’ impriża meta […] il-persuna li timpjega tiġi ddikjarata fi stat ta’ falliment u meta l-impriża tidħol fil-massa tal‑insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ falliment fil-Pajjiżi l-Baxxi hija rregolata mill‑Faillissementswet (il-Liġi dwar il-Falliment, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>FW<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) u hija intiża għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. Hija għandha bħala għan id‑diviżjoni tal-patrimonju tad-debitur bejn il-massa tal-kredituri u hija intiża għall‑kisba tal‑ogħla dħul possibbli għall-massa tal-kredituri. Fis-sentenza li tiddikjara l-istat ta’ falliment tad-debitur jinħatar kuratur kif ukoll imħallef superviżorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-pre‑pack hija proċedura, kif intqal, li ma hijiex irregolata mil‑liġi iżda għandha oriġini ġurisprudenzjali, li fuq il-bażi tagħha l‑falliment ta’ impriża jiġi ppreċedut minn fażi preparatorja, li fil‑kuntest tagħha tiġi nnegozjata fid-dettall iċ‑ċessjoni tal-impriża jew ta’ parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Din il-fażi preparatorja tinfetaħ dejjem fuq inizjattiva tal-impriża ddestinata għall-falliment, li titlob lill-awtorità ġudizzjarja taħtar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kuratur prospettiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>imħallef superviżur prospettiv<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. L-organi msemmija, f’din il-fażi preliminari, ikunu nieqsa mill-poteri awtoritattivi, jiġifieri rappreżentattivi tal-impriża u/jew tal-massa tal‑kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Wara n-negozjati tal-att ta’ ċessjoni, tinbeda l-proċedura ta’ falliment, li fil‑kuntest tagħha l-qorti taħtar imħallef superviżorju u kuratur (ġeneralment l‑istess persuni maħtura matul il-proċedura tal-pre‑pack). Il-kuratur jimplimenta l‑att ta’ ċessjoni, hekk kif miftiehem fil‑fażi preliminari, immedjatament wara d‑dikjarazzjoni ta’ falliment, sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet tal-attività imprenditorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Attwalment hemm abbozz ta’ liġi li huwa suġġett ta’ diskussjoni quddiem il-Parlament tal-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jirregola b’mod leġiżlattiv il-pre‑pack bil‑għan li jagħti bażi normattiva għal dan l-istitut u li jiżgura ċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Kamerstukken II, 2014/2015, <FT TYPE="NUMBER">34218</FT>, nr. 2‑3 en Kamerstukken I, 2018/2019, <FT TYPE="NUMBER">34218</FT>, K‑.T (ara: https://zoek.officielebekendmakingen.nl/dossier/34218).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-grupp Heiploeg (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ex Grupp Heiploeg<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) ġie kkostitwit minn serje ta’ kumpanniji attivi fil-kummerċ bl-ingrossa ta’ prodotti tas-sajd. Fl‑eżerċizzji tal‑2011 u 2012, dan il-grupp sofra telf sinjifikattiv. Wara li l‑Kummissjoni Ewropea imponiet fl‑2013 sanzjoni pekunjarja serja minħabba t‑twettiq ta’ illegalità antikompetittiva, dan il-grupp sab ruħu f’sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja gravi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Minn dan il-punt ġiet ikkunsidrata l-possibbiltà li tinfetaħ proċedura pre‑pack. Ġew mistiedna diversi persuni sabiex jippreżentaw offerta għall-akkwist tal-ishma tal-grupp. Minn tliet offerti magħmula, dik ta’ Parlevliet en Van der Plas Beheer BV ġiet ikkunsidrata bħala l‑aħjar u għalhekk kien ma’ din il-kumpannija li sussegwentement tkomplew it-trattattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fis‑16 ta’ Jannar 2014, fuq talba tal-Ex Grupp Heiploeg, ir‑Rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti Distrettwali ta’ Noord‑Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi), ħatret żewġ kuraturi prospettivi u mħallef superviżorju prospettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ordni tal-ħatra stabbilixxa li l-għan tal-miżura kien li jinkiseb l‑ogħla dħul possibbli f’isem il-massa tal-kredituri; il-ħatra tal-kuraturi prospettivi kienet toffri l-possibbiltà li jiġi ppreparat b’mod ordnat bejgħ jew riorganizzazzjoni minn sitwazzjoni ta’ insolvenza; il-kuraturi prospettivi u l-imħallef superviżorju prospettiv ma kellhom ebda kompetenza jew missjoni legali; huma kienu jinħatru sabiex josservaw, jinformaw ruħhom jiġu informati u setgħu jesprimu l‑perspettiva tagħhom u, jekk kien ikun il-każ, jagħtu parir, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ex Grupp Heiploeg li jikkoopera bis-sħiħ magħhom; jekk il-qorti kellha tqis li l-imsemmija obbligi ma jkunux ġewx osservati, hija kellha l‑possibbiltà li tislet il-konklużjonijiet neċessarji u b’mod partikolari li taħtar kuratur ieħor fil-kuntest tal-falliment sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Jannar 2014, l-Ex Grupp Heiploeg talab lill-imsemmija qorti li jiġi ddikjarat fi stat ta’ falliment u, fit‑28 ta’ Jannar 2014 ta’ wara, din il-qorti laqgħet it-talba, billi ħatret żewġ kuraturi prospettivi u l-imħallef superviżorju prospettiv bħala organi tal-proċedura ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-lejl ta’ bejn it‑28 u d‑29 ta’ Jannar 2014 ġie konkluż il‑kuntratt li permezz tiegħu l-kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp ta’ Parlevliet en Van der Plas Beheer BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Heiploeg il‑Ġdida<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) akkwistaw il-parti l-kbira tal-azjenda tal-Ex Grupp Heiploeg, inkluż il-bini tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minn madwar 300 impjegat taċ-ċedenti, 210 ġew ingaġġati miċ‑ċessjonarja, b’kundizzjonijiet tax-xogħol inqas favorevoli, minkejja li ġeneralment kienu qegħdin iwettqu l-istess funzjonijiet diġà mwettqa fl‑istess post tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-Federatie Nederlandse Vakbeweging (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>FNV<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), organizzazzjoni sindakali, appellat fil-kassazzjoni s‑sentenza li permezz tagħha l-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Qorti tal‑Appell ta’ Arnhem-Leeuwarden, il‑Pajjiżi l-Baxxi) qieset li, bis-saħħa tad‑dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, Heiploeg il‑Ġdida ma kinitx obbligata tirrispetta l‑kundizzjonijiet ta’ xogħol tal‑impjegati tagħha kif kienu fis-seħħ qabel it‑trasferiment. Il-FNV titlob, essenzjalment, lill-qorti tar-rinviju tiddikjara li l‑trasferiment tal‑impriża tal-Ex Grupp Heiploeg ikun suġġett għall-protezzjonijiet previsti mid-Direttiva 2001/23 u li, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni konformi mad‑direttiva tal‑Artikoli 7:662 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-BW, ir-relazzjoni tax-xogħol tal‑impjegati kollha taċ-ċedenti titkompla bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċessjonarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Wara li ppreżentat il-proċedura ta’ falliment u l-proċedura ta’ pre‑pack fil‑Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-punti minn 3.5.1 sa 3.6.6 tad-deċiżjoni tar-rinviju.</P></NOTE>, il-qorti tar-rinviju tippremetti li f’din il‑kawża hija stabbilita l‑eżistenza tal-ewwel kundizzjoni prevista fl‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 għall-applikazzjoni tad-deroga rregolata minnha, jiġifieri s-suġġettar tal-Ex Grupp Heiploeg għal proċedura ta’ falliment. Hija tippremetti wkoll li, f’din il-kawża, il‑falliment ta’ dan il-grupp kien inevitabbli. Il-qorti tar-rinviju tindika madankollu li din għadha trid tagħti deċiżjoni dwar jekk fir-rigward tal‑pre‑pack li huwa s‑suġġett ta’ din il-kawża jeżistux l-ewwel u t-tielet kundizzjoni previsti minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni kundizzjoni, li tgħid li għandha teżisti proċedura intiża għal-likwidazzjoni tal-assi, il-qorti tar-rinviju tindika li, f’din il-kawża, il‑pre‑pack kellha l-għan li tikseb it-twettiq tal-iktar dħul possibbli favur il-massa tal-kredituri. Dik il-qorti tagħmel riferiment, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-ordni ta’ ħatra taż‑żewġ kuraturi prospettivi u tal‑imħallef superviżorju prospettiv u għall-analiżi magħmula minn dawn iż-żewġ kuraturi qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Għal iktar dettall ara l-punti 3.9.1 u 3.9.2 tad-deċiżjoni tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, li tgħid li l-likwidazzjoni għandha sseħħ taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti, il-qorti tar-rinviju tindika li f’din il-kawża l-kontroll minn awtorità pubblika kompetenti previst fil-proċedura ta’ falliment mid-dritt tal-Pajjiżi l‑Baxxi ma ġiex kompromess minn dak li seħħ matul il-proċedura ta’ pre‑pack qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Għal iktar dettall ara l-punt 3.10.1 tad-deċiżjoni tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minkejja l-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fid-dawl tas-sentenza Smallsteps u ta’ serje ta’ elementi, indikati fid-domandi preliminari, li jiddifferenzjaw