<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-148/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0148</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:354">EU:C:2020:354</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20200507">7.5.2020</DATE> – Kawża C‑148/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna reġjonali favur l-industrija tal-azzar</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ operatur privat</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest</KEYWORD><KEYWORD>Oneru tal-prova</KEYWORD><KEYWORD>Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑148/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fid‑<DATE ISO="20190219">19 ta’ Frar 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BTB Holding Investments SA</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu),</P><P><HT TYPE="BOLD">Duferco Participations Holding SA</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu,</P><P>irrappreżentati minn J.‑F. Bellis, R. Luff, M. Favart u Q. Declève, avocats,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn V. Bottka u G. Luengo, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Foreign Strategic Investments Holding (FSIH),</HT></P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur) u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, BTB Holding Investments SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>BTB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Duferco Participations Holding SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>DPH<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑100/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:900">EU:T:2018:900</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal‑<DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 314, p. 22</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti mill-Qorti Ġenerali fil-punti 1 sa 21 tas-sentenza appellata u jistgħu, għall-ħtiġiet tal-kawża preżenti, jitqassru kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-grupp Duferco jipproduċi u jbigħ l-azzar. Huwa jinsab preżenti f’madwar 50 pajjiż madwar id-dinja. Fl‑2009, l-attivitajiet tal-imsemmi grupp fl-Ewropa kienu kkonċentrati prinċipalment fil-Belġju u fl-Italja. Dan il-grupp kien ukoll attiv, b’mod partikolari, fl-Isvizzera, fil-Lussemburgu u fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-grupp Duferco ġie stabbilit fil-Belġju fl‑1997 u, sal‑2002, akkwista diversi siti tal-azzar. Wara din il-mewġa ta’ akkwisti, l-imsemmi grupp kellu tliet sussidjarji ewlenin fil-Belġju, jiġifieri Duferco Clabecq, Duferco La Louvière u Carsid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-konsolidazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċ tal-grupp Duferco saret mill-kumpannija Duferco Industrial Investment (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>DII<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li kienet is-suċċessura ta’ DPH. BTB tmexxi l-grupp Duferco u hija l-kumpannija omm tal-grupp li ssuċċediet lill-kumpannija Bolmat Holding Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Bolmat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) kif ukoll lill-kumpanniji Ultima Holding Ltd u Ultima Partners Ltd (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ultima<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), li preċedentement kienu l-kumpanniji omm ta’ DPH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl‑2006, il-grupp Duferco daħal fi sħubija strateġika mal-grupp Russu Novolipetsk (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>grupp NLMK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Din is-sħubija kienet intiża sabiex tieħu vantaġġ mill-preżenza tal-grupp NLMK fl-ewwel parti tal-katina tal-azzar (provvista ta’ materja prima u manifattura ta’ prodotti parzjalment kompluti). Hija ħadet il-forma ta’ sehem tal-kumpannija omm tal-grupp NLMK f’waħda mill-holdings tal-grupp Duferco, jiġifieri Steel Invest &amp; Finance (Luxembourg) SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>SIF<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). SIF kienet tiġbor flimkien diversi assi tal-grupp Duferco, fosthom Duferco Clabecq, Duferco La Louvière u Carsid. Parti Amerikana tal-grupp Duferco, jiġifieri Duferco US Investment Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Duferco US<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) u s-sussidjarja tagħha Duferco Farrell Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Farrell<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), ġiet ukoll integrata f’SIF fl-aħħar tal‑2006. Fit‑<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, ġie approvat il-ftehim bejn il-gruppi Duferco u NLMK u l-kumpannija omm tal-grupp NLMK akkwistat 