<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-432/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0432</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:879">EU:C:2018:879</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20181107">7.11.2018</DATE> – Kawża C-432/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">O’Brien</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 97/81/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol part-time</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 4</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema part-time</KEYWORD><KEYWORD>Pensjoni tal-irtirar</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-ammont tal-pensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tas-snin ta’ servizz imwettqa qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81/KE</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt il-liġi l-antika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑432/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170712">12 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20170717">17 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dermod Patrick O’Brien</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministry of Justice, li kien Department for Constitutional Affairs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur), C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal D. P O’Brien, minn C. Jones, solicitor, u T. Burton, barrister, kif ukoll minn R. Crasnow, QC, u R. Allen, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u C. Crane, bħala aġenti, assistiti minn J. Cavanagh, QC, u R. Hill, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal‑<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas‑<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 97/81<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Dermod Patrick O’Brien u l-Ministry of Justice (il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Renju Unit), li kien id-Department for Constitutional Affairs (id-Dipartiment għall-Affarijiet Kostituzzjonali), dwar l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu dovuta għal funzjonijiet ġudizzjarji li huwa eżerċita part-time.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Konformement mad-Direttiva 98/23, li testendi d-Direttiva 97/81 għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva mogħti lil dan l-Istat Membru skada fis‑<DATE ISO="20000407">7 ta’ April 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/81 jippreċiża li din hija intiża li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time konkluż fis‑<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> bejn organizzazzjonijiet inġenerali fl-industrija (UKIIE, ĊEIP u KETU) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ftehim Qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>),</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.P><TXT>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta approprjat, il-prinċipju ta’ pro rata temporis għandu japplika.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola għandhom ikunu definiti mill-Istati Membri u/jew is-sieħba soċjali, b’kont meħud tal-leġislazzjoni Ewropea, il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv u l-prattika.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-ħlas tal-pensjonijiet tal-imħallfin huwa rregolat bil-Judicial Pensions Act 1981 (il-Liġi tal‑1981 dwar il-Pensjoni tal-Imħallfin, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi tal‑1981 dwar il-Pensjoni tal-Professjonijiet Ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u bil-Judicial Pensions and Retirement Act 1993 (il-Liġi tal‑1993 dwar il-Pensjoni u l-Irtirar tal-Professjonijiet Ġudizzjarji, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Liġi tal‑1993<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Liġi tal‑1981 hija applikabbli għall-persuni msemmija qabel il‑<DATE ISO="19950331">31 ta’ Marzu 1995</DATE>, sakemm ma jagħżlux li jibbenefikaw mill-pensjoni tal-irtirar skont il-Liġi tal‑1993. Il-Liġi tal‑1993 hija applikabbli għall-persuni msemmija sa mill‑<DATE ISO="19950331">31 ta’ Marzu 1995</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont dawn iż-żewġ liġijiet, pensjoni tista’ titħallas lil kull min jirtira minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kariga ġudizzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (qualifying judicial office), sakemm dan ikun laħaq l-età ta’ 65 sena u, fir-rigward tal-persuni li jaqgħu taħt il-Liġi tal‑1993, li jkun eżerċita tali funzjonijiet għal mill-inqas ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-data meta D. P. O’Brien irtira, kienu biss l-imħallfin full-time u l-imħallfin impjegati part-time li kienu meqjusa bħala li jeżerċitaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kariga ġudizzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li ma kienx il-każ fir-rigward tal-imħallfin part-time imħallsin abbażi ta’ onorarji għal kull ġurnata xogħol, bħar-recorders.