Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim bilaterali fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti /* KUMM/2006/0698 finali - ACC 2006/0230 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.11.2006 KUMM(2006) 698 finali 2006/0230 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim bilaterali fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Il-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006. Il-proposta tipprevedi estensjoni tal-ftehim attwali tat-tessuti sal-31 ta' Diċembru 2007 u aġġustamenti moderati f'xi limiti kwantitattivi. | 120 | Il-kuntest ġenerali Il-ftehim bilaterali li jirregola l-kummerċ fit-tessuti mar-Repubblika tal-Belarus ilu fis-seħħ mill-1993 u kien emendat f'bosta okkażjonijiet. Il-verżjoni attwali ta' dan il-ftehim tinkludi impenji tariffarji min-naħa tal-Belarus (tariffi simili fil-biċċa l-kbira tagħhom għal-livelli ta' l-UE) u klawżola li tipprevedi ritorn għall-klawżola ta' qabel f'każ li dawn il-livelli tariffarji ma jiġux rispettati. Jeżistu restrizzjonijiet kwantitattivi għal 34 kategorija ta' tessuti u ħwejjeġ. Fin-nuqqas ta' emenda proposta, ir-Repubblika tal-Belarus għandha tkun ħielsa li żżid id-dazji tagħha ta' importazzjoni u ddaħħal restrizzjonijiet oħra ta' importazzjoni, għad-detriment ta' l-esportazzjonijiet ta' l-UE. | 130 | Id-dispożizzjonijiet f'dan il-qasam tal-proposta ĠU L 123, 17.5.1994, p. 1, ĠU L 94, 26.4.1995, p. 44, ĠU L 81, 30.3.1996, ĠU L 336, 29.12.1999, p. 26, ĠU L 345, 31.12.2003, p. 150, ĠU L 72, 18.3.2005, p. 18. | 140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Fid-dawl tal-qagħda politika prevalenti fil-Belarus, l-emenda proposta hija restrittiva. Fl-2007 l-Belarus għandu jkun, flimkien mal-Korea ta' Fuq, Montenegro u l-Kosovo, l-uniku pajjiż soġġett għal kwoti tat-tessuti ma' l-UE. (Livelli miftiehma fuq ċerti kategoriji ta' tessuti u ħwejjeġ jeżistu maċ-Ċina wara l-iffirmar ta' Memorandum ta' Ftehim fl-10 ta' Ġunju 2005). | IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | 219 | Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim kummerċjali internazzjonali li jemenda ftehim li kien se jiskadi. Mhija meħtieġa l-ebda konsultazzjoni formali. | Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert | 229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt L-impatt ġie vvalutat matul in-negozjati tal-ftehim internazzjonali. Għalhekk ma kienx meħtieġ li titwettaq valutazzjoni ta' l-impatt ta' din il-miżura. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | It-taqsira ta’ l-azzjoni proposta Il-proposta tipprevedi estensjoni tal-ftehim attwali tat-tessuti sal-31 ta' Diċembru 2007. Ma għandu jkun hemm l-ebda effett negattiv partikolari għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. | 310 | Il-bażi legali L-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. | L-għażla ta' l-istrumenti | 341 | L-istrument propost: deċizjoni. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux addattati għar-raġuni(jiet) li ġejja. Mhemmx mezzi oħra disponibbli għall-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim internazzjonali. | L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 409 | Il-proposta mgħandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | 1. 2006/0230 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim bilaterali fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni , Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim bilaterali sabiex testendi għal sena l-ftehim bilaterali u l-protokolli attwali fuq kummerċ fi prodotti tat-tessuti mar-Repubblika tal-Belarus, b'xi aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi. (2) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-ftehim propost għandu jkun iffirmat f'isem il-Komunità. (3) Dan il-Ftehim bilaterali għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2007 sakemm isiru l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, soġġett għall-applikazzjoni reċiproka proviżorja mir-Repubblika tal-Belarus, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Soġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni mogħtija s-setgħa biex jiffirmaw f'isem il-Komunità Ewropea il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar kummerċ fi prodotti tat-tessuti,inizjalat fi Brussell fl-1 ta’ April 1993, kif emendat l-aħħar permezz ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri mogħti bidu fil-11 ta’ Novembru 2005. Artikolu 2 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jilħaq il-konklużjoni formali tiegħu u soġġett għall-applikazzjoni provviżorja reċiproka ta' l-Iskambju ta' Ittri mir-Repubblika tal-Belarus, mill-1 ta' Jannar 2007. Artikolu 3 1. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha skond il-paragrafu 2.4 tal-ftehim anness, il-kwota għall-2007 għandha titnaqqas għal-livelli applikabbli fl-2006; 2. Id-deċiżjoni li jiġi implimentat il-paragrafu 1 se tittieħed skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta'Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjjiżi terzi[1]. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Sinjur, 1. Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti inizjalat fl-1 ta' April 1993, hekk kif emendat u estiz l-aħħar mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fil-11 ta' Novembru 2005 (minn issa 'l quddiem il-'Ftehim'). 2. Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2006 u skond l-Artikolu 19 (1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, soġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jgħid hekk kif ġej: 'Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2007.' 2.2. L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Komunità Ewropea huwa mibdul bl-Appendiċi 1 għal din l-ittra. 