50 % tal-ishma ta’ SIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul is-sajf tal‑2011, is-sħubija strateġika bejn il-grupp Duferco u l-grupp NLMK intemmet. Iż-żewġ gruppi qasmu l-assi ta’ SIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’Novembru 2011, gazzetta Belġjana ppubblikat serje ta’ artikli li kkonkludew li r-Reġjun tal-Wallonie (il-Belġju) kien ta għajnuna finanzjarja lill-grupp Duferco mill‑2003 mingħajr ma kien informa lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan. Skont l-imsemmija gazzetta, f’Marzu 2003, ir-Reġjun tal-Wallonie ħoloq holding finanzjarja ġdida, il-Foreign Strategic Investment Holding SA (FSIH), sussidjarja ta’ Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa), sabiex tinvesti f’kumpanniji tal-imsemmi grupp li għandhom is-sede tagħhom barra mill-Belġju, kif ukoll barra mill-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara dawn l-artikli, il-Kummissjoni talbet lir-Renju tal-Belġju, permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, sabiex jipprovdilha iktar informazzjoni dwar in-natura tal-għajnuna finanzjarja li r-Reġjun tal-Wallonie kien ipprovda lill-grupp Duferco bejn l‑2003 u l‑2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Renju tal-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna finanzjarja. Hija stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-imsemmija miżuri inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni kollha kkomunikata mir-Renju tal-Belġju lill-Kummissjoni jirriżulta li, bejn l‑2003 u l‑2011, FSIH intervjeniet diversi drabi favur il-grupp Duferco, għal total ta’ EUR 517 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Waħda minn dawn l-interventi, imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ewwel miżura<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>miżura Nru 1<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, ikkonsistiet fit-trasferiment, fl‑2006, minn FSIH, tas-sehem ta’ 49.9 % li hija kellha mill‑2003 f’Duferco US, favur DII. Dan it-trasferiment ta’ ishma seħħ fil-kuntest tan-negozjati qabel il-parteċipazzjoni tal-grupp NLMK fil-grupp Duferco permezz ta’ SIF, peress li l-grupp NLMK kien wera x-xewqa li l-ishma kollha ta’ Duferco US ikunu kkontrollati minn SIF. Għalhekk, sabiex ittemm l-isħubija tagħha ma’ Duferco US, FSIH, fl‑<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, tat lil DII opzjoni ta’ xiri fuq l-ishma tagħha f’Duferco US, liema opzjoni kienet sussegwentement ittrasferita lil Ultima, li eżerċitatha u pproċediet, għal ammont ta’ 125.85 miljun dollaru Amerikan (USD) (madwar EUR 95 miljun), għax-xiri mill-ġdid tas-sehem kollu ta’ FSIH f’Duferco US.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>B’dan il-mod, fit‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, il-grupp Duferco sar il-proprjetarju sħiħ ta’ Duferco US, ftit jiem biss qabel ma fformalizza s-sħubija strateġika tiegħu mal-grupp NLMK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni intervent ta’ FSIH favur il-grupp Duferco, imsejħa t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tieni miżura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>miżura Nru 2<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ikkonsistiet fit-trasferiment minn FSIH, fl‑2006, tas-sehem ta’ madwar 25 % li hija kellha mill‑2003 f’DPH, għall-benefiċċju ta’ Bolmat, li preċedentement kienet il-kumpannija omm tal-grupp Duferco li s-suċċessur tagħha kien BTB. Dan it-trasferiment ta’ ishma rriżulta mill-intenzjoni ta’ FSIH li ttemm l-isħubija tagħha ma’ DPH. Għalhekk, fl‑<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, FSIH ittrasferixxiet lil Bolmat is-sehem kollu tagħha f’DPH għal ammont ta’ USD 105.42 miljun (madwar EUR 84 miljun).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tielet waħda minn dawn l-interventi, imsejħa r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raba’ miżura<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>miżura Nru 4<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, ikkonsistiet, essenzjalment, skont żewġ ftehimiet iffirmati fix-xhur ta’ Settembru u ta’ Diċembru 2009, fl-għoti ta’ self <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> ta’ EUR 100 miljun lil Ultima, li preċedentement kienet il-kumpannija omm tal-grupp Duferco li kien is-suċċessur ta’ BTB. Dan is-self inħeles f’żewġ partijiet, l-ewwel waħda, ta’ EUR 30 miljun f’Settembru 2009 u, it-tieni waħda, ta’ EUR 70 miljun f’Diċembru 2009. Ir-rata applikabbli għas-self ġiet stabbilita bir-rata Euribor ta’ 12‑il xahar b’żieda ta’ 75 punt bażi, jiġifieri 2.052 % fil-mument tal-konklużjoni ta’ dan il-ftehim. Skont l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju tal-Belġju, ir-rata effettivament miżmuma kienet ta’ 2.04 % meta nħelset l-ewwel parti