il‑proċedura ta’ pre‑pack f’din il-kawża minn dik fil‑kawża Smallsteps, il-qorti tar-rinviju tqis li jeżisti dubju raġonevoli fir-rigward tal-eżistenza taż-żewġ rekwiżiti msemmija f’din il-kawża. Fir-rigward ta’ din is-sentenza, il-qorti tar‑rinviju tosserva, fl-ewwel lok, li fid-dawl tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>suġġett għall‑verifika mill-qorti tar‑rinviju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, fi kwalunkwe każ hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk il-pre‑pack inkwistjoni f’tilwima huwiex tal-istess natura ta’ dak li kien is-suġġett tas-sentenza Smallsteps. Fit-tieni lok, id-domanda preliminari fil-kawża Smallsteps ma esponietx b’mod eżawrjenti d-dritt dwar il-falliment tal-Pajjiżi l‑Baxxi, u lanqas l‑għan u l-modalitajiet tat-twettiq tal-pre‑pack. Fit‑tielet lok, f’din il-kawża, kuntrarjament għall-kawża Smallsteps, in‑negozjati rigward it-trasferiment tal‑impriża inkwistjoni ma seħħewx ma’ impriża marbuta maċ-ċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal‑Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal‑Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>proċedimenti ta’ falliment jew […] proċedimenti analogi ta’ falliment [huma] istitwiti bl-iskop tal‑likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> hija ssodisfatta, jekk i) il-falliment tal-persuna li qed tagħmel it‑trasferiment ikun inevitabbli u din il-persuna tkun, għaldaqstant, effettivament insolventi, ii) skont id-dritt Olandiż, l-għan tal‑proċedura ta’ falliment huwa li jinkiseb l-ogħla rendiment possibbli għall-kredituri kollha flimkien permezz tal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur, u iii) f’hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>pre‑pack<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> qabel id‑dikjarazzjoni ta’ falliment, jitħejja t-trasferiment (ta’ parti) mill‑impriża, trasferiment li jiġi eżegwit biss wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, fid-dawl tal-fatt li iv) il-kuratur prospettiv maħtur mir-rechtbank (qorti) għandu jkun iggwidat, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, mill‑interessi<?PAGE NO="6"?> tal-kredituri kollha flimkien kif ukoll minn interessi kollettivi bħall-importanza li jinżamm l-impjieg u l‑imħallef superviżorju prospettiv maħtur ukoll mir-rechtbank (qorti) għandu jara li dan iseħħ, v) l-għan tal‑pre‑pack huwa li jippermetti, fil-proċedura sussegwenti ta’ falliment, mod ta’ likwidazzjoni li fil-kuntest tiegħu (parti mill-)impriża avvjata (going concern) li tagħmel parti mill-assi tal-persuna li qed tagħmel it-trasferiment tinbiegħ b’tali mod li jinkiseb l-ogħla rendiment possibbli għall-kredituri kollha flimkien u b’mod li jinżamm l-impjieg, sa fejn huwa possibbli, u vi) il-mod kif tiġi organizzata l-proċedura jiggarantixxi li dan l-għan ikun effettivament dak li jservi ta’ gwida?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l‑kundizzjoni li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>proċedimenti ta’ falliment jew […] proċedimenti analogi ta’ falliment […]huma taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> hija ssodisfatta, jekk it-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża jitħejja f’pre‑pack qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment u jiġi eżegwit wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, u i) [dawn il-preparattivi] jiġu osservati, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, minn kuratur prospettiv u minn imħallef superviżorju prospettiv, maħtura mir-rechtbank (qorti) iżda li ma għandhom l‑ebda kompetenza legali, ii) skont id-dritt Olandiż, il-kuratur prospettiv għandu jkun iggwidat, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, mill-interessi tal-kredituri kollha flimkien kif ukoll minn interessi kollettivi oħra, bħaż-żamma tal-impjieg, u l‑imħallef superviżorju prospettiv għandu jara li dan iseħħ, iii) il‑kompiti tal‑kuratur prospettiv u tal-imħallef superviżorju prospettiv ma humiex differenti minn dawk tal-kuratur u tal‑imħallef superviżorju fil-falliment, iv) il-ftehim li abbażi tiegħu l-impriża tiġi ttrasferita u li jkun tħejja matul il‑pre‑pack jiġi konkluż u eżegwit biss wara d-dikjarazzjoni tal-falliment, v) ir‑rechtbank (qorti) tista’, mad-dikjarazzjoni tal-falliment, taħtar persuni oħra minbarra l-kuratur prospettiv jew l-imħallef superviżorju prospettiv bħala kuratur jew imħallef superviżorju, u vi) l-istess rekwiżiti ta’ oġġettività u ta’ indipendenza jgħoddu għall-kuratur u għall-imħallef superviżorju bħal dawk li jgħoddu għal kuratur u għal imħallef superviżorju f’falliment li ma jkunx ippreċedut minn pre‑pack u, indipendentement minn kemm ikunu involuti qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, huma marbuta, abbażi tal-missjoni legali tagħhom, li jiddeċiedu jekk it-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża mħejji qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment ikunx fl‑interess tal-kredituri kollha flimkien u, jekk huma jirrispondu fin-negattiv għal din id-domanda, huma għandhom jiddeċiedu li dan it-trasferiment ma huwiex ser isir, filwaqt li huma jibqgħu kompetenti sabiex jiddeċiedu għal raġunijiet oħra, pereżempju minħabba li interessi kollettivi oħra, bħall‑importanza tal-impjieg, imorru kontra dan it-trasferiment, li t‑trasferiment (ta’ parti) mill-impriża mħejji qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment ma huwiex ser isir?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju tirrigwarda l‑interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. Din ir-regola tipprevedi deroga mis-sistema ta’ protezzjonijiet tal‑ħaddiema prevista mill-Artikoli 3 u 4 tal-istess direttiva fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi jew parti ta’ impriżi u tipprevedi li, sakemm l‑Istati Membri ma jipprevedux mod ieħor, din is-sistema ta’ protezzjonijiet ma tapplikax fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża, fil-każ ta’ tliet preżupposti kumulattivi: (i) li ċ-ċedent ikun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew għal proċedura ta’ insolvenza analoga; (ii) li din il-proċedura tkun inbdiet għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-assi taċ‑ċedent; (iii) li din tkun taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika<?PAGE NO="7"?> kompetenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punt 44, kif ukoll is-sentenzi suċċessivi tas‑16 ta’ Mejju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Plessers</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:424">EU:C:2019:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sentenza Plessers<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, punt 40) u tad‑9 ta’ Settembru 2020, EM u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑674/18 u C‑675/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:682">EU:C:2020:682</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sentenza TMD Friction<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi preliminari mqajma mill-qorti tar-rinviju huma intiżi li jiċċaraw jekk, f’din il-kawża, humiex issodisfatti t-tieni u t-tielet waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, meħuda inkunsiderazzjoni s‑sentenza Smallsteps imsemmija u fid-dawl tal-elementi, indikati f’dawn id-domandi, li jikkaratterizzaw il-proċedura pre‑pack inkwistjoni u li jagħmlu lil din il-proċedura differenti minn dik li hija s‑suġġett tas-sentenza Smallsteps.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, inqis li huwa opportun, preliminarjament, li titwettaq analiżi sistematika tad‑Direttiva 2001/23, u li tiġi eżaminata l-ġurisprudenza li tirrigwarda l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva. Fuq il‑bażi ta’ din l-analiżi sejjer imbagħad nirrispondi għad-domandi magħmula mill‑qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi sistematika tad-Direttiva 2001/23</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Is-sistema Ewropea taż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi ġiet oriġinarjament adottata f’direttiva tal‑1977<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE tal‑14 ta’ Frar 1977 dwar l-approssimazzjoni tal‑liġijiet tal‑Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil‑każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> fil‑kuntest ta’ serje ta’ miżuri normattivi intiżi li jipproteġu d‑drittijiet tal‑ħaddiema fid-dawl tar-ristrutturazzjonijiet tal-azjendi li seħħew wara l-kriżi ekonomika tal-bidu tal-istess deċennju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għal analiżi storika fir-rigward tal-evoluzzjoni normattiva f’dan il-qasam, ara l‑punti <REF.DOC.ECR><REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-Kawża <NAME.CASE>Plessers</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:50">EU:C:2019:50</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), flimkien ma’ diversi riferimenti normattivi oħra.