|
9.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Ġunju 2014
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha
(2014/699/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni aderixxiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980 kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il-Konvenzjoni COTIF”), skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1). |
|
(2) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, japplikaw il-Konvenzjoni COTIF. |
|
(3) |
Il-Kumitat tar-Reviżjoni stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni COTIF, waqt il-25 seduta tiegħu li ser issir bejn il-25 u s-27 ta' Ġunju 2014, huwa mistenni li jiddeċiedi dwar ċerti emendi fil-Konvenzjoni COTIF kif ukoll f'ċerti Appendiċijiet tagħha, jiġifieri l-Appendiċijiet B (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali ta' Prodotti bil-Ferrovija — CIM), D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUV), E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUI), F (Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta' Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Applikati għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali — APTU) u G (Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali — ATMF). |
|
(4) |
L-emendi fil-Konvenzjoni COTIF jimmiraw li jaġġornaw il-kompiti tal-Kumitat tal-Esperti Tekniċi u d-definizzjoni ta' “detentur” bi qbil mal-liġi tal-Unjoni, u jemendaw ċerti regoli dwar il-finanzjament tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija(OTIF), l-awditjar tiegħu u r-rappurtar dwaru, kif ukoll jagħmlu xi bidliet amministrattivi żgħar. |
|
(5) |
L-emendi tal-Appendiċi B (CIM) huma mmirati biex jagħtu preferenza lill-forma elettronika tan-nota ta' konsenja u d-dokumenti li jakkumpanjawha, u li jiċċaraw ċerti dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-ġarr. |
|
(6) |
L-emendi tal-Appendiċi D (CUV) imressqin mis-Segretarju Ġenerali tal-OTIF għandhom l-għan li jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni fil-kuntratti tal-użu tal-vetturi fit-traffiku internazzjonali ferrovjarju. Franza ressqet proposta separata dwar ir-responsabbiltà għall-ħsara li tista' tikkawża vettura. Il-Ġermanja ppreżentat proposta separata dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli uniformi tas-CUV. |
|
(7) |
L-emendi fl-Appendiċi G (ATMF) huma mmirati biex jaġġornaw id-dispożizzjonijiet dwar il-permissibbiltà teknika tal-materjali ferrovjarji li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, biex jiċċaraw il-funzjonijiet ta', u r-relazzjonijiet bejn, l-Istat Kontraenti kif definiti f'dak l-Appendiċi, l-awtorità kompetenti u l-entità tal-valutazzjoni, kif ukoll biex jarmonizzaw it-termini bi qbil mal-liġi tal-Unjoni. |
|
(8) |
L-emendi fl-Appendiċi F (APTU) huma mmirati biex iżommu konsistenza mal-Appendiċi G (ATMF) emendat. |
|
(9) |
L-emendi fl-Appendiċi E (CUI) proposti mill-Kumitat għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (CIT) huma mmirati biex jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli uniformi dwar il-kuntratt tal-użu tal-infrastruttura għat-trasport ferrovjarju domestiku, biex joħolqu bażi legali għat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, u biex jestendu r-responsabbiltà tal-maniġer tal-infrastruttura għal xi ħsarat jew telf li jistgħu jiġu kkawżati mill-infrastruttura. |
|
(10) |
Is-Segretarju Ġenerali tal-OTIF ippropona wkoll xi tibdiliet editorjali biex jissostitwixxu t-terminu “Komunitajiet Ewropej” bit-terminu “Unjoni Ewropea” fil-Konvenzjoni COTIF u l-Appendiċijiet tagħha kollha. |
|
(11) |
Il-maġġoranza tal-emendi proposti jaqblu mal-liġi u mal-għanijet strateġiċi tal-Unjoni, u għaldaqstant għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni. Xi emendi ma għandhomx impatt fuq il-liġi tal-UE u ma jeħtiġux li jkun hemm qbil dwar pożizzjoni fil-livell tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, ċerti emendi jeħtieġu aktar diskussjoni dwarhom fl-Unjoni u għandhom jitwarrbu f'din il-laqgħa tal-Kumitat tar-Reviżjoni; jekk dawn emendi tal-aħħar jiġu approvati b'tibdiliet li ma jkunux aċċettabbli għall-Unjoni, l-Unjoni tifformula oġġezzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(4) tal-Konvenzjoni COTIF, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha f'isem l-Unjoni fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni stabbilit mill-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija għandha tkun skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni jistgħu jaqblu ma' tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2014
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni msemmija (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
ANNESS
1. INTRODUZZJONI
Is-Segretarju Ġenerali tal-OTIF sejjaħ il-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni (KR) tal-Konvenzjoni COTIF f'Berne bejn il-25 u s-27 ta' Ġunju 2014.