u ta’ 1.99 % meta nħelset it-tieni parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-tmiem tas-sħubija strateġika bejn il-grupp Duferco u l-grupp NLMK li seħħ fl‑2011, u kif kienu qablu dawn tal-aħħar, is-self kollu ġie mħallas lura bil-quddiem fit‑<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-miżura Nru 1, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet li fihom sar il-bejgħ tas-sehem ta’ FSIH f’Duferco US kellhom il-konsegwenza li jqiegħdu lil DII f’sitwazzjoni iktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha, peress li l-ebda investitur privat ma kien jaċċetta li jbigħ is-sehem tiegħu f’Duferco US bl-istess kundizzjonijiet u li dan il-vantaġġ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li s-sehem ta’ FSIH f’Duferco US kellha tiġi vvalutata sa USD 141.09 miljun, b’tali mod li, minħabba t-trasferiment ta’ USD 125.85 miljun, l-ammont tal-għajnuna favur DII kien ta’ USD 15.24 miljun (madwar EUR 11.58 miljun).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-miżura Nru 2 il-Kummissjoni qieset ukoll li l-kundizzjonijiet li fihom kien sar il-bejgħ tas-sehem ta’ FSIH f’DPH kellhom il-konsegwenza li jqiegħdu lil Bolmat f’sitwazzjoni iktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha, peress li l-ebda investitur privat ma kien jaċċetta li jbigħ is-sehem tiegħu f’DPH bl-istess kundizzjonijiet, u li dan il-vantaġġ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li s-sehem ta’ FSIH f’DPH kellha tiġi vvalutata mill-inqas sa USD 131 miljun, b’tali mod li, minħabba t-trasferiment ta’ USD 105.42 miljun, l-ammont tal-għajnuna favur Bolmat kien ta’ USD 25.58 miljun (madwar EUR 20.36 miljun).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-miżura Nru 4, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet li fihom FSIH kienet tat self ta’ EUR 100 miljun lil Ultima kellhom il-konsegwenza li jqiegħdu lil Ultima f’sitwazzjoni iktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha, peress li l-ebda kreditur privat ma kien jaċċetta li jagħtiha self bl-istess kundizzjonijiet, u li dan il-vantaġġ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Fil-fehma tagħha, ir-rata applikabbli għas-self kellha tiġi ffissata bir-rata Euribor ta’ 12‑il xahar b’żieda ta’ 220 punt bażi, jiġifieri 3.502 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sa fejn ġie miftiehem ir-rimbors antiċipat tas-self f’Ġunju 2011, il-Kummissjoni, fuq bażi ta’ kalkolu ta’ kapitalizzazzjoni ssemplifikata, qieset li l-ammont tal-għajnuna favur Ultima kien ta’ madwar EUR 2.08 miljun għal dan is-self.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża jipprovdi kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA><P>Il-miżuri li ġejjin, implimentati b’mod illegali [mir-Renju tal-]Belġju bi ksur tal-Artikolu 108(3) [TFUE], jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bejgħ ta’ sehem f’[Duferco US], [lil DII], għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">11581700</FT>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bejgħ ta’ sehem f’[DPH], [lil Bolmat], għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20362464</FT>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>self [lil Ultima], għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2082723</FT> fil-prinċipju, sakemm ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tkun inqas minn 3,502 %;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jirkupra mill-benefiċjarji diretti jew is-suċċessuri legali tagħhom l-għajnuna inkompatibbli mogħtija msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20170214">14 ta’ Frar 2017</DATE>, BTB u DPH ippreżentaw rikors għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE>, FSIH talbet li tintervjeni insostenn tat-talbiet ta’ BTB u ta’ DPH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tal-imsemmi rikors, BTB u DPH invokaw tmien motivi. Tlieta minn dawn il-motivi kienu jirrigwardaw il-miżura Nru 1, tlieta kienu jirrigwardaw il-miżura Nru 2 u l-aħħar tnejn kienu jikkonċernaw il-miżura Nru 4.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżura Nru 1, l-ewwel żewġ motivi kienu bbażati wkoll, essenzjalment, fuq l-assenza ta’ vantaġġ marbut mal-kundizzjonijiet li fihom FSIH ittrasferixxiet is-sehem tagħha f’Duferco US lil DII. It-tielet motiv kien ibbażat, essenzjalment, fuq żbalji differenti li vvizzjaw id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżura Nru 2, l-ewwel żewġ motivi kienu bbażati wkoll, essenzjalment, fuq l-assenza ta’ vantaġġ marbut mal-kundizzjonijiet li fihom FSIH ittrasferixxiet is-sehem tagħha f’DPH lil Bolmat. It-tielet motiv kien ibbażat, essenzjalment, fuq żbalji differenti li vvizzjaw id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżura Nru 4, iż-żewġ motivi kienu bbażati, essenzjalment, fuq l-assenza ta’ vantaġġ marbut mal-kundizzjonijiet li fihom FSIH tat self lil Ultima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ BTB u ta’ DPH.