31996D0653



Official Journal L 295 , 20/11/1996 P. 0033 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Novembru 1996

li tawtorizza lill-Istati Membri biex temporanjament jippermettu l-marketing ta’ materjal riproduttiv tal-foresti li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 66/404/KEE u 71/161/KEE

(96/653/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/404/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ materjal riproduttiv tal-foresti [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/161/KEE tat-30 ta’ Marzu 1971 dwar standards għal kwalità esterna tal-materjal riproduttiv tal-foresti li jkun marketed fi ħdan il-Komunità [2], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati minn ċerti Stati Membri,

Billi l-produzzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-ispeċi elenkati fl-Annesi huma preżentament insuffiċjenti fl-Istati Membri kollha, bir-riżultat li l-ħtiġijiet tagħhom għal materjali riproduttivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/404/KEE u 71/161/KEE ma jistgħux ikunu milħuqa;

Billi pajjiżi terzi ma humiex f’pożizzjoni li jfornu materjal riproduttiv suffiċjenti tal-ispeċi relevanti li jistgħu joffru l-istess garanziji bħall-materjal riproduttiv tal-Komunità u li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq;

Billi l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati biex jippermettu, għal perijodu limitat, il-marketing ta’ materjal riproduttiv tal-ispeċi relevanti li jissodifa ħtiġijiet anqas strinġenti biex ikopru l-iskarsezza tal-materjal riproduttiv li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-Direttiva 66/404/KEE jew 71/161/KEE;

Billi, għal raġunijiet ġenetiċi, il-materjal riproduttiv għandu jkun miġbur minn postijiet ta’ oriġini fil-medda naturali tal-ispeċi relevanti u l-garanziji l-aktar stretti possibli għandhom jingħataw sabiex jassiguraw l-identità tal-materjal;

Billi, aktar minn hekk, il-materjal riproduttiv għandu jkun marketed biss jekk ikun akkumpanjat b’dokument li jkun fih ċerti dettalji tal-materjal riproduttiv f’dak il-każ;

Billi kull wieħed tal-Istati Membri għandu aktar minn hekk ikun awtorizzat li jippermetti l-marketing fit-territorju tiegħu taż-żrieragħ u l-pjanti li jissodisfaw ħtiġijiet anqas strinġenti fir-rigward tal-provenjenza, kif stabbilita fid-Direttiva 66/404/KEE, taż-żerriegħa li tissodisfa ħtiġijiet anqas strinġenti fir-rigward tal-purità tal-ispeċe kif stabbilita fid-Direttiva 71/161/KEE, jekk il-marketing ta’ materjal bħal dak ikun ġie awtorizzat fl-Istati Membri l-oħrajn permezz ta’ din id-Direttiva;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri huma awtorizzati li jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ żrieragħ li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet fir-rigward tal-provenjenza kif jidhru fid-Direttiva 66/404/KEE dwar it-termini stabbiliti fl-Anness I t’hawnhekk u bil-kondizzjoni li l-prova speċifikata fl-Artikolu 2 tkun fornuta f’dak li jirrigwardja l-post tal-provenjenza taż-żerriegħa u l-altitudini li fiha kienet ġiet miġbura.

2. L-Istati Membri huma awtorizzati li jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ pjanti prodotti fil-Komunità miż-żerriegħa msemmija hawn fuq.

Artikolu 2

1. Il-prova li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 1(1) u 4 għandha tkun meqjusa bħala li tkun ġiet fornuta meta l-materjal riproduttiv ikun tal-kategorija ‘materjal riproduttiv minn sorsi identifikati’ kif definit fl-iskema tal-Organizzazzjonijiet għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilipp (OECD/OKEI) għall-kontroll taċ-ċaqlieq fil-kummerċ internazzjonali tal-materjal riproduttiv tal-foresti, jew ta’ xi kategorija oħra definita f’dik l-iskema.

2. Meta l-iskema OECD imsemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx użata fil-lokalità tal-provenjenza tal-materjal riproduttiv, xhieda oħra uffiċjali għandha tkun ammessibbli.

3. Meta xhieda uffiċjali ma tistgħax tkun ipprovvduta, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw xiehda oħra li ma tkunx uffiċjali.

Artikolu 3

L-Istati Membri huma awtorizzati skond it-termini stabbiliti fl-Anness II t’hawnhekk, li jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ żerriegħa li ma tissodisfax il-ħtiġijiet li jirrigwardjaw il-purità speċifika fl-Anness I tad-Direttiva 71/161/KEE, basta iżda li d-dokument meħtieġ permezz ta’ l-artikolu 9 tad-Direttiva 66/404/KEE ikun fih il-kliem:

"Żerriegħa li ma tissodisfax is-standards fir-rigward tal-purità speċifika"

.

