31998R0494



Official Journal L 060 , 28/02/1998 P. 0078 - 0079


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 494/98

tas-27 ta' Frar 1998

li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi minimi fl-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 t'April 1997 li jwaqqaf sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta'annimali bovini u fuq l-itikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u prodotti ta'dan il-laħam [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(a) ta'dak,

billi skond l-Artikolu 21 ta' Regolament (KE) Nru 820/97 kull sanzjoni imposta mill-Istati Membri trid tkun proporzjonali lis-serjetà tal-ksur; billi s-sanzjonijiet jistgħu jkunu, fejn hu ġustifikat, restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq ta' annimali għal jew mill-post taż-żamm tas-sid involut;

billi s-sanzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament iridu jiġi applikati meta l-ksur tal-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-bovini iwassal gġal preżunzjoni b'mod partikolari ta' ksur tal-liġijiet veterinarji Komuntarji li jista' jkun ta' periklu lis-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali; billi sanzjonijiet huma neċessarji wkoll sabiex il-finanzjament u l-operazzjoni xierqa tas-sistema jiġu żgurati;

billi wara li jiġi kkunsidrat it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 21 ta' Regolament (KE) Nru 820/97, dan ir-Regolament irid jistipula sanzjonijiet amministrattivi minimi, bil-possibbilta' li l-Istati Membri jwaqqfu pieni amministrattivi jew kriminali nazzjonali, wara li wieħed jikkonsidra s-serjeta' tal-ksur;

billi l-istipulazzjoni ta' sanzjonijiet dwar xi sitwazzjonijiet fejn id-dispożizzjonijiet ta' Regolament (KE) Nru 820/97 huwa neċessarju; billi dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu l-inadempjament tar-rekwiżiti, kollha jew ftit minnhom, dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni, il-ħlas ta' l-ispejjeż u notifikazzjoni; billi jew għal xi post taż-żamm n-numru ta' annimali li għalihom ir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni stipolati f'Regolament (KE) Nru 820/97 ma jitħarsux huwa aktar mill-20 %, il-miżrui jridu jaffettwaw l-annimali kollha li hemm fil-post taż-żamm;

billi jekk mhux possibbili li wieħed juri l-identifikazzjoni ta' annimal f'jumejn, dan irid jinqered mill-ewwel taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinajri u mingħajr kumpens mill-awtorita' kompetenti;

billi fid-dawl ta' l-orarju għall-applikazzjoni ta' Regolament (KE) Nru 820/97, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ malajr minħadda din l-urġenza;

billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew tat-Tmexxija u tal-Garanzija Agrikola

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Jekk annimal jew annimali f'post taż-żamm ma jħarsu l-ebda dispożizzjoni stipolati fl-Artikolu 3 ta' Regolament (KE) Nru 820/97, irid ikun hemm restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq ta' l-annimali kollha lil u minn dak il-post taż-żamm.

2. Jekk is-sid ta' annimal ma jistax juri l-identifikazzjoni ta' annimal f'jumejn, l-annimal irid jinqered mill-ewwel taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinajri u mingħajr kumpens mill-awtorita' kompetenti.

Artikolu 2

1. In the case of animals for which the identification and registration requirements laid down by l-Artikolu 3 of Regulation (EC) No 820/97 are not fully mħarsa, until those requirements are fully mħarsa, a jirrestrinġi shall be immediately imposed on the movement of those animals only.

2. Jekk, fuq post taż-żamm, in-numru ta' annimali li għalihom ir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni stipolati f'Regolament (KE) Nru 820/97 ma jitħarsux huwa aktar mill-20 %, irid ikun hemm restrizzjoni mill-ewwel fuq iċ-ċaqliq ta' l-annimali kollha li hemm fil-post taż-żamm.

Iżda għal postijiet ta-żamm fejn hemm inqas minn 10 annimali, din il-miżura trid tapplika biss jekk iktar minn żewġ annimali mhumiex kompletament identifikati skond id-dispożizzjonijiet ta' Regolament (KE) Nru 820/97.

Artikolu 3

Jekk sid ma jħallasx l-ispiża msemmija fl-Artikolu 9 ta' Regolament (KE) Nru 820/97, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew ma joħorġux passaporti 'l dak is-sid. Fil-każijiet ta'nuqqas repetut ta' sid li jħallas l-ispiża, l-Istati Membri jistgħu wkoll jirrestrinġu ċ-ċaqliq ta' annimali lil u mill-post taż-żamm ta' dak is-sid skond l-Artikolu 21 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 4

1. Jekk sid jonqos milli javża 'l-awtoritajiet kompetenti dwar ċaqliq lil u mill-post taż-żamm tiegħu skond l-Artikolu 7(1), it-tieni indent, ta' Regolament (KE) Nru 820/97, l-awtorità kompetenti trid tirrestrinġi ċ-ċaqliq ta' l-annimali lil u minn dak il-post taż-żamm.

2. Jekk sid jonqos milli javża 'l-awtoritajiet kompetenti dwar it-twelied jew mewt ta' annimal skond l-Artikolu 7(1), it-tieni indent, ta' Regolament (KE) Nru 820/97, l-awtorita' kompetenti trid tirrestrinġi ċ-ċaqliq ta' l-annimali lil u minn dak il-post taż-żamm.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Marzu 1998.

Dan ir-Regolament jorbot kollu kemm hu l-Istati Membri kollha u huwa applikabbli direttament f'dawn.

Magħmul il-Brussel, fis-27 ta' Frar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 117, 1. tas-7.5.1997, p.1.

--------------------------------------------------