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>BTB u DPH jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad l-appell bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil BTB u lil DPH għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell fl-intier tiegħu, minħabba li dan huwa astratt wisq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha, kif ukoll l-argumenti legali mqajma speċifikament insostenn ta’ din it-talba (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Mindo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:229">EU:C:2013:229</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, BTB u DPH esponew b’mod ċar ir-raġunijiet għalfejn huma jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi. Dawn iż-żewġ impriżi identifikaw, b’mod suffiċjentement preċiż, il-punti tas-sentenza appellata li huma, fil-fehma tagħhom, ivvizzjati bi żbalji ta’ liġi u li wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tqis, f’dan il-każ, li l-Kummissjoni kkonkludiet korrettament li kien hemm għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-appell ta’ BTB u ta’ DPH huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jqajmu aggravju uniku li jinkludi żewġ partijiet fejn l-ewwel parti hija bbażata fuq il-ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova u t-tieni parti hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u fuq id-dritt għal smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-aggravju uniku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju uniku, BTB u DPH isostnu, fl-ewwel lok, li, bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-provi prodotti mill-appellant għandhom ikunu suffiċjenti biex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni tal-fatti miżmuma fid-deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li jinsabu fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli tal-oneru tal-prova fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Billi sostniet li kienu l-appellanti li kellhom jipproduċu provi suffiċjentement probatorji sabiex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni ekonomika kumplessa tal-fatti adottata fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont dawn l-impriżi, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, stabbilixxiet id-dritt tal-Kummissjoni li ma turix kif il-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li tkun tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti fuq sempliċi allegazzjonijiet jew elementi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>plawżibbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li hija ma tkunx obbligata tipprova l-veraċità tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali eżiġiet li l-appellanti juru li l-miżuri inkwistjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, BTB u DPH iqisu li mill-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali impliċitament qieset li, jekk jibqa’ dubju wara l-eżami tal-miżuri kkonċernati mill-Kummissjoni, dan id-dubju jibbenefika lil din tal-aħħar, peress li din tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq sempliċi elementi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>plawżibbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li hija ma jkollhiex tistabbilixxi l-veraċità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti ta’ BTB u ta’ DPH.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha segwenti jkunu ssodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent tal-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, dan għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, dan għandu joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, konformement ma’ ġurisprudenza wkoll stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi li, taħt kwalunkwe forma, jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil impriżi jew li għandhom jiġu kkunsidrati bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jitqiesu li huma għajnuna mill-Istat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs FIH Holding u FIH Erhvervsbank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:159">EU:C:2018:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-għan tal-Artikolu 107(1) TFUE li jiżgura kompetizzjoni mhux distorta, inkluż bejn l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, ma jistax jinkludi miżura mogħtija favur impriża permezz ta’ riżorsi tal-Istat fejn din setgħet tikseb l-istess vantaġġ f’ċirkustanzi li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom tali vantaġġ ingħata għalhekk titwettaq, bħala prinċipju, bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur privat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs FIH Holding u FIH Erhvervsbank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:159">EU:C:2018:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ operatur privat jinsab fost l-elementi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna, u għalhekk ma jikkostitwixxix eċċezzjoni li tapplika biss fuq talba ta’ Stat Membru, meta huwa kkonstatat li l-elementi li jikkostitwixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE, huma ssodisfatti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs FIH Holding u FIH Erhvervsbank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:159">EU:C:2018:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tippreżumi li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat billi tibbaża ruħha sempliċement fuq preżunzjoni negattiva, ibbażata fuq l-assenza ta’ informazzjoni li tippermetti li tasal għal konklużjoni kuntrarja, fin-nuqqas ta’ elementi oħra ta’ natura li jistabbilixxu pożittivament l-eżistenza ta’ tali vantaġġ (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑520/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, meta l-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta’ operatur privat, hija, tal-inqas, obbligata li tiżgura ruħha li l-informazzjoni li jkollha, minkejja li tista’, jekk ikun il-każ, tkun frammentarja u inkompleta, tikkostitwixxi bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li impriża tkun ibbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑520/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza, tali li jsostnu l-konklużjonijiet li tasal għalihom (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑520/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 82 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni hija obbligata twettaq il-proċedura ta’ eżami tal-miżuri kkonċernati b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex hija jkollha, meta tiġi adottata deċiżjoni finali li tistabbilixxi l-eżistenza u, jekk ikun il-każ, l-inkompatibbiltà jew l-illegalità tal-għajnuna, l-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli sabiex tagħmel dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:217">EU:C:2014:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li l-oneru tal-prova li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju ta’ operatur privat ġew issodisfatti jaqa’ fuq il-Kummissjoni u li dan ikun iktar u iktar il-każ meta d-deċiżjoni kkontestata ma tkunx ibbażata fuq nuqqas ta’ produzzjoni ta’ elementi li kienu ntalbu mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, iżda tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni li operatur privat ma kienx jaġixxi bl-istess mod bħall-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru, li hija konstatazzjoni li tippreżumi li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi rilevanti kollha neċessarji għat-tfassil tad-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu BTB u DPH, mis-sentenza appellata ma jirriżultax li l-Qorti Ġenerali qieset li huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li tibbaża l-evalwazzjoni ekonomika tagħha fuq sempliċi allegazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>plawżibbli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li hija ma hijiex obbligata tipprova l-veraċità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ta’ BTB u ta’ DPH li, fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li huma kellhom jipproduċu provi sabiex juru li l-miżuri inkwistjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument jirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li, għalkemm il-Kummissjoni applikat il-kriterju ta’ operatur privat, wettqet l-analiżi tagħha u wasslet fid-deċiżjoni tagħha għall-konstatazzjoni li l-miżuri kkonċernati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, huwa l-appellant li għandu juri żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, din il-kunsiderazzjoni hija biss konsegwenza tal-prinċipju stabbilit fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jipprovdi li l-istħarriġ li l-qrati tal-Unjoni jeżerċitaw fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi li saru mill-Kummissjoni huwa limitat neċessarjament għall-verifika tal-osservanza tar-regoli ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni, kif ukoll tal-preċiżjoni materjali tal-fatti, tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u ta’ użu ħażin ta’ poter (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur privat, il-Qorti Ġenerali ġustament illimitat l-istħarriġ tagħha għall-verifika tal-assenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-raġunament tal-Kummissjoni, meta hija applikat il-kriterju ta’ operatur privat sabiex