2.3. L-Anness għall-Protokol C li jistipula r-ristrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' kummerċ ipproċessat esternament fir-Repubblika tal-Belarus huwa mibdul għall-perjodu ta' l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 bl-Appendiċi 2 għal din l-ittra. 2.4. L-importazzjonijiet fil-Belarus tal-prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ ta' oriġini mill-Komunità Ewropea se jkunu soġġetti għat-taxxi doganali fl-2007 li ma jaqbżux dawk previsti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus inizjalat fil-11 ta' Novembru1999.Fil-każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-ftehim li jifdal u li ma jkunx skada fuq bażi pro rata l-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2006 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittriinizjalat fil-11 ta' Novembru 2005. 3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' meta jiskadi l-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO se jkunu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus fid-WTO. 4. Inkun obbligat jekk ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek dwar dak li ntqal hawnhekk. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri se jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-jum li fih il-Partijiet innotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sa dan il-waqt, se jkun applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2007 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità. Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Appendiċi 1 Anness II Il-Belarus | Il-katego-rija | l-unità | Il-kwota mill-1 ta' Jannar 2007 | Grupp IA | 1 | tunnellata | 1 585 | 2 | tunnellata | 6 600 | 3 | tunnellata | 242 | Grupp IB | 4 | E biċċa | 1 839 | 5 | E biċċa | 1 105 | 6 | E biċċa | 1 705 | 7 | E biċċa | 1 377 | 8 | E biċċa | 1 160 | Grupp IIA | 9 | tunnellata | 363 | 20 | tunnellata | 329 | 22 | tunnellata | 524 | 23 | tunnellata | 255 | 39 | tunnellata | 241 | Grupp IIB | 12 | Elf par | 5 959 | 13 | E biċċa | 2 651 | 15 | E biċċa | 1 726 | 16 | E biċċa | 186 | 21 | E biċċa | 930 | 24 | E biċċa | 844 | 26/27 | E biċċa | 1 117 | 29 | E biċċa | 468 | 73 | E biċċa | 329 | 83 | tunnellata | 184 | Grupp IIIA | 33 | tunnellata | 387 | 36 | tunnellata | 1 309 | 37 | tunnellata | 463 | 50 | tunnellata | 207 | Grupp IIIB | 67 | tunnellata | 356 | 74 | E biċċa | 377 | 90 | tunnellata | 208 | Grupp IV | 115 | tunnellata | 114 | 117 | tunnellata | 2 310 | 118 | tunnellata | 471 | E biċċa: Elf biċċa Appendiċi 2 Anness għall-Protokol C Il-kategorija | Unità | Sa mill-1 ta' Jannar 2007 | 4 | 1.000 biċċa | 5 399 | 5 | 1.000 biċċa | 7 526 | 6 | 1.000 biċċa | 10 037 | 7 | 1.000 biċċa | 7 534 | 8 | 1.000 biċċa | 2 565 | 12 | 1.000 biċċa | 5 072 | 13 | 1.000 biċċa | 795 | 15 | 1.000 biċċa | 4 400 | 16 | 1.000 biċċa | 896 | 21 | 1.000 biċċa | 2 927 | 24 | 1.000 biċċa | 754 | 26/27 | 1.000 biċċa | 3 .668 | 29 | 1.000 biċċa | 1 487 | 73 | 1.000 biċċa | 5 700 | 83 | Tunnellata | 757 | 74 | 1.000 biċċa | 994 | Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus Sinjur, Għandi l-unur li ngħarraf li rċevejt l-ittra tiegħek ta' ….. li tgħid hekk: “ Sinjur, 1. Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti inizjalat fl-1 ta' April 1993, hekk kif emendat u estiz l-aħħar mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fil-11 ta' Novembru 2005 (minn issa 'l quddiem il-'Ftehim'). 2. Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2006 u skond l-Artikolu 19 (1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, soġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jkun kif ġej: 'Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2007.' 2.2. L-Anness II li jistipula r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Komunità Ewropea huwa mibdul bl-Appendiċi 1 għal din l-ittra. 2.3. L-Anness għall-Protokol C li jistipula r-ristrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' kummerċ ipproċessat esternamentfir-Repubblika tal-Belarus huwa mibdul għall-perjodu ta' l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 bl-Appendiċi 2 għal din l-ittra. 2.4. L-importazzjonijiet fil-Belarus tal-prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ ta' oriġini mill-Komunità Ewropea se jkunu soġġetti għat-taxxi doganali fl-2007 li ma jaqbżux dawk previsti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarusinizjalat fil-11 ta' Novembru 1999.Fil-każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-ftehim li jifdal u li ma jkunx skada fuq bażi pro rata l-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2006 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fit-11 ta' Novembru 2005. 3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' meta jiskadi l-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO se jkunu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus fid-WTO. 4. Inkun obbligat jekk ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek dwar dak li ntqal hawnhekk. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri se jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-jum li fih il-Partijiet innotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sa dan il-waqt, se jkun applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2007 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità. Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.” Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek. Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus [1] ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/2006 tal-11 ta' Jannar 2006 (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 8).