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Kemm is-sistema tal-Liġi tal‑1981 kif ukoll dik tal-Liġi tal‑1993 jipprevedu li l-ammont tal-irtirar ta’ imħallef li jkun ħadem full-time huwa bbażat fuq dak tar-remunerazzjonijiet tal-aħħar sena ta’ eżerċizzju tal-funzjonijiet u fuq in-numru ta’ snin ta’ eżerċizzju tal-kariga ġudizzjarja fid-data tat-tluq għall-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-Liġi tal‑1981, circuit judge (Imħallef ta’ Qorti tat-Tieni Istanza) kellu jiġġustifika anzjanità professjonali ta’ ħmistax-il sena sabiex ikun jista’ jibbenefika minn pensjoni tal-irtirar daqs nofs l-ammont tal-aħħar remunerazzjoni annwali. Il-perijodu korrispondenti skont il-Liġi tal‑1993 jammonta għal 20 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Iż-żewġ sistemi jipprevedu li mħallef li kellu karriera iqsar jibbenefika minn pensjoni tal-irtirar redotta proporzjonalment, li tikkorrispondi mat-tul tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. Kienet titħallas ukoll somma f’daqqa mat-tluq għall-irtirar, li l-ammont tagħha kien ibbażat fuq dak tal-pensjoni tal-irtirar annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit implimenta d-Direttiva 97/81 permezz tal-Part-time Workers (Prevention of Less Favourable Treatment) Regulations 2000 (SI 2000/1551) (ir-Regolament Nru 1551 tal‑2000 dwar il-Ħaddiema Part-Time (Prevenzjoni ta’ Trattament Sfavorevoli)), li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20000701">1 ta’ Lulju 2000</DATE>. Dan ir-regolament jipprevedi li l-ħaddiem part-time ma għandux ikun is-suġġett ta’ trattament sfavorevoli mill-persuna li timpjegah minn ħaddiem full-time f’sitwazzjoni paragunabbli u li, f’dan ir-rigward, il-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">prorata temporis</HT> għandu jiġi applikat, ħlief jekk l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju ma hijiex xierqa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>D. P. O’Brien ġie ammess fl-avukatura fis-sena 1962 u nħatar bħala Queen’s Counsel fis-sena 1983. Huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ recorder mal-Crown Court mill‑<DATE ISO="19780301">1 ta’ Marzu 1978</DATE> sal‑<DATE ISO="20050331">31 ta’ Marzu 2005</DATE>, data li fiha huwa irtira fl-età ta’ 65 sena. Bħala recorder, huwa ma kienx jirċievi salarju u kien imħallas abbażi ta’ onorarji għal kull ġurnata xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ġunju 2005, D. P. O’Brien talab lid-Dipartiment għall-Affarijiet Kostituzzjonali sabiex jibbenefika minn pensjoni tal-irtirar fuq l-istess bażi, aġġustata <HT TYPE="ITALIC">prorata temporis</HT>, bħal dik imħallsa lill-imħallfin preċedenti li kienu jaħdmu full-time li eżerċitaw l-istess funzjonijiet bħalu jew funzjonijiet simili. Id-Dipartiment għall-Affarijiet Kostituzzjonali infurmah li huwa ma kienx jaqa’ taħt kategoriji ta’ mħallfin li jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar ta’ mħallef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Settembru 2005, D. P. O’Brien adixxa lill-Employment Tribunal (il-Qorti Industrijali, ir-Renju Unit), billi argumenta li huwa kellu dritt għal tali pensjoni skont id-Direttiva 97/81 u l-atti li jittrasponu din tal-aħħar fid-dritt nazzjonali. Dik il-qorti laqgħet it-talba tiegħu, iżda huwa tilef<?PAGE NO="4"?> fl-appell quddiem l-Employment Appeal Tribunal (il-Qorti tal-Appell Industrijali, ir-Renju Unit), sussegwentement quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili), ir-Renju Unit). Wara rikors ippreżentat quddiemha, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>O’Brien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:110">EU:C:2012:110</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li fakkret li kien il-kompitu tal-qorti nazzjonali li tiddetermina jekk D. P. O’Brien kellux jitqies bħala ħaddiem part-time, fis-sens tal-punt 1 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas, iddeċidiet li d-dritt nazzjonali ma setax jistabbilixxi distinzjoni bejn l-imħallfin full-time u l-imħallfin part-time imħallsin abbażi ta’ onorarji għal kull ġurnata xogħol, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw tali differenza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara dik is-sentenza, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet, permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>, li, matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, D. P. O’Brien kellu jitqies li kien ħaddiem part-time, fis-sens tal-punt 1 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas, u li ma kienet inġiebet ebda ġustifikazzjoni oġġettiva sabiex jitwarrab il-prinċipju tar-remunerazzjoni tal-imħallfin li jaħdmu part-time fuq l-istess bażi bħal dik tal-imħallfin li jaħdmu full-time, suġġett għal aġġustament <HT TYPE="ITALIC">prorata temporis</HT>. Is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) għaldaqstant irrikonoxxiet lil D. P. O’Brien id-dritt li jibbenefika minn pensjoni tal-irtirar fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk ta’ circuit judge (maġistrat ta’ qorti tat-tieni istanza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-kawża ntbagħtet lura quddiem l-Employment Tribunal (il-Qorti Industrijali) sabiex tiddetermina l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar li D. P. O’Brien kellu dritt għaliha. Quddiem dik il-qorti, qamet il-kwistjoni dwar jekk, fid-determinazzjoni ta’ dan l-ammont, kellux jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul kollu tal-funzjonijiet eżerċitati mill-persuna interessata sa mid-data tan-nomina tagħha fl‑<DATE ISO="19780301">1 ta’ Marzu 1978</DATE>, jiġifieri 27 sena, jew sempliċement il-funzjonijiet biss eżerċitati sa mid-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81, jiġifieri