tistabbilixxi li l-miżuri kkonċernati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġustament fakkret il-Qorti Ġenerali fil-punt 87 tas-sentenza appellata, l-istħarriġ ġudizzjarju huwa limitat, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jkunu ta’ natura teknika jew kumplessa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza u Orange</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:912">EU:C:2016:912</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret ukoll fil-punt 88 tas-sentenza appellata, li, meta jkun hemm lok, għall-Kummissjoni, sabiex tivverifika jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tapplika l-kriterju ta’ operatur privat, l-użu ta’ dan il-kriterju jimplika, b’mod ġenerali, min-naħa tal-Kummissjoni, evalwazzjoni ekonomika kumplessa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza u Orange</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:912">EU:C:2016:912</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, l-eżami mill-Kummissjoni tal-kwistjoni dwar jekk miżuri speċifiċi jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, minħabba l-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux aġixxew bl-istess mod bħal operatur privat, jirrikjedi li ssir evalwazzjoni ekonomika kumplessa (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Frucona Košice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:706">EU:C:2017:706</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ġustament żiedet, fil-punti 89 u 141 tas-sentenza appellata, li hija ma kellhiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha ma’ dik tal-awtur tad-deċiżjoni li hija ntalbet tistħarreġ il-legalità tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Frucona Košice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:706">EU:C:2017:706</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali wettqet l-istħarriġ tagħha tad-deċiżjoni kontenzjuża b’konformità sħiħa mal-prinċipji u mal-kriterji mfakkra mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 56 u 58 sa 61 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset, fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, li huma BTB u DPH li għandhom jistabbilixxu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti b’mod li jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-aggravju uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-aggravju uniku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-aggravju uniku, BTB u DPH isostnu li, permezz tal-kliem użat fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, imfakkra fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u d-dritt għal smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Dawn l-impriżi jqisu li dan il-prinċipju jimplika l-obbligu li kull parti tiġi offruta possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inklużi l-provi tagħha, f’ċirkustanzi li ma jpoġġuhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ċar meta mqabbla mal-avversarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, billi qieset li BTB u DPH kienu obbligati jipproduċu provi suffiċjenti sabiex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni li saret mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kisret l-imsemmi prinċipju billi qiegħdet lill-Kummissjoni f’sitwazzjoni privileġġata meta mqabbla mal-imsemmija impriżi. Fil-fatt, fil-każ fejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti jipprovdu evalwazzjonijiet tal-fatti li huma kontradittorji iżda li madankollu jkunu wkoll plawżibbli t-tnejn li huma, l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni awtomatikament jieħdu preċedenza fuq l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont BTB u DPH, il-Qorti Ġenerali eżiġiet li huma jipproduċu provi li s-saħħa probatorja tagħhom kienet ogħla minn dik tal-provi li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kienet ibbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Tali tqassim tal-oneru tal-prova jmur kontra l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840328">28 ta’ Marzu 1984</DATE>, <NAME.CASE>Compagnie royale asturienne des mines u Rheinzink vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>29/83 u 30/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:130">EU:C:1984:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ahlström Osakeyhtiö <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑89/85, C‑104/85, C‑114/85, C‑116/85, C‑117/85 u C‑125/85 sa C‑129/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:120">EU:C:1993:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jipprovdu li, meta l-Kummissjoni tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni billi tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni li l-fatti stabbiliti ma jistgħux jiġu spjegati b’mod li ma huwiex ibbażat fuq l-eżistenza ta’ aġir antikompetittiv, il-qorti tal-Unjoni għandha tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni meta l-impriżi kkonċernati jressqu argument li jagħti dawl differenti lill-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni u li għalhekk jippermettu li tingħata spjegazzjoni plawżibbli oħra tal-fatti minflok dik mogħtija mill-Kummissjoni sabiex jiġi konkluż li jeżisti ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti ta’ BTB u ta’ DPH.