2. DOKUMENTI TA' REFERENZA
Id-dokumenti dwar il-punti fl-aġenda ġew iċċirkolati lill-Istati Membri tal-OTIF, u dawn huma disponibbli fil-websajt tal-OTIF fil-link li tidher taħt: http://otif.org/en/law/revision-committee/working-documents.html.
3. KUMMENTI DWAR KULL PUNT TAL-AĠENDA
PUNT 1. IL-FTUĦ TAL-LAQGĦA U L-ISTABBILIMENT TA' KWORUM
Dokument: m'hemmx.
Kompetenza: kondiviża.
Eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: ma japplikax.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: m'hemmx.
Jeżisti kworum fil-KR meta l-maġġoranza tal-Istati Membri tal-OTIF li għandhom id-dritt li jivvutaw ikunu rappreżentati meta ssir il-votazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni COTIF jistipula li l-Istati Membri tal-OTIF li jkunu għamlu dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' xi Appendiċijiet ma għandhomx dritt jivvutaw dwar l-emendi li jsiru f'dik l-Appendiċi.
L-Istati Membri tal-OTIF elenkati hawn taħt ma rtirawx id-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' ċerti Appendiċijiet:
|
|
il-Pakistan, ir-Russja (dwar ir-Regoli Uniformi dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Passiġġieri bil-Ferrovija (CIV), it-Trasport Internazzjonali ta'Oġġetti Perikolużibil-Ferrovija (RID), is-CUV, is-CUI, l-APTU u l-ATMF), Ġeorġja (dwar is-CUV, is-CUI, l-APTU u l-ATMF), ir-Repubblika Ċeka, in-Norveġja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit (dwar is-CUI, l-APTU u l-ATMF), Franza (dwar l-ATMF). |
|
|
Meta jkunu qegħdin jiġu diskussi l-emendi fl-Appendiċijiet rilevanti, l-għadd ta' Stati Membri tal-OTIF li jkunu għamlu dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni tal-Appendiċi kkonċernata jrid jitnaqqas mill-għadd tal-membri attivi tal-OTIF (46) biex jiġi stabbilit il-kworum għall-votazzjoni dwar l-Appendiċi kkonċernata. |
|
|
Fil-każ fejn il-kompetenza tkun tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tivvota f'isem il-membri kollha tagħha li jkollhom id-dritt li jivvutaw, mingħajr bżonn tal-preżenza fiżika ta' dawk il-membri meta tkun qed issir il-votazzjoni; b'hekk, il-kworum jista' jkun differenti fil-każ fejn l-Unjoni tirrappreżenta lill-Istati Membri tagħha u fil-każ fejn l-Istati Membri tal-Unjoni jivvutaw għalihom stess. |
PUNT 2. L-ELEZZJONI TAL-PRESIDENT U L-VIĊI PRESIDENT
Dokument: m'hemmx.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: m'hemmx.
PUNT 3. L-ADOZZJONI TAL-AĠENDA
Dokument: CR 25/3.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: m'hemmx.
PUNT 4. IR-REVIŻJONI PARZJALI TAL-KONVENZJONI BAŻIKA — COTIF
Dokumenti: CR 25/4, CR 25/4 Add. 1.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Il-pożizzjoni kkoordinata rakkomandata:
L-emendi fl-Artikolu 3 (Il-kooperazzjoni internazzjonali) għandhom jiġu appoġġati (tibdil editorjali biex ir-referenzi għall-“Komunitajiet Ewropej” jinbidlu għal referenzi għall-“Unjoni Ewropea”).
L-emendi fl-Artikolu 12 (L-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Mehmuża) għandha tiġi appoġġata peress li temenda d-definizzjoni ta' “detentur” bi qbil mal-liġi tal-Unjoni.
L-emendi fl-Artikolu 20 (Il-Kumitat tal-Esperti Tekniċi) għandhom jiġu appoġġati billi dawn huma meħtieġa biex jiġu aġġornati r-Regoli Uniformi APTU u r-Regoli Uniformi ATMF biex jibqgħu jaqblu mal-liġi tal-Unjoni.
Emendi oħra: mhijiex meħtieġa pożizzjoni tal-Unjoni billi dawn l-emendi huma marbutin mal-finanzjament tal-organizzazzjoni, jew mal-awditjar, jew jinkludu bidliet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-programm ta' ħidma, mar-rapport annwali u mal-listi tal-linji jew tas-servizzi li ma għandhomx impatt fuq il-liġi tal-Unjoni.
PUNT 5. IR-REVIŻJONI PARZJALI TAL-APPENDIĊI B (CIM)
Dokumenti: CR 25/5, CR 25/5 Add. 1, CR 25/5 Add. 2, CR 25/5.1.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: l-Unjoni fuq l-Artikoli 6 u 6a; l-Istati Membri fuq l-Artikoli l-oħrajn.