</P></NOTE>. Id‑Direttiva 77/187 imbagħad ġiet emendata bid-Direttiva 98/50/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE tad‑29 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 77/187 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u, fl-aħħar nett, issostitwita mid‑Direttiva 2001/23 tal-lum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Kif jista’ jiġi dedott, barra mill-kontenut dispożittiv tagħha, ukoll mit-tielet u r-raba’ premessa u mill-invokazzjoni, fil-ħames premessa, tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal‑Ħaddiema, adottata fid‑9 ta’ Diċembru 1989, il-protezzjoni tal‑ħaddiema hija skop fundamentali tad‑Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, permezz tal-introduzzjoni ta’ din in‑normattiva kien intiż li jiġi evitat li t-trasferiment tal-impriża jkun l‑okkażjoni għat-tnaqqis fil‑forza tax-xogħol u t-tnaqqis fit-trattament ekonomiku u normattiv applikat għall-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, f’dan is-sens, b’riferiment għad-Direttiva 77/187, is-sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abels</NAME.CASE> (<NO.CASE>135/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:55">EU:C:1985:55</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tat‑13 ta’ Ġunju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ellinika Nafpigeia</NAME.CASE> AE (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:496">EU:C:2019:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>. Kif iddeċidiet repetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, id‑Direttiva 2001/23, hija intiża, fil‑fatt, li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet tal‑ħaddiema fil-każ ta’ bdil fit‑tmexxija tal-impriża billi tippermettilhom jibqgħu fis-servizz tal‑persuna l-ġdida li timpjega bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftiehma maċ-ċedent. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iċċarat li l-għan tal‑imsemmija direttiva huwa li tiġi żgurata, sa fejn ikun possibbli, il‑kontinwazzjoni tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg, mingħajr tibdil, maċ-ċessjonarju, sabiex jiġi evitat li l-ħaddiema kkonċernati jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli sempliċement minħabba dan it-trasferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi Plessers, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata u TMD Friction, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 għalhekk tikkostitwixxi strument implimentattiv tal‑politika soċjali tal-Unjoni Ewropea, li jfittex – billi jikkorreġi u jikkumpensa s‑suq – li jintlaħqu għanijiet soċjali u, b’mod partikolari, il-protezzjoni tad‑drittijiet tal-ħaddiema, illum stabbiliti anki fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara speċifikament l-Artikoli 27, 30 u 33 tal-Karta.</P></NOTE>, u l‑protezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[żvilupp] tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, kif imsemmi fl-Artikolu 151 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat diversi drabi li, peress li din il-protezzjoni għandha natura inderogabbli u għalhekk ma hijiex għad‑dispożizzjoni tal-partijiet fil-kuntratt tax-xogħol, ir-regoli tad‑Direttiva 2001/23 għandhom jitqiesu li huma imperattivi inkwantu ma huwiex permess li l-Istati Membri jidderogaw minnhom b’mod li jkun ta’ żvantaġġ għall‑impjegati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, reċentement, is-sentenza TMD Friction, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tfittxija ta’ dawn l-għanijiet, id-Direttiva 2001/23 tipprevedi, minn naħa, fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1), it-trasferiment <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> għaċ‑ċessjonarju, sempliċement minħabba t-trasferiment tal‑impriża, tad-drittijiet u tal‑obbligi taċ-ċedent li joriġinaw minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ xogħol eżistenti fid-data tat‑trasferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara f’dan is-sens, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 1991, d’Urso <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑362/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:326">EU:C:1991:326</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); iktar reċentement, is-sentenza tas‑7 ta’ Awwissu 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Colino Sigüenza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑472/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:646">EU:C:2018:646</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva jipproteġi lill‑ħaddiema mit-tkeċċija mwettqa miċ-ċedent jew miċ‑ċessjonarju abbażi biss tal‑imsemmi trasferiment. Din id‑dispożizzjoni ma tippreġudikax tkeċċijiet li jistgħu jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu. F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li jirriżulta minn kliem din id-dispożizzjoni li t-tkeċċijiet li jseħħu fil‑kuntest ta’ trasferiment ta’ impriża għandhom ikunu motivati minn raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu li ma jkunux intrinsikament relatati mal‑imsemmi trasferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza Plessers, punt 54.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deroga minn dawn id-dispożizzjonijiet, l‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23 jistabbilixxi li s-sistema ta’ protezzjoni skont l-Artikoli 3 u 4 ma tapplikax għat-trasferiment ta’ impriżi mwettqa fil-kundizzjonijiet speċifikati minn din id‑dispożizzjoni, imsemmija fil-punt 28 preċedenti, sakemm l-Istati Membri ma jistabbilixxux mod ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenzi Smallsteps, punt 40, u TMD Friction, punt 55.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat diversi drabi li, peress li l‑imsemmi Artikolu 5(1), bħala prinċipju, jagħmel inapplikabbli s-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ ċerti trasferimenti ta’ impriża u jiddevja għalhekk mill-għan prinċipali li huwa l-bażi ta’ din id-direttiva, għandu neċessarjament ikun suġġett għal interpretazzjoni stretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza Plessers, punt 38 u l-ġurisprudenza hemm iċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/23 jippreċiża li, meta l‑Artikoli 3 u 4 tagħha jkunu japplikaw għal trasferiment ta’ impriża, indipendentement mill-fatt li l-proċedura ta’ insolvenza tkun infetħet minħabba l‑likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent, Stat Membru jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, ma japplikax ċerti garanziji msemmija fl-imsemmija l-Artikoli 3 u 4.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, skont l-imsemmi Artikolu 5(2)(b), f’dawn iċ‑ċirkustanzi, Stat Membru jista’ jiddisponi li ċ-ċessjonarju, iċ‑ċedent jew il‑persuna jew persuni li jeżerċitaw il-funzjonijiet taċ‑ċedent, minn naħa, u r‑rappreżentanti tal-ħaddiema, min-naħa l‑oħra, jistgħu jagħmlu, sa fejn jippermettu l-liġi jew il-prattika fis-seħħ, tibdiliet għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema intiżi għall‑protezzjoni tal-opportunitajiet tal-impjieg billi jiżguraw is‑sopravvivenza tal-impriża, tal-istabbiliment jew ta’ partijiet ta’ impriżi jew stabbilimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ġie indikat li l-Artikolu 5 tad‑Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u (2), iħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-Istati Membri fid-definizzjoni tal‑kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>F’dan ir-rigward ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>. Ir‑rikonoxximent ta’ tali diskrezzjoni favur l-Istati Membri mhux biss huwa konformi mal-ġurisprudenza li tippreċedi l-introduzzjoni tal‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23 li minnha din ir-regola oriġinat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara iktar ’il fuq, il-punt 44 u r-riferimenti fin-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 23.</P></NOTE>, iżda huwa koerenti mas‑setgħa wiesgħa ta’ manuvra, irrikonoxxuta b’mod ġenerali għall-Istati Membri fil-kuntest tal‑eżekuzzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23, liema rikonoxximent huwa bbażat fuq il-fatt li din id-direttiva hija intiża biss għal armonizzazzjoni parzjali tas-suġġett inkwistjoni u ma hijiex intiża li tistabbilixxi livell ta’ protezzjoni uniformi fl-Unjoni kollha skont kriterji komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Dwar in-nuqqas ta’ previżjoni ta’ armonizzazzjoni kompleta tal-kwistjoni mid‑Direttiva 2001/23, ara s-sentenza TMD Friction, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi tal-ġurisprudenza li tikkonċerna d-deroga skont l‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest sistematiku li jeħtieġ li titfakkar, fil-qosor, il‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-deroga msemmija fl‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-introduzzjoni normattiva ta’ din id-deroga tikkostitwixxi r‑riżultat tal‑evoluzzjoni ġurisprudenzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja. Anki jekk id‑Direttiva 77/187 ma kinitx tinkludi previżjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward, il‑Qorti tal-Ġustizzja, f’serje ta’ sentenzi mogħtija matul is‑snin 80 u 90, kienet irrikonoxxiet il-possibbiltà ta’ deroga mill‑applikazzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni individwali tal-ħaddiem fil-każ fejn