32001L0035



Official Journal L 136 , 18/05/2001 P. 0042 - 0048


Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2001/35/KE

tal-11 ta’ Mejju 2001

li temenda l-Annessi mad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-fissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi il-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar il-fissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/82/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE [3] iffissat il-livelli massimi tar-residwi (LMFijiet) li għandhom x’jaqsmu mal-kombinazzjonijiet tal-pestiċidi/ikel, li kienu tħallew miftuħa fid-Direttivi tal-Kunsill 94/29/KE [4], 94/30/KE [5], 95/38/KE [6], 95/39/KE [7], 96/32/KE [8], 96/33/KE [9] u d-Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE [10]. Id-dħul ta’ hawn fuq fl-Annessi mad-Direttivi tħallew "miftuħa", jew kienu ffissati fuq bażi temporanju, minħabba li ma kienx hemm disponibbli informazzjoni biżżejjed, fid-dati ta’ l-adozzjoni tagħhom, sabiex tiġġustifika l-fissar tal-limiti massimi tar-residwi fuq il-livell Komunitarju sa l-1 ta’ Lulju 2000. Il-għan li tiġi ffissata t-temma taż-żmien imsemmija kien illi tipprovdi lill-partijiet interessati b’ħin biżżejjed sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa li tgħin, fejn approprjat u ġġustifikat, l-adozzjoni tal-livelli massimi tar-residwi fuq il-livell Komunitarju ‘l fuq mil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament. Fil-perjodu taż-żmien ta’ qabel l-iskadenza tat-temma taż-żmien, ġiet evalwata l-informazzjoni disponibbli u f’ċerti każi ma kenitx ikkunsidrata adegwata għalbiex tiġġustifika l-fissar tal-livelli massimi tar-residwi ogħla mil-limitu ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament.

(2) Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2000/42/KE, il-Kummissjoni rċeviet talbiet, appoġġjati b’aktar informazzjoni, għalbiex tirrevedi l-livelli li fihom ġew iffissati l-LMFijiet għal ċerti kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/ikel bis-saħħa tad-Direttiva 2000/42/KE. L-applikazzjonijiet u d-data ġew riveduti, u għal ċerti kombinazzjonijiet l-informazzjoni kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-fissar ta’ LMFijiet ogħla mil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament. Għal kombinazzjonijiet oħra l-informazzjoni disponibbli għadha mhix adegwata u huwa approprjat illi jiġu ffissati l-livelli massimi tar-residwi fil-livell l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament. Għal kombinazzjonijiet oħra l-informazzjoni issa disponibbli hija biżżejjed sabiex turi illi l-fissar tal-livell massimu tar-residwi ogħla mil-livell l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament jista’ joħloq espożizzjoni akuta u kronika tal-konsumatur għar-residwi. F’dawn il-każi, il-livelli massimi tar-residwi għandhom jibqgħu fissi fil-limitu iktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament.

(3) L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz tal-prodotti ta’ l-ikel li jinħolqu mill-użi tagħhom fil-protezzjoni tal-pjanti u, fejn japplika, fil-mediċina veterinarja ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri u l-prattiċi wżati fil-Komunitá Ewropea filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [11] u ġie kkalkolat illi l-livelli massimi tar-residwi iffissati f’din id-Direttiva ma joħolqux eċċess għall-proċess tat-teħid ta’ kuljum aċċettabbli.

(4) L-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel illi jista’ jkun fih ir-residwi ta’ dawn il-pestiċidi ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri u l-prattiċi wżati fil-Komunitá Ewropea, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ġie kalkolat illi l-livelli massimi tar-residwi iffissati għall-pożizzjonijiet miftuħa fid-Direttiva preżenti ma joħolqux effetti tossiċi akuti.

(5) L-imsieħba kummerċjali tal-Komunità jridu jiġu kkonsultati dwar il-livelli stabbiliti f’din id-Direttiva permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-kummenti tagħhom fuq dawn il-livelli jridu jiġu kkunsidrati.

(6) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkommandazzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi, ġew meħuda f’kunsiderazzjoni. Il-metodoloġija deskritta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, riferita hawn fuq, kif applikata mill-Istati Membri rapportaturi, iċċekjata u evalwata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, taqbel mal-gwida mogħtija mill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti [12].

(7) Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-livelli massimi tar-residwi elenkati fl-Anness ma’ din id-Direttiva għandhom jieħdu l-post ta’ dawk elenkati f’Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE għall-pestiċidi fil-kwistjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fi-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sat-30 ta’ Ġunju 2001. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Lulju 2001.

Artikolu 3

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[2] ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 18.

[3] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51.

[4] ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 67.

[5] ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 70.

[6] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14.

[7] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 29.

[8] ĠU L 144, tat-18.6.1996, p. 12.

[9] ĠU L 144, tat-18.6.1996, p. 35.

[10] ĠU L 290, tad-29.10.1998, p. 25.

[11] Il-linji gwida għalbiex jitbassar il-proċess tat-teħid fl-ikel tar-residwi tal-pestiċidi (irriveduti), imħejjija mill-GEMS/il-Programm ta’ l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ODS/FSF/FOS/97.7).