Il-pożizzjoni kkoordinata rakkomandata:
L-emendi fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 6a jikkonċernaw il-liġi tal-Unjoni minħabba l-użu tan-nota ta' konsenja u d-dokumenti li jakkumpanjawha għad-dwana u minħabba l-proċeduri sanitarji u fitosanitarji (SPS). L-Unjoni taqbel mal-ħsieb tal-OTIF li tingħata prijorità lill-forma elettronika tan-noti tal-konsenja. Iżda fil-preżent, l-adozzjoni ta' dawn l-emendi tista' twassal għal konsegwenzi mhux mixtieqa. Il-proċedura ssimplifikata attwali għat-tranżitu mid-dwana bil-ferrovija hija possibbli li ssir biss b'dokumenti f'forma ta' karti. Għaldaqstant, jekk il-ferroviji jagħżlu li jużaw in-nota ta' konsenja elettronika, ikollhom jużaw il-proċedura standard għat-tranżitu u s-Sistema ta' Tranżitu Komputerizzata l-Ġdida (NCTS).
Il-Kummissjoni bdiet tħejji grupp ta' ħidma biex jiddiskuti l-użu ta' dokumenti tat-trasport elettroniċi għat-tranżitu taħt ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dak il-grupp ta' ħidma se jkollu l-laqgħa inizjali tiegħu fl-4 u l-5 ta' Ġunju 2014. L-Unjoni taqbel ukoll mal-ħsieb li d-dokumenti ta' akkumpanjament ikunu f'format elettroniku. Madankollu, taħt il-liġi attwali tal-Unjoni ma hemmx bażi legali biex id-dokumenti (eż. id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul, id-Dokument Komuni tad-Dħul) li jridu jakkumpanjaw il-prodotti marbutin mal-SPS jingħataw f'format elettroniku, u għaldaqstant jeħtieġ li dawn jingħataw f'forma ta' karti. Il-Kummissjoni ħejjiet abbozz ta' Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni elettronika, u fil-preżent l-abbozz qed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Huwa previst li dak ir-Regolament (Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) jiġi adottat sa tmiem l-2015 jew sal-bidu tal-2016; madankollu, se jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni għall-infurzar.
Għalhekk, l-Unjoni tipproponi li fis-seduta preżenti tal-Kumitat tar-Reviżjoni ma għandha tittieħed ebda deċiżjoni dwar dawn il-punti u li l-OTIF jibqa' jikkoopera mal-Unjoni dwar din il-kwistjoni biex tinstab soluzzjoni maħsuba tajjeb sar-reviżjoni li ġejja tas-CIM, li idealment tkun issinkronizzata mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Mejju 2016. Ċerti proċeduri elettroniċi jistgħu jiddaħħlu fuq bażi gradwali bejn l-2016 u l-2020 bi qbil mal-Artikolu 278 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Emendi oħra: mhijiex meħtieġa pożizzjoni tal-Unjoni, billi dawn id-dispożizzjonijiet ma jinċidux fuq il-liġi tal-Unjoni.
PUNT 6. DOKUMENTI ELETTRONIĊI LI JIKKONĊERNAW IT-TRASPORT TA' OĠĠETTI PERIKOLUŻI — INFORMAZZJONI DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITAT TA' ESPERTI TAL-RID
Dokument: CR 25/6.
Kompetenza: Unjoni.
Eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: ma japplikax.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: osservazzjoni tal-informazzjoni.
PUNT 7. REVIŻJONI PARZJALI TAL-APPENDIĊI D (CUV)
Dokumenti: CR 25/7, CR 25/7 Add. 1, CR 25/7 Add. 2, CR 25/7 Add. 3.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Unjoni.
Il-pożizzjoni tal-Unjoni rakkomandata: L-emendi għall-Artikoli 2 u 9 għandhom jiġu appoġġati peress li jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni f'konformità mal-liġi tal-Unjoni (Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)).Madankollu, l-emenda proposta għall-Artikolu 7 ppreżentata minn Franza dwar ir-responsabbiltà tal-persuna li pprovdiet vettura għall-użu bħala mezz ta' trasport fil-każ ta' ħsara li tirriżulta minn difett tal-vettura teħtieġ aktar analiżi fl-Unjoni qabel tittieħed deċiżjoni fl-OTIF. Għaldaqstant, l-Unjoni mhijiex f'pożizzjoni li tappoġġa din il-proposta għal emenda f'dan il-KR u tipproponi li d-deċiżjoni tiġi posposta sal-Assemblea Ġenerali li jmiss sabiex din il-kwistjoni tiġi vvalutata aktar. L-Unjoni tieħu l-istess pożizzjoni, jiġiferi li tipposponi d-deċiżjoni sal-Assemblea Ġenerali li jmiss sabiex tkompli tivvaluta l-kwistjoni, fuq il-proposta tal-Ġermanja għal Artikolu 1a ġdid ippreżentat lill-OTIF waqt il-koordinazzjoni tal-Unjoni.