l-impriża involuta fit-trasferiment kellha tkun ikkonċernata bi proċeduri ta’ insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għal analiżi approfondita tal-elaborazzjoni ġurisprudenzjali li ppreċediet l‑introduzzjoni, permezz tad-Direttiva 98/50 tad-dispożizzjoni msemmija fl‑Artikolu 5(1) kurrenti tad-Direttiva 2001/23 nagħmel riferiment għall-analiżi kompleta magħmula, l-ewwel għall-punti 41 sa 48 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) imbagħad, ukoll, għall-punti 42 sa 47 tal-konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Szpunar fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Plessers</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:50">EU:C:2019:50</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), flimkien ma’ diversi riferimenti oħra ġurisprudenzjali fihom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-prinċipji żviluppati f’din il-ġurisprudenza mbagħad ġew milqugħa mil‑leġiżlatur Ewropew u kkodifikati fl-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat għall-ewwel darba l‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, fis-sentenza Smallsteps iċċitata diversi drabi, li, kif intqal, kellha bħala suġġett trasferiment ta’ impriża mwettaq wara dikjarazzjoni ta’ falliment ippreċeduta minn pre‑pack skont id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja vverifikat jekk il‑proċedura ta’ pre‑pack żviluppata mill-ġurisprudenza tal-Pajjiżi l‑Baxxi kinitx tissodisfa t-tliet rekwiżiti previsti mill-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, imsemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, u kinitx tista’ għalhekk taqa’ taħt il-kuntest tal-applikazzjoni tad‑deroga prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna l-ewwel kundizzjoni, il‑Qorti tal‑Ġustizzja kkonstatat li peress li, skont is-sistema nazzjonali, l-operazzjoni tal‑<HT TYPE="ITALIC">pre</HT>‑<HT TYPE="ITALIC">pack</HT> titwettaq qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, iżda tiġi implimentata wara din tal-aħħar, din l-operazzjoni setgħet taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>proċedura ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> skont l-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Smallsteps, punti 45 u 46.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni kundizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali ta’ dik il-kawża, operazzjoni ta’ pre‑pack kellha bħala għan prinċipali l-protezzjoni tal‑impriża li qiegħda tfalli, u għaldaqstant hija ma setgħetx taqa’ fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga skont l‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li s-sempliċi fatt li din l-operazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">pre</HT>‑<HT TYPE="ITALIC">pack</HT> tista’ tkun intiża wkoll li tissodisfa kemm jista’ jkun il-pretensjonijiet tal-kredituri ma setax jibdilha fi proċedura miftuħa għall‑finijiet tal-likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent, fis-sens tal‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punti 47 sa 52.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tielet kundizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl‑istess sentenza, eskludiet l-eżistenza tal-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti tal‑proċedura ta’ pre‑pack, billi indikat li din il-proċedura kienet ġestita mill‑organu amministrattiv tal-impriża u li la l-kuratur prospettiv u lanqas l‑imħallef superviżorju prospettiv maħtura mill‑qorti ma kellhom setgħat previsti taħt il-liġi. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li proċedura ta’ dan it-tip kienet idonea biex tneħħi kważi kompletament mill-kontenut tiegħu kwalunkwe kontroll possibbli mill-awtorità pubblika kompetenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punti 53 sa 57.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Smallsteps ġie mbagħad ikkonfermat fil-ġurisprudenza sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Plessers, il-Qorti tal-Ġustizzja – wara li rrepetiet il‑ħtieġa ta’ interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 – qieset li proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja Belġjana, użata għall-finijiet ta’ konservazzjoni sħiħa jew parzjali tal-impriża jew tal‑attivitajiet tagħha, ma kellhiex l-għan ta’ likwidazzjoni tal-assi skont ir-regola ċċitata. Fl-istess sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet ukoll li l-proċedura seħħet taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti, meta wieħed iqis li l-kontroll imwettaq mis‑superviżur ġudizzjarju, inkarigat biex jorganizza ċ-ċessjoni u jimplimentaha fl‑isem tad-debitur, kellu portata iktar ristretta meta mqabbla ma’ dik tal-kontroll eżerċitat mill-organu korrispondenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza Plessers, punti 44 sa 47. Ara anki l-punti 53 sa 69 tal‑konklużjonijiet relattivi tal‑Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Plessers (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑509/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:50">EU:C:2019:50</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fis-sentenza TMD Friction, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ċ‑ċessjoni ta’ ċerti attivitajiet azjendali għall-kontinwità min‑naħa tal‑kuratur fil‑kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza taħt id-dritt Ġermaniż, peress li l-għan tagħha ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>il-likwidazzjoni tal-assi<?PAGE NO="11"?> taċ-ċedent iżda ż-żamma tal-attivitajiet segwita mit-trasferiment tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, ma kinitx tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>proċedura miftuħa għall-finijiet tal‑likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal‑imsemmija direttiva<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza TMD Friction, punti 20 sa 23 u 61 u 62. Ara wkoll il-punti 61 sa 66 tal‑konklużjonijiet relattivi tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>TMD Friction u TMD Friction EsCo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑674/18 u C‑675/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:180">EU:C:2020:180</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa fuq il-bażi tal-analiżi preċedenti li jeħtieġ li tingħata risposta għad‑domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li tiġi ċċarata l‑portata tat-tieni u tat-tielet kundizzjoni neċessarji għall-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, b’riferiment speċifiku għall-istitut tal‑hekk imsejjaħ pre‑pack kif żviluppat fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li t‑tieni kundizzjoni meħtieġa fis-sens ta’ din id‑dispożizzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fiha, jiġifieri li ċ-ċedent ikun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew proċedura ta’ insolvenza simili <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>miftuħa għall-finijiet tal‑likwidazzjoni tal-assi taċ‑ċedent<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għandha titqies li tkun issodisfatta fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża mwettaq fil-kuntest ta’ proċedura ta’ pre‑pack, segwita mill‑falliment taċ-ċedent, fid-dawl tal-elementi speċifiċi indikati fil‑punti (i) sa (vi) tad-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-pre‑pack taqa’ fil-kuntest tal‑proċedura ta’ falliment, li fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi hija intiża għal‑likwidazzjoni tal-assi tad‑debitur u li, f’dan il-kuntest, il-kuratur għandu jevalwa jekk il-pre‑pack tikkostitwixxix l-aħjar metodu sabiex jinkiseb l-ogħla dħul possibbli għall-massa tal-kredituri. Hija tindika wkoll li, f’din il-kawża, il-pre‑pack kellha tfittex l‑interessi tal-massa tal‑kredituri daqslikieku l-falliment diġà kien ġie deċiż u li l‑għan tal‑miżura kien li jinkiseb l-ogħla dħul possibbli għall-kredituri. Il-fatt li l‑pre‑pack ġiet maħsuba b’mod li tinvolvi lill-kuraturi prospettivi u lill‑imħallef superviżorju prospettiv fil-perijodu li jippreċedi l-falliment kien essenzjali għat‑twettiq tal-għan imfittex, jiġifieri l-kisba tal-ogħla dħul possibbli għall‑kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward infakkar, qabel kollox, li skont l-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, id-deroga prevista fiha għad-drittijiet mogħtija lill‑ħaddiema mill-Artikoli 3 u 4 tal-istess direttiva tapplika fil-każ fejn il‑proċedura ta’ falliment jew ta’ insolvenza simili li ċ-ċedent ikun suġġett għaliha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>miftuħa għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-assi taċ‑ċedent<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-ġurisprudenza stabbilita tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tiddistingwi l‑proċedura ta’ falliment jew il-proċedura ta’ insolvenza simili <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>miftuħa għall‑finijiet tal-likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija deroga, mill-proċeduri intiżi għall-prosegwiment tal‑attività tal-impriża kkonċernata, li huma, minflok, esklużi minn din id‑deroga<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenzi Plessers, punt 44, u TMD Friction, punti 61 u 62.