Artikolu 4

L-Istati Membri huma awtorizzati skond it-termini stabbiliti fl-Anness III t’hawnhekk, li jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ materjal riproduttiv li la jisodisfa l-ħtiġijiet fir-rigward tal-provenjenza tad-Direttiva 66/404/KEE u l-anqas il-ħtiġijiet fir-rigward tal-purità speċifika fl-Anness I tad-Direttiva 71/161/KEE, bil-kondizzjoni li:

- il-prova speċifikata fl-Artikolu 2 tkun fornuta f’dak li jirigwardja l-post tal-provenjenza taż-żerriegħa u l-altiduni li fiha tkun ġiet miġbura, u

- id-dokument meħtieġ permezz tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 66/404/KEE ikun fih il-kliem:

"Żerriegħa li ma tissodisfax is-standards fir-rigward tal-purità speċifika".

Artikolu 5

L-Istati Membri apparti milli l-Istati Membri applikanti huma wkoll awtorizzati li jippermettu, fuq it-termini stabbiliti fl-Annessi I, II u III rispettivament u għall-iskopijiet intiżi mill-Istati Membri applikanti, li jwettqu l-marketing fit-territorju tagħhom taż-żrieragħ u l-pjanti awtorizzati li jkunu marketed permezz ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

L-awtorizzazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 1(1), 3 u 4 u sa kemm dawn jikkonċernaw l-ewwel tqegħid ta’ materjal riproduttiv tal-foresti fis-suq tal-Komunità, għandhom jiskadu fit-30 ta’ Novembru 1997. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom, sa kemm huma jikkonċernaw it-tqegħid susegwenti fis-suq tal-Komunità, jeskadu fil-31 ta’ Diċembru 1998.

Artikolu 7

F’dak li jirrigwardja l-ewwel tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-foresti, kif riferit fl-Artikolu 6, l-Istati Membi għandhom immedjetament jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-kwantitajiet ta’ materjal bħal dak li jissodisfa ħtiġijiet anqas strinġenti minn dawk li kienu ġew approvati għall-marketing fit-territorju tagħhom permezz ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Novembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No 125, tal- 11.7.1966, p. 2326/66.

[2] ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 14.

--------------------------------------------------

INDIĊI

1. L-Istati Membri

A = Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija

B = Ir-Renju tal-Belġju

D = Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK = Ir-Renju tad-Danimarka

E = Ir-Renju ta’ Spanja

EL = Ir-Repubblika Ellenika

F = Ir-Repubblika Franċiża

I = Ir-Repubblika Taljana

IRL = L-Irlanda

L = Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

NL = Ir-Renju ta’ l-Olanda

P = Ir-Repubblika Portugiża

UK = Ir-Renju Unit

2. L-Istati jew ir-reġjuni tal-provenjenza

BG = Il-Bulgarija

Ca. = Il-Karpantini

CDN = Il-Kanada

CH = L-Isvizzera

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

EC = Il-Komunità Ewropea

HR = Il-Kroazja

HU = L-Ungerija

LV = Il-Latvja

NO = In-Norveġja

PL = Il-Polonja

RO = Ir-Rumanija

SI = L-Islovenja

SK = Ir-Repubblika Slovakka

Sudètes = Is-Sudeteni

TR = It-Turkija

USA = L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Vallée de la Save = Il-Wied tas-Sava

3. Abrevjazzjonijiet oħrajn

max. alt. = l-altitudni massima

OEP = jew provenjenza ekwivalenti

--------------------------------------------------

ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΝΑ ΙANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I

Estado miembro Medlemsstat Mitgliedstaat Κράτος μέλος Member State État membre Stato membro Lid-Staat Estado-membro Jäsenmaa Medlemsstat | Fagus sylvatica L. | Larix decidua Mill. | Picea abies Karst. |

kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst |

A | 1400 | SI, HU, CZ, RO, HR | 220 | CZ, PL, HU SI, HR | 5 | PL (Istebna) |

B | 1500 | PL, RO (max. alt. 900 m) | 40 | PL (max. alt. 900 m) CZ (Sudètes) | 40 | Pl (Ca.), RO (max. alt. 900 m), SK (max. alt. 900 m) CZ (max. alt. 900 m) |

D | — | — | 50 | EC (D/OEP), CZ | 50 | EC (D/OEP), CZ, SK, RO, PL, HU |

DK | 20000 | CH (Atlisberg, Sihwald) CZ, SK (Kakasovze) RO (Máramaros) | — | — | — | — |

E | 900 | EC (E/OEP) | 35 | EC (E/OEP), SK | 190 | EC (E/OEP) |

EL | — | — | — | — | — | — |

F | — | — | 165 | EC (F, Seedorchard), PL (Żoni VI 7 u VII 8), CZ (Sudètes) | 20 | PL (żoni II 1, II 3, u VIII 5 |

