|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1253 |
29.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1253
tat-12 ta’ Ġunju 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-regolamenti Nri 13, 16, 24, 41, 49, 51, 54, 75, 78, 79, 83, 85, 94, 95, 101, 109, 110, 117, 127, 129, 134, 135, 137, 153 u 155 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet globali f’sewqan reali, dwar proposta għal modifika għall-GTR Nru 13 tan-NU, u dwar proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għall-vetturi light-duty
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, għall-GTRs tan-NU u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, l-NU/KEE WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Mill-20 sat-22 ta’ Ġunju 2023, matul il-190 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għall-emendar tar-Regolamenti Nri 13, 16, 24, 41, 49, 51, 54, 75, 78, 79, 83, 85, 94, 95, 101, 109, 110, 117, 127, 129, 134, 135, 137, 153 u 155 tan-NU; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet globali f’sewqan reali; proposta għal modifika għall-GTR Nru 13 tan-NU; u proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għall-vetturi light-duty. |
|
(6) |
Ir-regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mall-GTRs tan-NU, se jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti. |
|
(7) |
Jeħtieġ li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-regolamenti Nri 13, 16, 24, 41, 49, 51, 54, 75, 78, 79, 83, 85, 94, 95, 101, 109, 110, 117, 127, 129, 134, 135, 137, 153 u 155 tan-NU, u l-GTR tan-NU Nru 13 jiġu emendati jew supplimentati biex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi. |
|
(8) |
Sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku u sabiex titnaqqas l-impronta ambjentali, jeħtieġ li jiġu adottati regolament ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet globali f’sewqan reali u GTR ġdid tan-NU dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għal vetturi light-duty, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-190 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li se ssir mill-20 sat-22 ta’ Ġunju 2023 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PEHRSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
|
Regolament Nru |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
|
13 |
Proposta għas-serje 13 ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/2 kif emendat permezz ta’ GRVA-15-56) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/66 |
|
16 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 16 tan-NU (Ċinturini tas-sikurezza) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafi 11 u 13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/20, kif emendat permezz tal-Anness III tar-rapport, u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/25, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/46 |
|
24 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Inkwinanti viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni C.I (Duħħan tad-diżil))(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 20, abbażi ta’ GRPE-87-07-Rev.1, kif emendat permezz tal-Anness VIII) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/58 |
|
41 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 41 tan-NU (L-emissjonijiet tal-ħoss tal-muturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, il-paragrafu 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/6) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/72 |
|
49 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 49 tan-NU (L-emissjonijiet minn magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u magni ta’ tqabbid bi spark (magni LPG u CNG)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 49, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/5) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/59 |
|
49 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 49 tan-NU (L-emissjonijiet minn magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u magni ta’ tqabbid bi spark (magni LPG u CNG)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 54, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/6, GRPE-87-30 u GRPE-87-53, kif emendat permezz tal-Anness X) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/60 |
|
51 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (L-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, il-paragrafu 9, abbażi ta’ GRBP-77-13-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/71 |
|
54 |
Proposta għas-Suppliment 26 tar-Regolament Nru 54 tan-NU (Tajers għall-vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, abbażi ta’ GRBP77-24, kif emendat permezz ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/73 |
|
75 |
Proposta għas-Suppliment 20 tar-Regolament Nru 75 tan-NU (Tajers għall-vetturi tal-Kategorija L) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/7, kif emendat permezz ta’ GRBP-77-21) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/74 |
|
78 |
Proposta għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tal-kategorija L) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/4, kif emendat permezz ta’ GRVA-15-57) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/67 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/6, kif emendat permezz ta’ GRVA-15-54) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/68 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/6 kif emendat permezz ta’ GRVA-15-54) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/69 |
|
83 |
Proposta għal serje 08 ġdida ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi light-duty) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/2, GRPE-87-26-Rev.1 kif emendat permezz tal-Addendum 1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/57 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 14, abbażi ta’ GRPE-87-13-Rev.2, kif emendat permezz tal-Anness IV) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/61 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 19 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/10, GRPE-87-13-Rev.2, kif emendat permezz tal-Anness V) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/62 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/10, GRPE-87-13-Rev.2, kif emendat permezz tal-Anness VI) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/63 |
|
85 |
Proposta għas-Suppliment 12 tar-Regolament Nru 85 tan-NU (Kejl tal-potenza netta u tal-potenza ta’ 30 minuta) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 60, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/7 kif emendat permezz ta’ GRPE-87-16-Rev.1, kif riprodott fl-Anness XI) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/64 |
|
94 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 94 tan-NU (Impatt frontali) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 43, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/22, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/47 |
|