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sabiex tiddistingwi ż-żewġ tipi ta’ proċeduri, il-Qorti tal‑Ġustizzja ppreċiżat li l-proċeduri li jimmiraw għall-prosegwiment tal-attività tal-impriża huma dawk li għandhom l-għan li tiġi ssalvagwardata n-natura operattiva tal‑impriża jew tal-unitajiet vijabbli tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punt 48.</P></NOTE>. Il-proċeduri ta’ dan it-tip huma intiżi jew applikati preċiżament bil-għan li tiġi ssalvagwardata n-natura<?PAGE NO="12"?> operattiva tal‑impriża (jew tal-imsemmija unitajiet) sabiex jippermettu li jiġi mħares il-valur li jirriżulta mill-kontinwazzjoni, mingħajr interruzzjoni, tal-attività azjendali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 57 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), punt imfakkar espliċitament mill‑Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 48 tas-sentenza Smallsteps.</P></NOTE>. Bil-kontra, proċeduri intiżi li jwasslu għal‑likwidazzjoni tal-beni jfittxu li jissodisfaw kemm jista’ jkun il-pretensjonijiet kollettivi tal-kredituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza Smallsteps, punt 48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ, madankollu, jiġi indikat li, minkejja din id‑distinzjoni ġurisprudenzjali, fil-verità, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, mhux neċessarjament għandu jkun hemm kuntrast bejn l‑għan li tiġi ssalvagwardata l-operattività tal-impriża u dak li tas‑sodisfazzjon kollettiv tal‑kredituri. Dan, barra minn hekk, jiġi enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja stess meta tagħmel riferiment għall‑possibbiltà li teżisti ċerta sovrappożizzjoni bejn dawn iż-żewġ għanijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza Smallsteps, punt 48 l-aħħar sentenza. F’dan ir-rigward, ara wkoll il‑punt 58 tal‑konklużjonijiet relattivi tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk huwa possibbli ħafna li proċedura partikolari tfittex iż-żewġ għanijiet u li, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, li jintlaħaq wieħed minnhom ikun funzjonali ħalli jintlaħaq l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, i-salvagwardja tal-operattività tal-impriża li tkun qiegħda tfalli jew, almenu, tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha, tista’ potenzjalment tippermetti l-kisba, fil-kuntest tal-likwidazzjoni, ta’ prezz ogħla permezz taċ‑ċessjoni ta’ dik l-impriża jew ta’ dawk l-unitajiet meta mqabbla ma’ dak li kieku kien jinkiseb miċ-ċessjoni tal-elementi uniċi tal-attivi. Fil-fatt, ma hemmx dubju li l-valur ta’ impriża li tkun għadha operattiva jkun, ġeneralment, ħafna ogħla kemm mill-valur tal‑attiv tagħha, meħud waħdu, kif ukoll mill-valur li kien ikollha l‑istess impriża kieku l-istat tagħha ta’ diffikultà finanzjarja gravi li fiha tkun tinsab jiġi ddikjarat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt <REF.DOC.ECR><REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), punt espliċitament imfakkar mill‑Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 48 tas-sentenza Smallsteps.</P></NOTE>. Barra minn hekk, garanzija ta’ kontinwità tal-azjenda jwaqqaf ukoll id-dispersjoni tal-avvjament, jiġifieri ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>asset<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li għandu valur ekonomiku, li jagħmel parti minn dak li jikkostitwixxi l-patrimonju li jista’ jintalab mill-kredituri. Is-salvagwardja tal-operattività tal-impriża, barra milli għandha benefiċċji f’termini okkupazzjonali u soċjali, tista’ għaldaqstant tippermetti l-massimizzazzjoni tas-sodisfazzjon tal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, fil-każ ta’ sovrappożizzjoni bejn iż‑żewġ tipi ta’ għanijiet, l-għan prinċipali ta’ proċedura intiża għall‑kontinwazzjoni tal-attività jibqa’ madankollu l‑protezzjoni tal-impriża kkonċernata u li s-sempliċi fatt li l-imsemmija proċedura tista’ timmira wkoll għall-massimizzazzjoni tas‑sodisfazzjoni tal-kredituri ma jistax jittrasformaha fi proċedura li taqa’ taħt il-kunċett proprju tad-dritt tal-Unjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>proċedura miftuħa għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza Smallsteps, punt 48 l-aħħar sentenza, punt 51, kif ukoll l-aħħar sentenza tad‑dispożittiv tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-proċedura pre‑pack, segwita mill-falliment, kif żviluppata fil‑ġurisprudenza tal-Pajjiżi l-Baxxi u indikata mill-qorti tar-rinviju, hija eżempju ta’ proċedura li tfittex iż-żewġ għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’din it-tip ta’ proċedura, il-bejgħ tal-impriża li tkun qiegħda tfalli (jew tal‑unitajiet tagħha li jkunu għadhom ekonomikament sostenibbli), iseħħ fil‑kuntest tal-likwidazzjoni taċ-ċedent fallut u huwa intiż li jimmassimizza d-dħul li l-massa tal-kredituri tkun sejra tikseb minn din<?PAGE NO="13"?> il-likwidazzjoni. Dan il-bejgħ, madankollu, iseħħ fit-tmiem ta’ proċedura, il-pre‑pack, li nħolqot u tiġi applikata bil-għan u b’modalitajiet intiżi li jissalvagwardaw, sa fejn huwa possibbli, il‑kontinwità azjendali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għalkemm, ċertament, kif indikat mill-qorti tar-rinviju, li‑pre‑pack taqa’ fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment, li mingħajr dubju għandha bħala għan li timmassimizza d-dħul tal-kredituri, u l-għan aħħari tagħha, kif indikat fil-punt (v) tal-ewwel domanda preliminari, huwa li tippermetti fil-proċedura sussegwenti ta’ falliment modalità ta’ likwidazzjoni li permezz tagħha parti mill-impriża li tagħmel parti mill‑patrimonju taċ-ċedent tiġi ttrasferita fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>going concern<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, sabiex jinkiseb dħul massimu għall-massa tal‑kredituri, dan ma jfissirx li l-pre‑pack hija, qabel kollox, intiża li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-impriża jew tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha, u dan proprju peress li hija din il‑kontinwazzjoni li tikkostitwixxi l-preżuppost għall-massimizzazzjoni tad-dħul tal‑kredituri. Din il-massimizzazzjoni sseħħ <HT TYPE="ITALIC">minħabba</HT> l-kontinwazzjoni tal‑impriża. Konsegwentement, l-għan primarju tal-proċedura pre‑pack huwa l‑kontinwazzjoni tal-impriża, li tippermetti l-kisba tal‑massimizzazzjoni tas‑sodisfazzjon tal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 49 tas‑sentenza Smallsteps indikat li operazzjoni pre‑pack <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>hija intiża sabiex tħejji ċ-ċessjoni tal‑impriża fl-iċken dettalji sabiex tippermetti l‑bidu mill-ġdid rapidu tal-unitajiet vijabbli tal-impriża wara d‑dikjarazzjoni ta’ falliment sabiex b’hekk tiġi evitata d‑diżordni li tista’ tirriżulta miċ-ċessjoni brutali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża fid‑data tad-dikjarazzjoni tal-falliment, b’mod li jiġi ppreżervat il-valur tal‑imsemmija impriża u l-impjiegi.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> Huwa proprju minħabba din il‑karatterizzazzjoni tal-proċedura pre‑pack li l-Qorti tal-Ġustizzja fis‑sentenza Smallsteps qieset li proċedura bħal dik inkwistjoni fil‑kawża prinċipali dwar din il-kawża, ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jiġi rrilevat li din il-karatterizzazzjoni tal‑proċedura pre‑pack applikata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 49 tas‑sentenza Smallsteps ma hijiex ikkontestata mill-qorti tar-rinviju, u lanqas mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jew minn xi intervenjent ieħor quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, jirriżulta mill-proċess, u mill-osservazzjonijiet tal‑partijiet, li l-operazzjoni pre‑pack suġġett tal-kawża prinċipali, flimkien ma’ dik eżaminata fis-sentenza Smallsteps – u minkejja l‑interpretazzjoni differenti li tatha l-qorti tar‑rinviju – kienet intiża għall-preparazzjoni fid-dettall, qabel il-falliment, taċ‑ċessjoni tal‑impriża fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>going concern<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, għall-preżervazzjoni tal‑valur tagħha, bil-għan tal-massimizzazzjoni tad-dħul għall-kredituri, kif ukoll il‑preżervazzjoni tal-impjiegi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Dan jista’ jiġi dedott b’mod ċar, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mir-rapport pubbliku abbozzat mill‑kuraturi fl‑4 ta’ Frar 2014, fejn isir riferiment espress għall-preparazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni tal‑azjenda b’azzjonist ġdid, kif ukoll mill-ordni tal-ħatra tal-kuratur prospettiv u tal-imħallef iddelegat prospettiv, miftuħ ukoll għall-possibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>riorganizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tal-impriża minn sitwazzjoni ta’ insolvenza.