I | 2000 | EC (I/OEP) | — | — | — | — |

IRL | 750 | EC (IRL/OEP), HU, SI, RO, CZ, SK | — | — | 500 | CZ, PL |

L | 500 | EC (L/OEP) | — | — | — | — |

NL | 10000 | RO, CZ, SK | 50 | CZ, SK | 50 | CZ |

P | 8 | EC (P/OEP) | 2 | EC (P/OEP) | 2 | EC (P/OEP) |

UK | 5000 | EC (UK/OEP), HU, SI, RO | 200 | EC (UK/OEP), PL, CZ (Szudéták) | 500 | EC (UK/OEP), RO, PL, CZ, SK |

Estado miembro Medlemsstat Mitgliedstaat Κράτος μέλος Member State État membre Stato membro Lid-Staat Estado-membro Jäsenmaa Medlemsstat | Pinus nigra Arn. | Pinus silvestris L. | Quercus borealis Michx. |

kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst |

A | 520 | SI, HU, HR | 110 | HU, SI, PL, CZ | 3800 | SI, HU, PL, RO, CZ, SK, HR |

B | — | — | — | — | 5000 | HR (vallée de la Save) PL, SK, CZ, SI (vallée de la Save) |

D | 100 | EC (D/OEP), SI | 50 | EC (D/OEP), PL | — | — |

DK | 150 | SI, TR | 140 | LV, NO (Vestlandet) | 5000 | PL |

E | 1550 | EC (E/OEP) | 1775 | EC (E/OEP), | 10995 | EC (E/OEP), USA |

EL | — | — | — | — | — | — |

F | 35 | BG (Kuskandil) | 35 | PL (żoni II 1 u II 2) | — | — |

I | — | — | — | — | — | — |

IRL | — | — | — | — | 300 | HU, SI, HR, SK, USA |

L | — | — | — | — | — | — |

NL | 60 | HR, SI | — | — | 10000 | RO, PL |

P | 60 | EC (P/OEP) | 20 | EC (P/OEP) | 18000 | EC (P/OEP) |

UK | — | — | 300 | EC (UK/OEP), | 750 | EC (UK/OEP), CDN, USA |

Estado miembro Medlemsstat Mitgliedstaat Κράτος μέλος Member State État membre Stato membro Lid-Staat Estado-membro Jäsenmaa Medlemsstat | Quercus pedunculata Ehrh. | Quercus sessiliflora Sal. | Larix Leptolepis Grod |

kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst | kg | Procedencia Oprindelse Herkunft Προέλευση Provenance Provenance Provenienza Herkomst Proveniência Alue Härkomst |

A | 9500 | SI, HU, PL, RO, CZ, SK, HR | 5500 | SI, HU, PL, RO, CZ, SK, HR | — | — |

B | — | PL, SK, CZ, HR (vallée de la Save), SI (vallée de la Save) | 3000 | PL, CZ, SK, HR (vallée de la Save), SI (vallée de la Save) | — | — |

D | — | — | — | — | — | — |

DK | 12000 | NO, PL | 98500 | NO (Żona FO, Agder), PL | — | — |

E | 11605 | EC (E/OEP) | 7450 | EC (E/OEP) | — | — |

EL | — | — | — | — | — | — |

F | — | — | — | — | — | — |

I | 3000 | EC (I/OEP) | 3000 | EC(I/OEP) | — | — |

IRL | 11000 | EC (IRL/OEP), PL, HU, SI, CZ, SK | 4500 | IRL/OEP), NO, PL, SI, CZ, HU | — | — |

L | 400 | EC (L/OEP) | 250 | EC(L/OEP) | — | — |

NL | 50000 | RO, PL | 25000 | PL, RO | — | — |

P | 10000 | EC (P/OEP) | — | — | — | — |

UK | 25000 | EC (UK/OEP), PL, HU, CZ, SK, SI | 25000 | EC (UK/OEP), PL, HU, CZ, SK, SI, NO | — | — |

--------------------------------------------------

ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙANNEX IIANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II

Especies Arter Arten Είδη Species Espèces Specie Soorten Espécies Lajit Arter | Estado miembro Medlemsstat Mitgliedstaat Κράτος μέλος Member State État membre Stato membro Lid-Staat Estado-membro Jäsenmaa Medlemsstat | kg |

Quercus pedunculata Ehrh. | A | 3000 |

D | 30000 |

Quercus sessiliflora Sal. | A | 2000 |

D | 60000 |

--------------------------------------------------

ANEXO IIIBILAG IIIANHANG IIIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IIIANNEX IIIANNEXE IIIALLEGATO IIIBIJLAGE IIIANEXO IIILIITE IIIBILAGA III

Especies Arter Arten Είδη Species Espèces Specie Soorten Espécies Lajit Arter | Estado miembro Medlemsstat Mitgliedstaat Κράτος μέλος Member State État membre Stato membro Lid-Staat Estado-membro Jäsenmaa Medlemsstat | kg |

Quercus pedunculata Ehrh. | UK | 5 000 |

Quercus sessiliflora Sal. | UK | 5 000 |

--------------------------------------------------