inqas minn 5 snin. L-Employment Tribunal (il-Qorti Industrijali) qieset li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul kollu tal-funzjonijiet, iżda l-Employment Appeal Tribunal (il-Qorti tal-Appell Industrijali) iddeċidiet fis-sens kuntrarju. Il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili)) ikkonfermat din id-deċiżjoni tal-aħħar. D. P. O’Brien appella quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni ta’ rinviju, il-maġġoranza tal-membri tas-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) ixxaqleb fl-opinjoni tagħha lejn il-fatt li d-Direttiva 97/81 għandha l-effett li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-ħaddiema part-time meta ssir dovuta pensjoni tal-irtirar. Din id-direttiva hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> meta pensjoni tal-irtirar issir dovuta wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Fil-każ li parti mill-anzjanità ġiet akkwistata qabel din id-data, l-imsemmija direttiva tkun applikabbli għall-effetti futuri ta’ tali sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma tatx deċiżjoni dwar l-argument li jipprovdi li pensjoni tal-irtirar professjonali għandha titqies, bħalma jista’ jiġi dedott mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), bħala remunerazzjoni differita li d-drittijiet għaliha huma akkwistati matul il-perijodu ta’ eżerċizzju tal-attività li hija s-suġġett tar-remunerazzjoni. Issa, jekk tali argument kellu jintlaqa’, id-Direttiva 97/81 ma tkunx tista’, konformement mal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività, taffettwa d-drittijiet kweżiti jew, bħal fil-każ ta’ D. P. O’Brien, id-drittijiet mhux kweżiti qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, fl-assenza ta’ dispożizzjoni fl-imsemmija direttiva li twarrab dan il-prinċipju. Minkejja li l-maġġoranza tal-membri tal-qorti tar-rinviju għandhom tendenza li jaħsbu li s-soluzzjoni li tirriżulta mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma hijiex trasponibbli għall-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma jqisu madankollu li s-soluzzjoni li għandha tingħata ma hijiex evidenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-Direttiva [97/81], u b’mod iktar partikolari il-klawżola 4 tal-[ftehim qafas], marbuta mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tirrikjedi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ servizz moqdija qabel id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem part-time ġalaladarba tali perijodi jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem [paragunabbli] full-time?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 97/81 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-perijodi ta’ anzjanità qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, meħuda inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem full-time, għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem part-time paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li D. P. O’Brien eżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta’ mħallef part-time imħallas abbażi ta’ onorarji għal kull ġurnata xogħol bejn l‑<DATE ISO="19780301">1 ta’ Marzu 1978</DATE> u l‑<DATE ISO="20050331">31 ta’ Marzu 2005</DATE>, jiġifieri, essenzjalment, għal perijodu qabel l-iskadenza, fis‑<DATE ISO="20000407">7 ta’ April 2000</DATE>, tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81 fir-Renju Unit. Issa, matul dan il-perijodu, ma kienx previst mis-sistema nazzjonali ta’ pensjoni tal-professjonijiet ġudizzjarji li l-imħallfin part-time imħallsa abbażi ta’ onorarji għal kull ġurnata xogħol igawdu minn pensjoni tal-irtirar abbażi ta’ dawn il-funzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk mill-proċess fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Imħallfin jakkwistaw dritt għal pensjoni skont is-sistema ta’ pensjoni tal-professjonijiet ġudizzjarji applikabbli fl-Ingilterra u Wales skont perijodi ta’ anzjanetà li jagħtu dritt għal pensjoni. Is-sistemi ta’ pensjoni rilevanti huma sistemi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-aħħar salarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, skont liema l-pensjoni tal-imħallfin hija kkalkulata billi tiġi mmultiplikata parti ddeterminata tar-remunerazzjoni tal-aħħar sena ta’ servizz li tagħti dritt għal pensjoni bin-numru totali ta’ snin u ta’ ġranet ta’ anzjanetà fid-data tat-tluq għall-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-regoli ta’ proċedura ġeneralment japplikaw fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’differenza għar-regoli sostantivi li ġeneralment huma interpretati fis-sens li ma japplikawx għal sitwazzjonijiet li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, ħlief sa fejn jirriżulta ċarament mill-kliem tagħhom, mill-għan tagħhom jew mill-istruttura tagħhom li għandu jingħatalhom tali effett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Molenbergnatie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:136">EU:C:2006:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiżdied li regola ta’ dritt ġdida tapplika sa mid-dħul fis-seħħ tal-att li jistabbilixxiha u li, għalkemm ma tapplikax għas-sitwazzjonijiet legali li tnisslu u ġew definittivament konklużi qabel dan id-dħul fis-seħħ, hija tapplika immedjatament għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt il-liġi l-antika kif ukoll għas-sitwazzjonijiet legali ġodda. Dan ikun differenti, u suġġett għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti legali, jekk ir-regola l-ġdida jkollha magħha dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hemm lok, qabel xejn, jitfakkar li la d-Direttiva 97/81 u lanqas il-Ftehim Qafas ma jidderogaw mill-prinċipju mfakkar fil-punt preċedenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑395/08 u C‑396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu għaldaqstant jiġi eżaminat jekk l-akkwist progressiv ta’ drittijiet għal pensjoni matul il-perijodu preċedenti għad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81 fir-Renju Unit għandux l-effett li s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala definittivament konkluża f’din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit jargumenta f’dan ir-rigward li r-remunerazzjonijiet iddifferiti li jieħdu l-forma ta’ dritt għal pensjoni professjonali jiżdiedu bl-istess mod bħall-forom l-oħrajn ta’ remunerazzjoni. Fil-każ ta’ sistemi ta’ pensjoni tal-professjonijiet ġudizzjarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-pensjoni tkun kweżita abbażi ta’ perijodi suċċessivi ta’ anzjanetà li kull wieħed minnhom jagħti dritt għal pensjoni, u d-drittijiet għal pensjoni jiżdiedu kif u meta jiġi komplut kull perijodu ta’ anzjanetà. Għaldaqstant, sa fejn fl-aħħar ta’ kull perijodu ta’ anzjanetà, id-dritt għal pensjoni kweżit korrispondenti jeżawrixxi l-effetti tiegħu, ma jkunux jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni drittijiet għal pensjoni akkwistati preċedentement għad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81 fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Billi jagħmel riferiment f’dan ir-rigward għas-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Gvern tar-Renju Unit jenfasizza l-partikolarità ta’ din il-forma ta’ remunerazzjoni li tikkonsisti f’disassoċjazzjoni temporanja bejn l-istabbiliment tad-dritt għal pensjoni, li jseħħ progressivament matul il-karriera tal-ħaddiem, u l-ħlas effettiv tas-servizz, li huwa min-naħa l-oħra ddifferit sa età partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok jiġi rrilevat, minn naħa, li ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali huma distinti minn dawk fl-oriġini tal-kawżi li taw lok għal dawn is-sentenzi, li fihom inkwistjoni kien hemm l-applikazzjoni tal-effetti ta’ sentenza <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu f’dan ir-rigward jitfakkar li l-kwistjoni tal-effett retroattiv ta’ regola ta’ dritt ma tistax tiġi konfuża ma’ dik tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Bħalma hija fakkret fis-sentenza tagħha tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kundizzjonijiet li l-limitazzjoni tal-effetti ta’ sentenza <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> hija suġġetta għalihom huma dovuti għall-eżistenza ta’ problemi serji li din jista’ jkollha għall-passat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Gvern tar-Renju Unit fl-ebda mument ma talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-effetti tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>O’Brien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:110">EU:C:2012:110</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Issa, limitazzjoni bħal din tista’ tkun ammessa biss fis-sentenza stess li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni mitluba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-argument tal-Gvern tar-Renju Unit li jipprovdi li wieħed għandu jiddistingwi l-kalkolu tal-anzjanetà meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika minn pensjoni tal-irtirar mid-drittijiet għal pensjoni, hemm lok jiġi rrilevat li ċ-ċirkustanza li dritt għal pensjoni huwa definittivament kweżit fl-aħħar tal-perijodu ta’ attività korrispondenti ma jippermettix li jiġi konkluż li s-sitwazzjoni legali tal-ħaddiem għandha titqies bħala definittivament konkluża. Għandu f’dan ir-rigward jiġi kkonstatat li huwa biss sussegwentement u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi ta’ attività rilevanti li l-imsemmi ħaddiem ikun jista’ jgawdi effettivament minn dan id-dritt għall-ħlas tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-istabbiliment tad-drittijiet għal pensjoni jestendi fuq perijodi kemm qabel kif ukoll wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81, għandu jitqies li d-determinazzjoni ta’ dawn id-drittijiet hija rregolata bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, inklużi dawk fir-rigward ta’ perijodi ta’ anzjanetà preċedenti għad-data ta’ dħul fis-seħħ tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni għandha, f’dan ir-rigward, tiġi distinta minn dik, invokata mill-Gvern tar-Renju Unit insostenn tal-argumenti tiegħu, tal-kollegi tar-rikorrent fil-kawża prinċipali li rtiraw qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 97/81 għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-perijodi ta’ anzjanetà preċedenti għad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal‑<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas‑<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-perijodi ta’ anzjanetà preċedenti għad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81, kif emendata bid-Direttiva 98/23, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>