</P></NOTE>. L-għan li titħalla t-tkomplija tal‑impriża, min‑naħa l-oħra, intlaħaq konkretament, peress li Heiploeg il-Ġdida akkwistat u użat il-bini tal-Ex Grupp Heiploeg u żammet l‑istess klijentela tiegħu u żammet lill‑ħaddiema tiegħu, li komplew ġeneralment jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet eżerċitati preċedentement, fl-istess post tax-xogħol. Din l-operazzjoni tikkorrispondi eżattament għall-karatterizzazzjoni mogħtija mill-Qorti tal‑Ġustizzja fil-punt 49 tas-sentenza Smallsteps u mfakkra fil-punt 66 hawn fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-elementi adottati mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda preliminari ma jippermettux, fil-fehma tiegħi, li tiġi kkontestata din il‑karatterizzazzjoni tal‑operazzjoni pre‑pack u li jiġi attribwit, f’din il‑kawża, għan għall-operazzjoni li jippermetti, fid-dawl tal-prinċipji mfakkra fil-punti preċedenti 58 sa 62, li jinkludiha fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatt li ċ-ċedent ikun effettivament insolventi (punt (i) tal-ewwel domanda preliminari) ma huwiex fil-fehma tiegħi rilevanti, peress li din iċ‑ċirkustanza ma taffettwax l-għan tal-proċedura. F’dan is‑sens, għandu jiġi osservat li l-falliment taċ-ċedent huwa preżuppost komuni anki fl-Artikolu 5(2) tad-direttiva, li jammetti b’mod ċar l‑eżistenza ta’ proċeduri ta’ insolvenza – iġġustifikati għalhekk mill‑falliment tal-impriża – minkejja li ma jkollux għan ta’ likwidazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Barra minn hekk l-insolvenza effettiva tal-impriża ċedenti tikkostitwixxi karatteristika komuni anki fil-fatti wara s-sentenza Smallsteps (ara l-punt 17 tas‑sentenza) u tas-sentenza TMD Friction (ara l-punti 21 u 29 tas-sentenza), li eskludew l-għan ta’ likwidazzjoni tal-proċedura inkwistjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għat-tfittxija, fil-kuntest tal-proċedura, tal‑interessi tal‑kredituri (suġġett tal-elementi indikati fil-punti (ii), (iv), (v) u (vi) tal-ewwel domanda preliminari magħmula mill-Hoge Raadder Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi)). Kif indikat fil-punti 60 sa 62 hawn fuq, il-fatt li proċedura tfittex tali għanijiet ma jżommx, fil-każ ta’ sovrappożizzjoni ta’ għanijiet, li din tiġi kklassifikata bħala proċedura intiża għat-tkomplija tal‑impriża, meta din il-proċedura tfittex qabel kollox dan il-għan, jew fi kliem ieħor meta dan il-għan ikun l‑għan primarju ta’ din il-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza Smallsteps, punti 48, 51 u 52, diġà indikati iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa nieqes bl-istess mod minn inċidenza effettiva fuq l‑għan tal-proċedura, il-fatt li t-trasferiment jitwettaq biss wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment (punt (iii) tal-ewwel domanda preliminari), bħall-fatt li, b’differenza mill-kawża li minnha oriġinat is‑sentenza Smallsteps, it-trattattivi relatati mat‑trasferiment tal-Ex Heiploeg ma seħħewx ma’ impriża marbuta ma’ din tal‑aħħar. Inqis li dan l-aħħar l-aspett huwa kompletament newtrali fil-konfront tal-għan tal-proċedura ta’ insolvenza, li tista’ tkun dik tal-preżervazzjoni tal‑kontinwità azjendali, anki fejn iċ-ċessjonarja tkun persuna barra mill-grupp taċ-ċedent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Kwistjoni oħra hija dik tal-possibbiltà ta’ abbuż tal-proċedura ta’ insolvenza sabiex il-ħaddiema jiċċaħħdu mid-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva 2001/23. F’dan ir-rigward ara l‑Artikolu 5(4) tagħha stess.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti nqis, koerentement mal-approċċ adottat mill-Qorti tal‑Ġustizzja fis-sentenza Smallsteps u fil-ġurisprudenza sussegwenti, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni restrittiva tal‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, li l-proċedura ta’ pre‑pack fid-dritt tal‑Pajjiżi l‑Baxxi, kif deskritta mill-qorti tar-rinviju, tikkostitwixxi proċedura li ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni u li għalhekk hija eskluża mill-kuntest tal-applikazzjoni tad-deroga prevista fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, inqis li huwa neċessarju li jsiru ċerti kunsiderazzjonijiet importanti komplementari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, inqis li ma hemmx dubju li l-proċeduri prefallimentari bħall‑proċedura pre‑pack, sa fejn huma intiżi li jipprevjenu u jevitaw – jew almenu jnaqqsu – it-telf ta’ valur u ta’ impjiegi minħabba t-twaqqif totali tal‑attività tal-impriża wara l‑falliment tagħha jwettqu rwol importanti fis-soċjetà u għalhekk għandhom jiġu ffavoriti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>F’dan ir-rigward ara l-punt <REF.DOC.ECR><REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR> tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil‑kawża <NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jeħtieġ għalhekk li jiġu evitati<?PAGE NO="15"?> approċċi riġidi wisq li jkollhom bħala konsegwenza li jirrendu proċeduri bħal dawn ineffettivi fil-konkret. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li tiġi affrontata l‑kwistjoni tal‑effett dissważiv possibbli fuq l-użu ta’ proċedura bħall‑pre‑pack li, f’ċerti każijiet, tista’ toriġina minn interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni li, fil‑każ ta’ ċessjoni ta’ impriża li tkun qiegħda tfalli jew ta’ ċerti unitajiet ta’ din l‑impriża, timponi fuq iċ‑ċessjonarju l-obbligu li jassumi t-totalità tal-forza tax‑xogħol tal‑impriża li tkun qiegħda tfalli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-riskju – riskju indikat kemm fl-osservazzjonijiet ta’ ċerti intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u kemm fid-duttrina tal-Pajjiżi l‑Baxxi – huwa li, f’sitwazzjonijiet speċifiċi, l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni f’din il-kawża tista’ fil-konkret tmur kontra l-għan ġenerali tal‑protezzjoni tal-ħaddiema mfittex mid-direttiva stess, kif indikat fil‑punti 32 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. hawn fuq. Fil-fatt, fil-każ fejn, minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi, iż‑żamma tat-totalità tal-forza tax-xogħol miċ‑ċessjonarju tal‑impriża fi kriżi (jew ta’ ċerti unitajiet tagħha) tikkostitwixxi element determinanti li ma tippermettix it-tkomplija tal-attività azjendali, l‑impożizzjoni ta’ din it‑tkomplija tkun kontroproduċenti għall-interessi tal‑ħaddiema stess. Fi kliem ieħor, jekk l-impriża tkun iddestinata għall-falliment u l‑possibbiltà ta’ kontinwità azjendali (almenu parzjali) oġġettivament tippreżupponi tnaqqis tal-forza tax-xogħol jew bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-impriża, ikun aħjar li tinżamm parti biss tal‑ħaddiema b’kundizzjonijiet inqas favorevoli, minflok falliment sħiħ tal-impriża li jinvolvi telf totali tal-impjiegi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat din il-kwistjoni. F’dan ir-rigward, ara wkoll is‑sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 1991, d’Urso <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑362/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:326">EU:C:1991:326</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas‑7 ta’ Diċembru 1995, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spano <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑472/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:421">EU:C:1995:421</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward inqis li huwa importanti li jitfakkar li s‑sistema tad-Direttiva 2001/23 tinkludi diversi elementi li jiżguraw flessibbiltà li tippermetti li din il-kwistjoni tiġi affrontata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Minn naħa, jeħtieġ li jiġi indikat li, minkejja li, skont l‑Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2001/23, it-trasferiment ta’ impriża ma jistax ikun minnu nnifsu raġuni għat-tkeċċija miċ-ċedent jew ċessjonarju, jirriżulta, madankollu, espliċitament mit-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu li dan ma jeskludix it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk ħa inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet taċ-ċessjonarju tal-impriża marbuta mal‑eċċess tal‑persunal, iżda dan madankollu bl-obbligu li jintwera li t‑tkeċċijiet li jseħħu fil‑kuntest tat-trasferiment – li naturalment ikollhom iseħħu b’rispett għall‑garanziji kollha previsti mid‑dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt applikabbli tal‑Unjoni jew dak nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>F’dan ir-rigward ara l-punt 85 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil‑kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u l‑ġurisprudenza iċċitata fiha.</P></NOTE> – ikunu dovuti għal raġunijiet ta’ natura teknika, ekonomika jew organizzattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza Plessers, punt 54. Ara wkoll is-sentenzi ċċitati fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 41.