Official Journal L 243 , 15/09/1999 P. 0012 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Settembru 1999 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Emirati Għarab Magħquda. (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2795) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (1999/613/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata permezz ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(a) u 16 tagħha, (1) Billi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati fost l-oħrajn mill-Emirati Għarab Magħquda huma mniżżla rispettivament fid-Deċiżjoni 92/260/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/228/KE [3]; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/252/KE [5]. (2) Billi wara t-tieni missjoni tal-Kummissjoni ta’ spezzjoni veterinarja fl-Emirati Għarab Magħquda is-sitwazzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali s-sitwazzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji u b’mod partkolari l-moviment ta’ equidae u l-istatus ta’ saħħa tagħhom huma suffiċjentement kontrollati. (3) Billi l-marda Afrikana taż-żwiemel qatt ma’ ġiet rappurtata fl-Emirati Għarab Magħquda u t-tilqim kontra din il-marda huwa projbit għal aktar minn sena; billi minbarra dan serje ta’ stħarriġ seroloġiku twettaq fuq it-territorju kollhu tal-pajjiż u r-riżultati sodisfaċenti ġew komunikati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. (4) Billi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ equidae fil-pajjiż konċernat huma ta’ l-anqas stretti daqs il-kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ equidae fil-Komunità; billi għalhekk il-pajjiż għandu jitqies bħala li jipprovdi riskju baxx ta’ infiltrazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel minn barra. (5) Billi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom jiġu adottati skond il-qagħda ta’ saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiż terz konċernat; billi l-każ preżenti jirrelata biss ma’ żwiemel reġistrati li għandhom jiġu mportati temporanjament jew permanentement mill-Emirati Għarab Magħquda. (6) Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu hekk emendati. (7) Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej: 1. L-ewwel inċiż fil-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: "— jew - il-pajjiż ta’ dispaċċ, f’ċentru ta’ isolament (3) jew - l-Emirati Għarab Magħquda (AE), fi stabbilimenti maħsuba għal dan il-għan taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali (3)". 2. Ir-raba’ inċiż fil-paragrafu (i) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: "— test għall-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl-Anness D li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE jew - f’żewġ okkażjonijiet, imwettaq fuq kampjuni ta’ demm meħuda f’intervalli ta’ bejn 21 u 30 jum fuqw… (5) u fuq… (5), li t-tieni wieħed minhom għandu jkun ittieħed sa 10t ijiem mill-esportazzjoni (3), jew b’reazzjonijiet negattivi, jekk ma’ jkunx ġie mlaqqam (3) (4), jew mingħajr żieda fin-numru ta’ antikorpi, jekk ikun ġie mlaqqam (3) (4) jew - f’okkażjoni waħda, imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni fuq… (5) b’reazzjoni negattiva, jekk għandu jintbagħat mill-Emirarati Għarab Magħquda (AE) (3) (4);". 3. "Emirati Għarab Magħquda (AE)" huwa miżjud fl-ordni tal-kodiċi ISO tal-pajjiż ma’ l-elenku ta’ pajjiżi terzi fl-aħħar inċiż tal-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikati ta’ saħħa ta’ l-annimali A, B, Ċ, D u E fl-Anness II. Artikolu 2 Il-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat kif ġej: 1. Il-paragrafu (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(d) matul it-tliet xhur minnufih qabel l-esportazzjoni preċedenti (jew mit-twelid, jekk l-annimal ikun ta’ anqas minn tliet xhur, jew mid-dħul, jekk ikun ġie importat direttament mill-Komunità Ewropea matul it-tliet xhur ta’ qabel) ikun residenti f’azjendi taħt superviżjoni veterinarja fil-pajjiż ta’ dispaċċ u jkun inżamm f’ċentru ta’ iżolament approvat, imħares minn insetti li jġorru l-mard, jew - matul l-40 jum qabel ma’ jkunu telqu (3), jew - matul it-30 jum qabel ma’ jkunu telqu mill-Emirati Għarab Magħquda (AE) (3);". 2. Il-paragrafu (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(k) kien suġġett għall-test kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritta fl-Anness D li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE jew - f’żewġ okkażjonijiet, imwettaq fuq kampjuni ta’ demm meħuda f’intervalli ta’ bejn 21 u 30 jum fuq… (4) u fuq… (4), li t-tieni wieħed minnhom għandu jkun ittieħed fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni (3), jew b’reazzjonijiet negattivi, jekk ma jkunx ġie mlaqqam (3), jew b’żieda fin numru ta’ antikorpi, jekk ikun ġie mlaqqam (3) jew - f’okkażjoni waħda, imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni fuq… (4) b’reazzjoni negattiva, jekk għandu jintbagħat mill-Emirati Għarab Magħquda (EA) (3);". Artikolu 3 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [2] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. [3] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 77. [4] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. [5] ĠU L 96, ta’ l-10.4.1999, p. 31. --------------------------------------------------