|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4411 |
8.7.2024 |
RAKKOMANDAZZJONI TAS-CENTRAL BANK OF CYPRUS
tat-2 ta’ Lulju 2024
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus
(BĊE/2024/16)
(C/2024/4411)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus, PricewaterhouseCoopers Limited, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023. |
|
(3) |
Is-Central Bank of Cyprus għażel lil Baker Tilly Klitou and Partners Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Baker Tilly Klitou and Partners Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Lulju 2024.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4411/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)