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward inżid ukoll li, minkejja li s-sempliċi volontà li jitnaqqsu l‑ispejjeż ta’ trasferiment ta’ impriża jew li jiġu evitati jew limitati l-problemi finanzjarji, ma tistax tiġi aċċettata bħala raġuni ġustifikattiva skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>F’dan ir-rigward ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Plessers</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:50">EU:C:2019:50</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u minkejja li l-istat ta’ kriżi aċċertat ta’ azjenda ma jistax neċessarjament u sistematikament jikkostitwixxi raġuni ekonomika, teknika jew ta’ organizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara s-sentenza tal‑11 ta’ Ġunju 2009, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑561/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:363">EU:C:2009:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-korsiv huwa tiegħi.</P></NOTE>, ma huwiex, fil-fehma tiegħi, eskluż li<?PAGE NO="16"?> raġunijiet li huma pprovati li huma marbuta mal-ħtieġa li tiġi żgurata s-sopravvivenza tal-impriża, tal-istabbiliment jew ta’ partijiet tagħhom jistgħu jikkwalifikaw bħala motivi ta’ raġuni teknika, ekonomika jew organizzattiva skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta espliċitament mill-Artikolu 5(2)(b) tad‑Direttiva 2001/23 li meta l-Artikoli 3 u 4 tal-istess direttiva jiġi applikati għal trasferiment waqt proċedura ta’ insolvenza miftuħa fil‑konfront taċ-ċedent (irrispettivament mill-fatt li l-proċedura tkun infetħet fid-dawl tal-likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent stess), l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li ċ-ċessjonarju, iċ‑ċedent jew il-persuna jew il-persuni li jeżerċitaw il-funzjonijiet taċ-ċedent, minn naħa, u r‑rappreżentanti tal-ħaddiema, min-naħa l-oħra, ikunu jistgħu jagħmlu, sa fejn il-leġiżlazzjoni jew il-prattiki fis-seħħ jippermettulhom, tibdiliet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema maħsuba sabiex jipproteġu l‑opportunitajiet okkupazzjonali billi jiżguraw is-sopravvivenza tal‑impriża, tal‑istabbiliment jew ta’ partijiet ta’ impriżi jew ta’ stabbilimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Isegwi li fil-kuntest tal-marġni diskrezzjonali wiesa’ mħolli lill‑Istati Membri fid-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal‑eċċezzjonijiet previsti fl‑Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/23 imsemmi fil-punt 42 hawn fuq, Stat Membru huwa liberu, fil-limiti indikati minn dan l-artikolu, li jirregola b’mod leġiżlattiv istitut bħal dak tal-pre‑pack billi jiddetermina, fl-osservanza ta’ din id‑dispożizzjoni li tipprevedi espressament l-involviment tar-rappreżentanti tal‑ħaddiema, il‑konsegwenzi fuq l-impjieg li jirriżultaw mill-użu ta’ dan l-istitut. F’din il-kawża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (għadu) ma użax il-marġni ta’ diskrezzjoni li huwa rrikonoxxut lilu mid-dispożizzjonijiet iċċitati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:241">EU:C:2017:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward nixtieq nippreċiża wkoll li, fil-fehma tiegħi, sistema ta’ derogi bħal dik prevista fl-Artikolu 5(2) tad‑Direttiva 2001/23 neċessarjament għandha tkun ibbażata fuq att li jkollu natura leġiżlattiva, billi ma huwiex biżżejjed li din is-sistema toriġina minn prattika ta’ oriġini sempliċement ġurisprudenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija imposta, qabel kollox, mit-tip tat-temi inkwistjoni. Huma inkwistjoni, fil-fatt, drittijiet fundamentali tal‑ħaddiema, li t‑teħid inkunsiderazzjoni tagħhom, anki minn perspettiva ta’ bilanċ ma’ interessi potenzjalment kuntrarji, għandha tkun obbligatorja għall-organi li għandhom leġittimazzjoni demokratika. Barra minn hekk, din il-konklużjoni twieġeb għal ħtieġa oġġettiva ta’ ċertezza legali, li tobbliga li r-regoli jkunu ċari u preċiżi, sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-bażi ġuridika u l-prevedibbiltà tas‑sitwazzjonijiet u tar-relazzjonijiet ġuridiċi li jaqgħu fil-kuntest tad‑dritt tal‑Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Deroga ta’ oriġini ġurisprudenzjali biss tirriskja li tiftaħ it-triq għal regoli potenzjalment differenti skont l-awtorità ġudizzjarja involuta, u għalhekk toħloq kuntest ġuridiku potenzjalment inċert, kif jidher li seħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn l‑applikazzjoni tar-regola tal‑pre‑pack mill-qrati inkwistjoni jidher li kienet ikkaratterizzata minn ċerta inċertezza. F’dan ir-rigward ara l-panorama tad-dibattitu ġurisprudenzjali u dottrinali fil-Pajjiżi l-Baxxi inkluż fil‑konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Drijber iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, l-istrument leġiżlattiv jidher li huwa neċessarju minħabba n-natura stess tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istati: din hija setgħa ta’ deroga – li tista’ tiġi eżerċitata mill-perspettiva ta’ kompressjoni tal‑protezzjonijiet tal-ħaddiema – meta mqabbla ma’ regola ġenerali inkluża f’att normattiv tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Is-soluzzjoni offruta bħalissa, hija mill-bqija koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li indikat il-ħtieġa tar-rispett tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest tad-derogi għad-direttivi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-ħaddiema (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Accardo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑227/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:624">EU:C:2010:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, inqis li huwa neċessarju li niffoka ftit fuq l‑espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, inkluża fil‑punt 50 tas-sentenza Smallsteps, indikata mill-qorti tar-rinviju u li kienet is-suġġett ta’ interpretazzjonijiet pjuttost differenti fil-Pajjiżi l‑Baxxi, li taw lok għal sitwazzjoni ta’ inċertezza legali. Minn din l‑espressjoni, il-qorti tar-rinviju, l-istess ukoll bħal diversi mħallfin kapaċi u parti mid-duttrina fil-Pajjiżi l-Baxxi, tiddeduċi li l-qorti għandha, fi kwalunkwe każ, tevalwa jekk il-kawża quddiemha tirrigwardax pre‑pack bħal dik inkwistjoni fis-sentenza Smallsteps jew inkella tip ieħor ta’ pre‑pack, li din is-sentenza ma tkunx tapplika għalih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara l-punt 3.11.3 tad-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Drijber iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal‑Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema ta’ kooperazzjoni stabbilita mill‑Artikolu 267 TFUE hija bbażata fuq separazzjoni netta tal‑funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja. Fil‑kuntest ta’ kawża ppreżentata bis‑saħħa ta’ dan l-artikolu, l‑istabbiliment tal-ġrajja fattwali u l-interpretazzjoni tar-regoli nazzjonali għandha ssir mill-qrati tal-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, il‑Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti lill-qorti nazzjonali l‑elementi kollha għall-interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni u l‑indikazzjonijiet, meħuda mill-atti tal-kawża prinċipali u mill-osservazzjonijiet, ippreżentati kemm bil-miktub kemm oralment, quddiemha, li jkunu utli sabiex iqiegħdu lill-qorti nazzjonali f’kundizzjoni li tagħti deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Syndicat CFTC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑463/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:932">EU:C:2020:932</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Huwa f’din il-perspettiva li għandha tiġi interpretata l-espressjoni ċċitata tal-punt 50 tas-sentenza Smallsteps, l-istess bħall‑espressjonijiet l-oħra użati fl‑istess sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Bħall-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>operazzjoni pre‑pack, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil‑punt 49 tas-sentenza Smallsteps u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fil‑punt 59 u fid-dispożittiv tal-istess sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Madankollu jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dan il-punt 50 isegwi immedjatament wara l-punt 49 fejn il-Qorti tal-Ġustizzja, kif indikat fil‑punti preċedenti 66 u 67 indikat il-karatteristiċi tal-istitut ġurisprudenzjali tal-pre‑pack fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi li fid-dawl tagħhom hija kkonkludiet li operazzjonijiet ta’ dan it-tip jaqgħu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni kundizzjoni prevista mill‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. Isegwi li, fil-fehma tiegħi, l‑evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 50 tas-sentenza Smallsteps mhux qiegħda tirreferi għall‑possibbiltà li din il-qorti tikklassifika, każ b’każ, pre‑pack bħala li jkollha jew le għan ta’ likwidazzjoni, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. Din l-espressjoni minflok tirreferi għall-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali li l-operazzjoni li tkun is-suġġett tal-kawża pendenti quddiemha tikkoinċidi ma’ dik deskritta fil-punt 49 tas-sentenza Smallsteps<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Din l-interpretazzjoni tal-punt 50 tas-sentenza Smallsteps hija kkorroborata mhux biss mill-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[f]’dawn iċ-ċirkustanzi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, iżda anki mir-riferiment sussegwenti f’dan il-punt għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>tali operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</P></NOTE>, xi ħaġa li, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, kif indikat fil‑punt preċedenti 85 tista’ tagħmilha biss il-qorti nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>dominus<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tal-konstatazzjonijiet ta’ fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-fatt, inqis li interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, li tgħid li l-qorti nazzjonali jkollha, fil‑kontenzjuż, tevalwa każ b’każ jekk l-għan ta’ likwidazzjoni jew le ta’ operazzjoni ta’ pre‑pack twassalx għal f’sitwazzjoni inaċċettabbli ta’ inċertezza legali li twassal għan-nuqqas ta’ utilità prattika tal‑istitut. Inqis, minflok, li huwa neċessarju li l-operaturi kkonċernati jingħataw sistema li tippermetti l-evalwazzjoni każ b’każ, <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u ċerti, tal-konsegwenzi u tal-ispejjeż tal-użu ta’ operazzjoni ta’ dan it-tip.