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-livell ta’ prova meħtieġ sabiex jintwera żball manifest fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur privat, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li mill-kliem użat mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, jirriżulta li din eżiġiet li l-appellanti juru l-eżistenza ta’ żball suffiċjentement serju li jdgħajjef l-evalwazzjoni ekonomika kumplessa mwettqa mill-Kummissjoni. Madankollu, la jirriżulta li l-appellanti għandhom juru l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat, la jirriżulta li l-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq sempliċi allegazzjonijiet plawżibbli sabiex turi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, u lanqas jirriżulta li l-appellanti għandhom jikkonfutaw kompletament l-analiżi ekonomika tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, kif ġustament qieset il-Qorti Ġenerali, żball manifest jista’ jintwera permezz ta’ elementi li jċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni tal-fatti li saret mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha. Madankollu, motiv ibbażat fuq żbalji manifesti għandu jiġi miċħud jekk, minkejja l-elementi mressqa mir-rikorrenti, l-evalwazzjoni kkontestata ma tidhirx ivvizzjata minn tali żball.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, il-possibbiltà li tiġi kkontestata l-plawżibbiltà tal-evalwazzjoni tal-fatti li saret mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha hija stabbilita favur l-appellanti u, kuntrarjament għal dak li jsostnu BTB u DPH, il-kliem użat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata bl-ebda mod ma jimplika li, f’dan il-każ, l-appellanti kienu obbligati jipprovdu provi li s-saħħa probatorja tagħhom kienet ogħla minn dik marbuta mal-provi li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali evalwat, fil-punti 121, 124, 127, 180, 221, 248, 253, 276 u 285 tas-sentenza appellata, jekk l-allegazzjonijiet ta’ BTB u ta’ DPH kinux suffiċjenti sabiex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjonijiet tal-fatti li saru mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża u qieset li dan ma kienx il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-argument ta’ BTB u ta’ DPH ibbażat fuq is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840328">28 ta’ Marzu 1984</DATE>, <NAME.CASE>Compagnie royale asturienne des mines u Rheinzink vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>29/83 u 30/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:130">EU:C:1984:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ahlström Osakeyhtiö <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑89/85, C‑104/85, C‑114/85, C‑116/85, C‑117/85 u C‑125/85 sa C‑129/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:120">EU:C:1993:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-Kummissjoni, meta tapplika l-prinċipju ta’ operatur privat, ma għandhiex tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni li l-fatti stabbiliti ma jistgħux jiġu spjegati b’mod li ma huwiex ibbażat fuq l-eżistenza ta’ aġir antikompetittiv, iżda għandha twettaq, bħala prinċipju, evalwazzjoni ekonomika kumplessa sabiex tiddetermina jekk l-impriża kkonċernata tibbenefikax minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, meta, fil-punti 90 u 142 tas-sentenza appellata, hija qieset, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-provi prodotti mill-appellant għandhom ikunu suffiċjenti biex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni tal-fatti miżmuma fid-deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, il-Qorti Ġenerali la kisret il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u lanqas id-dritt għal smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tieni parti tal-aggravju uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fis-sentenza li tagħlaq l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-imsemmija regoli, applikabbli wkoll għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li BTB u DPH tilfu, hemm lok li dawn jiġu kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">BTB Holding Investments SA u Duferco Participations Holding SA huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>