|
10.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10472 — Deutsche Post DHL Group/JF Hillebrand Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 9/04)
1.
Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Deutsche Post AG, li topera bħala Deutsche Post DHL Group (“DPDHL”, il-Ġermanja), |
|
— |
JF Hillebrand Group AG u s-sussidjarji diretti u indiretti tagħha (“Hillebrand”, il-Ġermanja). |
Deutsche Post AG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hillebrand kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Deutsche Post AG: Deutsche Post AG hija l-entità prinċipali Ġermaniża tad-DPDHL. Deutsche Post AG hija attiva fil-loġistika, inklużi l-konsenja tal-pakketti nazzjonali u internazzjonali, is-servizzi internazzjonali express, l-ispedizzjoni u t-trasport tal-merkanzija, il-kummerċ elettroniku u l-ġestjoni tal-katina tal-provvista. Hija attiva wkoll fis-servizz postali fil-Ġermanja. Deutsche Post AG hija kkwotata fil-Borża ta’ Frankfurt (il-Ġermanja). |
|
— |
Hillebrand: Hillebrand hija attiva fit-trasport tal-merkanzija, inklużi servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru, bil-baħar u bl-art inklużi servizzi anċillari u servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti għal-likwidi mhux perikolużi. Hillebrand tipproduċi wkoll il-flexitanks użati għat-trasport ta’ likwidi bl-ingrossa fil-containers. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10472 — Deutsche Post DHL Group/JF Hillebrand Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).