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti li, fil-fehma tiegħi, jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li jiġi ddikjarat li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li operazzjoni ta’ pre‑pack ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni prevista f’din id‑dispożizzjoni għad-deroga miż-żamma tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema mill-Artikoli 3 u 4 tal-istess direttiva, liema operazzjoni ta’ pre‑pack tkun segwita bil-falliment, li fiha ċ-ċessjoni tal-impriża jew tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha tiġi ppreparata fl-inqas dettall qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment sabiex tippermetti t-tkomplija rapida tal-impriża jew tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, sabiex għalhekk tiġi evitata l-interruzzjoni li kieku tirriżulta mit-twaqqif f’salt tal‑attivitajiet ta’ din l-impriża fid-data tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, sabiex jiġu ppreżervati l-valur ta’ din l-impriża u l-impjiegi. Ma huwiex rilevanti, f’dan ir‑rigward, li l-għan imfittex minn din l‑operazzjoni <HT TYPE="ITALIC">pre</HT>‑<HT TYPE="ITALIC">pack</HT> ifittex ukoll il‑massimizzazzjoni tad-dħul tat‑twaqqif għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni u li l-falliment taċ-ċedent ikun inevitabbli. Din l-interpretazzjoni ma tippreġudikax il‑possibbiltà li jsiru, konformement mal-garanziji kollha previsti mid‑dispożizzjonijiet applikabbli, it-tkeċċijiet li jistgħu jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi li jġibu tibdiliet fuq il‑livell tal-impjieg, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23. Barra minn hekk, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprevedu sistema normattiva tal-pre‑pack b’osservanza tal‑kundizzjonijiet imsemmija fl‑Artikolu 5(2) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li t‑tielet kundizzjoni meħtieġa skont din id‑dispożizzjoni għall-applikazzjoni tad‑deroga prevista fiha, jiġifieri li l-proċedura ta’ falliment jew ta’ insolvenza simili titwettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>taħt is‑superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tkun issodisfatta, meta t-trasferiment tal-impriża jew ta’ parti tagħha jiġi ppreparat fi pre‑pack qabel il-falliment u jitwettaq biss wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, fid‑dawl tal-elementi speċifiċi indikati fil-punti (i) sa (vi) tad-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tar-risposta li nipproponi fir-rigward tal-ewwel domanda preliminari, li minnha jiġi dedott li fil-fehma tiegħi l-proċedura ta’ pre‑pack ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni prevista fl‑Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/23, inqis li ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għat-tieni domanda. Huwa għalhekk sempliċement <HT TYPE="ITALIC">ad abundantiam</HT> li qiegħed nagħmel l‑osservazzjonijiet segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Qabel kollox nirrileva li f’din il-kawża jidher li huma applikabbli l‑kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 53, 54 u fl‑ewwel sentenza tal-punt 55 tas-sentenza Smallsteps, jiġifieri, minn naħa, l‑assenza ta’ setgħat formali abbażi ta’ liġi tal-kuratur prospettiv u tal-imħallef superviżur prospettiv – bħalma mill-bqija ġie indikat mill‑qorti tar-rinviju fil-punt (i) tat-tieni domanda – u, min-naħa l-oħra, il-fatt li fil-prattika huwa l-organu amministrattiv tal-impriża li jmexxi t‑trattattivi u jadotta d-deċiżjonijiet bi preparazzjoni għall-bejgħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Jirriżulta fil-fatt mill-proċess li qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment il-kuratur prospettiv u l‑imħallef superviżorju ma kellhomx setgħat b’bażi normattiva, minkejja li kellhom, fuq il-bażi tal-ordni ġudizzjarja li tathom l-inkarigu, id-dmir li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>josservaw, jinformaw ruħhom u jesprimu l‑perspettiva tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fir-rigward tat‑trattattiva intiża għaċ-ċessjoni tal-azjenda, li fi kwalunkwe każ kienet immexxija direttament mill-amministrazzjoni tal-Ex Grupp Heiploeg.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi indikati mill-qorti tar-rinviju fil-punti (ii) u (vi) tat-tieni domanda relatati mal-interessi li għandu jitmexxa minnhom il-kuratur prospettiv fil-fażi preliminari, u r-rekwiżiti ta’ oġġettività u indipendenza li għandhom jikkaratterizzaw l-imsemmi kuratur u l-imħallef superviżorju prospettiv – dawn ma jnaqqsux mill‑fatt li dawn l-organi huma nieqsa<?PAGE NO="19"?> minn kompetenzi previsti normattivament. F’dan ir-rigward nindika li, għall-għanijiet tal‑eżistenza tal-imsemmija tielet kundizzjoni, ma tantx hija rilevanti l‑identifikazzjoni tal-interessi li għandhom jiġu mfittxija minn dawn l‑organi jew ir-rekwiżiti li dawn għandhom ikollhom, kuntrarjament għall-identifikazzjoni tal‑kompetenzi effettivi li dawn għandhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fir-rigward iċ-ċirkustanza indikata fil-punt (iii) tat-tieni domanda – jiġifieri li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>l-kompiti tal-kuratur prospettiv u tal-imħallef superviżorju prospettiv ma humiex differenti minn dawk tal-kuratur u tal-imħallef superviżorju fil‑falliment<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> – anki din ma tidhirx li tinvalida l-assenza ta’ setgħat previsti normattivament għall-organi maħtura fil-fażi ta’ qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-setgħa tal-qorti li taħtar persuni differenti mill‑kuratur prospettiv u mill-imħallef superviżorju prospettiv fil‑kuntest tal-proċedura sussegwenti ta’ falliment, ċirkustanza indikata mill-qorti tar-rinviju fil-punt (v) tat-tieni domanda, huwa biżżejjed, fil‑fehma tiegħi li jiġi indikat li din ma tikkonċernax l-effettività tas‑setgħat tal-kuratur prospettiv u tal-imħallef superviżorju prospettiv, iżda hija ċirkustanza li tkun sejra titwettaq, eventwalment, fil-fażi ta’ wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) bil-mod segwenti:</TXT><P>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23/KE tat‑12 ta’ Marzu 2001 dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas‑salvagwardja tad‑drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandu jiġi interpretat fis-sens li operazzjoni ta’ pre‑pack ma tissodisfax it-tieni kundizzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni għad-deroga miż-żamma tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema mill-Artikoli 3 u 4 tal-istess direttiva, liema operazzjoni ta’ pre‑pack tkun segwita bil-falliment, u fejn iċ‑ċessjoni tal-impriża jew tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha tiġi ppreparata fl-inqas dettall qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment sabiex tippermetti t‑tkomplija rapida tal-impriża jew tal-unitajiet ekonomikament sostenibbli tagħha wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, sabiex għalhekk tiġi evitata l-interruzzjoni li kieku tirriżulta mit-twaqqif f’salt tal-attivitajiet ta’ din l-impriża fid-data tad‑dikjarazzjoni ta’ falliment, sabiex jiġu ppreżervati l-valur ta’ din l-impriża u l‑impjiegi. Ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan imfittex minn din l‑operazzjoni <HT TYPE="ITALIC">pre</HT>‑<HT TYPE="ITALIC">pack</HT> tfittex ukoll il-massimizzazzjoni tad-dħul tat‑twaqqif għall‑kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni u li l-falliment taċ-ċedent ikun inevitabbli. Din l-interpretazzjoni ma tippreġudikax il‑possibbiltà li jsiru, konformement mal-garanziji kollha previsti mid‑dispożizzjonijiet applikabbli, it‑tkeċċijiet li jistgħu jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi li jġibu tibdiliet fuq il‑livell tal-impjieg, skont l-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2001/23. Barra minn hekk, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprevedu sistema normattiva tal-pre‑pack b’osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija fl‑Artikolu 5(2) tal-istess direttiva.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>