17.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10154 - BME/Saint-Gobain Distribution the Netherlands)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 234/09)

1.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BME Group Holding B.V. (“BME”, in-Netherlands), proprjetà ta’ u kkontrollata indirettament minn The Blackstone Group Inc.

—

Saint-Gobain Distribution the Netherands B.V. (in-Netherlands), li tappartjeni għal Saint-Gobain Group,

BME takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Saint-Gobain Distribution the Netherlands B.V. Kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BME: distribuzzjoni ta’ materjali tal-bini fl-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Portugall u l-Isvizzera. Fin-Netherlands, BME topera ħwienet merkantili tal-bennejja bl-isem tad-ditta BMN Bouwmaterialen u numru ta’ ħwienet “cash and carry” bħala konċessjonarju bl-isem tad-ditta Bouwmaat. Hija topera wkoll ħwienet kummerċjali speċjalizzati għall-prodotti ta’ finitura fuq ġewwa bil-isem tad-ditta BME Wijcks u għall-prodotti tal-ironmongery bl-isem tad-ditta BMN IJzerwaren,

—

Saint-Gobain Distribution the Netherlands B.V.: id-distribuzzjoni ta’ materjali bażiċi tal-bini fin-Netherlands permezz tal-marki tad-ditta Raab Karcher, De Jager Tolhoek u Van Keulen. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva bħala fornitur bl-ingrossa ta’ madum taċ-ċeramika permezz ta’ Tegelgroep Nederland u prodotti sanitarji tat-tisħin u l-plumbing permezz ta’ Galvano Groothandel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10154 – BME/Saint-Gobain Distribution the Netherlands

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).