95 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 95 tan-NU (Impatt laterali) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 43, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/23, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/48 |
|
101 |
Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 101 tan-NU (emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/11, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/13 u GRPE-87-07-Rev.1, kif emendat permezz tal-Anness VII) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/65 |
|
109 |
Proposta għas-Suppliment 12 tar-Regolament Nru 109 tan-NU (It-tajers b’wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/4, GRBP-77- 22 kif emendat permezz ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/75 |
|
110 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 110 tan-NU (Vetturi CNG u LNG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, il-paragrafu 21, abbażi ta’ GRSG-124-32, kif riprodott fl-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/78 |
|
117 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/75, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/5, kif emendat permezz ta’ GRBP-77-32, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/8) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/76 |
|
127 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/18, kif emendat permezz tal-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/49 |
|
127 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/19, kif emendat permezz tal-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/50 |
|
129 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi mtejba tat-trażżin għat-tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafi 27-29, abbażi ta’ GRSP-72-01 u GRSP-72-16, kif riprodott fl-Anness V tar-rapport, ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/26, kif emendat permezz tal-Anness V tar-rapport, u ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/25, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/51 |
|
134 |
Proposta għas-Suppliment 5 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 134 tan-NU (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/15, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/52 |
|
134 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 134 tan-NU (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/15, mhux emendat). |
ECE/TRANS/WP.29/2023/53 |
|
135 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 135 tan-NU (Impatt fil-ġenb ma’ arblu) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 43, abbażi ta’ GRSP-72-46, kif riprodott fl-Anness VII tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/54 |
|
137 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 137 tan-NU (Impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 43, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/24 mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/55 |
|
153 |
Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 153 tan-NU (Integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika fil-każ ta’ kolliżjoni fuq wara) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 40, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/29, kif emendat bl-Anness VI tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/56 |
|
155 |
Proposta għas-Suppliment 2 tat-test oriġinali tar-Regolament Nru 155 tan-NU (Iċ-Ċibersigurtà u s-Sistema ta’ Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, l-Anness III (abbażi ta’ GRVA-15-05)) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/70 |
|
Regolament ġdid |
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali Reali tas-Sewqan (RDE Globali) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 45, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/3 u GRPE-87-49, kif emendat permezz tal-Addendum 2) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/77 |
|
GTR |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
13 |
Proposta għall-Emenda 1 għar-Regolament GTR Nru 13 tan-NU (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelluli tal-fjuwil) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/16, kif emendat permezz tal-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/81 |
|
GTR ġdid |
Proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar il-Kejl fil-Laboratorju tatal-Emissjonijiet tal-Brejkijiet għall-Vetturi Light-Duty (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 66, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/4 u GRPE-87-40, kif emendat permezz tal-Addendum 3) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/79 |
|
Mixxellanju |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
|
Proposta għal awtorizzazzjoni riveduta biex jiġi żviluppat GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali Reali tas-Sewqan (RDE) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 47, abbażi ta’ GRPE-87-51, kif emendat permezz tal-Anness IX) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/84 |
|
|
Proposta għal talba għal awtorizzazzjoni biex jiġi żviluppat GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi heavy-duty elettrifikati (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 75., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2023/8) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/85 |
|
|
Emenda għal ECE/TRANS/WP.29/2022/58 bit-titolu “Linji Gwida għall-Metodu Ġdid ta’ Valutazzjoni/Ittestjar għal Sewqan Awtomatizzat (NATM) għall-Validazzjoni tas-Sistema ta’ Sewqan Awtomatizzat (ADS)” (ECE/TRANS/WP.29/1171, il-paragrafu 23) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/44/Rev. 1 |
|
|
Proposta għal emenda għad-Dokument ta’ Interpretazzjoni tar-Regolament Nru 155 tan-(NU ECE/TRANS/WP.29/GRVA/15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/5, kif emendat permezz ta’ GRVA-15-21 kif ukoll GRVA-15-06) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/45 |
|
|
Proposta għal rapport finali dwar l-istatus dwar l-iżvilupp ta’ Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-Kejl fil-Laboratorju ta’ Emissjonijiet tal-Brejkijiet għall-Vetturi Light-Duty (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/87, il-paragrafu 66., abbażi ta’ GRPE-87-41, kif emendat permezz tal-Anness XII) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/80 |
|
|
Proposta għal rapport tal-progress finali dwar l-Emenda 1 għar-Regolament GTR Nru 13 tan-NU (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelluli tal-fjuwil) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/72, il-paragrafu 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/17, kif emendat permezz tal-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/82 |
|
|
Il-Metodoloġija tal-Emissjonijiet f’Sewqan Reali (RDE) tal-Ġappun (konferma mill-ġdid) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/83 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) World Forum for Harmonization of Vehicle Regulations (190th session) | UNECE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1253/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)