Il-pożizzjoni rakkomandata addizzjonali tal-Unjoni: Fid-dokument CR 25/7 ADD 1, paġna 6, fl-aħħar tal-paragrafu 8a, fi tmiemu, tiżdied: “The amendment to Article 9, paragraph 3, first indent, does not affect the existing allocation of liabilities between ECM and the keeper of the vehicles.”.
PUNT 8. IR-REVIŻJONI TAL-APPENDIĊI G (ATMF)
Dokumenti: CR 25/8, CR 25/8 Add. 1, CR 25/8 Add. 2.
Kompetenza: Unjoni.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Unjoni.
Il-pożizzjoni kkoordinata rakkomandata:
|
(1) |
Dwar Ref. CR 25/8 Reviżjoni tal-Appendiċi G (ATMF) Għandu jingħata vot favur bil-kummenti li ġejjin:
|
|
(2) |
Dwar 25/8 Add. 1. Dokument ta' ġustifikazzjoni għar-Reviżjoni tal-Appendiċi G (ATMF)
|
|
(3) |
Riżultat tal-verifika tal-verżjoni Ġermaniża tar-Reviżjoni tal-Appendiċi G (ATMF):
|
|
(4) |
Fil-verżjoni Franċiża, id-definizzjoni fil-punt (n) tal-Artikolu 2 għandha tgħid hekk: “ ‘détenteur’ désigne la personne ou l'entité propriétaire du véhicule ou disposant d'un droit de disposition sur celui-ci, qui exploite ledit véhicule à titre de moyen de transport et est inscrite en tant que telle dans le registre des véhicules prévu à l'article 13.” . |
PUNT 9. IR-REVIŻJONI PARZJALI TAL-APPENDIĊI F (APTU)
Dokumenti: Ref.: CR 25/9, CR 25/9 Add. 1.
Kompetenza: Unjoni.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Unjoni.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: l-emendi editorjali għandhom jiġu appoġġati.
PUNT 10. IL-MANDAT GĦALL-KONSOLIDAZZJONI TAR-RAPPORT TA' SPJEGAZZJONI
Dokument: CR 25/10.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Il-pożizzjoni tal-Unjoni rakkomandata: għandha tiġi appoġġata.
PUNT 11. L-EMENDI EDITORJALI
Dokument: CR 25/11.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: għandhom jiġu appoġġati biż-żieda tat-tieni inċiż ġdid imniżżel hawn taħt:
|
“— |
to provide for a period of 3 weeks open for Member States for a check of those editorial amendments before their notification;” |
.
PUNT 12. IR-REVIŻJONI PARZJALI TAL-APPENDIĊI E (CUI)
Dokument: CR 25/12.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Unjoni.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: l-emendi għandhom jiġu rifjutati. Dawn l-emendi proposti mis-CIT jinkludu l-estenzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-CUI biex jinkludi l-operazzjoniijiet domestiċi, l-introduzzjoni ta' Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali li jkunu vinkolanti, u l-estenzjoni tar-responsabbiltà tal-maniġer tal-infrastruttura għal xi ħsara li tista' ssir. Minkejja li dawn għandhom jingħataw aktar ħsieb, billi ma ġew diskussi f'ebda forum intern tal-OTIF qabel is-seduta tal-KR, l-impatt tagħhom ma jistax ikun li ġie vvalutat biżżejjed fid-dettall. Jidher li huwa daqsxejn prematur li jiġi emendat s-CUI (li fil-preżent jaqbel mal-liġi tal-UE) f'din is-seduta tal-KR mingħajr tħejjija xierqa.
PUNT 13. IR-REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-GRUPPI TA' ĦIDMA TAL-KUMITAT TAR-REVIŻJONI FEJN JIKKONĊERNA L-APPENDIĊIJIET A, B, D, U E
Dokument: CR 25/13.
Kompetenza: kondiviża.
L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: m'hemmx.
PUNT 14. INFORMAZZJONI DWAR XOGĦOL FIL-ĠEJJIENI.
Dokument: CR 25/14 (għadu mhux disponibbli).
Kompetenza: kondiviża.
Eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: ma japplikax.
Pożizzjoni kkoordinata rakkomandata: għandha tiġi determinata dak il-ħin.
(1) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(2) Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 62).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi strutturali u ta' vetturi skont id- Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 95, 8.4.2011, p. 1).
(4) Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).