22003D0053



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0030 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 53/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li mmodifika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 36/2003 tal-14 ta' Marzu 2003 [1].

(2) Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat fuq Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) u emenda r-Regolamenti fuq is-sigurtà maritima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri [2] għandu jiġi miżjud mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-pun t56m (Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"56n. 32002 R 2099: Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) u emenda r-Regolamenti fuq is-sigurtà maritima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri (COSS) (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1)."

2. Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda f'punti 55c (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94), 56 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91) u 56m (Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

", kif emendat mir:

- 32002 R 2099: Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1)."

3. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud f'punt 56c (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95):

"- 32002 R 2099: Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 fil-lingwi Islandiżi u Norveġiżi, li għandu jiġi ppublikat fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konjunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 42.

[2] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

[3] Ma hemm l-ebda rekwiżit kostituzzjonali indikat.

--------------------------------------------------