[12] SCP/RESI/021; SCP/RESI/024

--------------------------------------------------

ANNESS

Nota:

Għall-konvenjenza tal-qarrej, l-LMFijiet huma indikati b'tipi ħoxnin meta jirriflettu bidliet relattivi għal-l-LMFijiet fl-Annessi tad-Direttivi ċabel id-Direttiva 2000/42/KE, meta indikati b'tipi normali, ikunu re-iterazzjonijiet ta' l-LMFijiet eżistenti.

Il-Gruppi u l-eżempji tal-prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMFijiet | Ir-residwi tal-Pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg) |

Il-Klorotalonil | Il-Klormekwat | L-Endosulfan (is-somma ta' l-isomeri alfa ul-isomeri us-sulfat endosulfanespressi bħalaendosulfan) | Dikofol (is-somma p.p- u o.p-isomeri) |

1.Il-Frott, frisk, imnixxef jew mhux misjur, ippriżervat permezz tal-friża li ma jkunx fih zokkor miżjud; il-ġewż

(i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,01 | 0,05 | 0,5 | 2 |

It-Tronġ | | | | |

Il-Lumi | | | | |

Il-Lime | | | | |

Il-Mandolin (inklużi l-klmentini u ibridi oħra) | | | | |

Il-Larinġ | | | | |

Pil-Pomelos | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ii)IL-ĠEWŻ TAS-SIĠAR (imqaxxar jew bil-qoxra) | 0,01 | 0,1 | 0,1 | 0,05 |

Il-Lewż | | | | |

Il-Ġewż Brazil | | | | |

Il-Ġewż cashew | | | | |

Il-Qastan | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | |

Ġellewż | | | | |

Ġewż Makadamja | | | | |

Il-Pecan | | | | |

Iż-żerriegħa tal-prinjol | | | | |

Il-Pistaċċi | | | | |

Il-Ġewż | | | | |

Oħrajn | | | | |

(iii)IT-TUFFIEĦ | 1 | | 0,3 | 0,02 |

It-Tuffieħ ta' Belludja | | | | |

Il-Lanġas | | 0,5 | | |

Il-Quince | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | |

(iv)IL-FROTT TA' L-GĦADMA | 1 | 0,05 | | 0,02 |

Il-Berquq | 1 | | | |

Iċ-Ċirasa | | | | |

Il-Ħawħ (inklużi ċ-ċiprisk u ibridi bħalhom) | | | 0,5 | |

L-Għajnbaqar | | | | |

Oħrajn | 0,01 | | 0,05 | |

(v)IL-BERRIES U L-FROTT IRQIQ | | 0,05 | | |

(a)Il-Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | | | 0,5 | 2 |

Il-Għeneb tal-mejda | 1 | | | |

Il-Għeneb ta' l-inbid | 3 | | | |

(b)Il-Frawli (barra mis-selvaġġ) | 3 | | 0,05 | 0,02 |

(c)Il-Frott tal-Qasab (barra mis-selvaġġ) | | | 0,05 | 0,02 |

It-Tut | 10 | | | |

Id-Rubus caesius | | | | |

Il-Rubus ursinus loganobaccus | | | | |

Ir-lampuni | 10 | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(d)Frott irqiq ieħor u berries oħra (barra mis-selvaġġ) | | | 0,05 | 0,02 |

Il-Bilberries | | | | |

Il-Cranberries | 2 | | | |

Il-Passolina (ħamra, sewda u bajda) | 10 | | | |

Il-Gooseberries | 10 | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(e)Il-Berries selvaġġi u l-frott selvaġġ | 0,01 | | 0,05 | 0,02 |

(vi)MIXXELLANJI | | | 0,05 | 0,02 |

L-Avocado | | | | |

Il-Banana | 0,2 | | | |

It-Tamal | | | | |

It-Tin | | | | |

Il-Kiwi | | | | |

Il-Kumquwat | | | | |

Il-Litchi | | | | |

Il-Mango | | | | |

Iż-Żebbuġ | | 0,1 | | |

Il-Passion fruit | | | | |

L-Ananas | | | | |

Ir-Rummien | | | | |

Oħrajn | 0,01 | 0,05 | | |

2.Il-Ħaxix ta' l-ikel, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef | | | | |

(i)ĦAXIX TA' L-IKEL TA' L-GĦERUQ U TAT-TUBERI | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

Il-Pitravi | | | | |

Il-Karrotti | 1 | | | |

Il-Krafes bl-għerq oħxon (Celeriac) | 0,5 | | | |

Il-Għerq Mustarda | | | | |

L-Artiċokk | | | | |

Iz-Zunnarija l-bajda | | | | |

Il-Għerq tat-tursin | | | | |

Ir-Ravanell | | | | |

Is-Sassefrika | | | | |

Il-Patata ħelwa | | | | |

In-Nevew | | | | |

Il-Ġidra | | | | |

Il-Yam | | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(ii)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAL-BASLA | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

It-Tewm | 0,5 | | | |

Il-Basal | 0,5 | | | |

Ix-Xalott | 0,5 | | | |

Il-Basal aħdar (tar-Rebbiegħa) | 5 | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(iii)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL LI JAGĦTI L-FROTT | | 0,05 | | |

(a)Is-Solanacea | 2 | | | |

It-Tuffieħ Tadam | | | 0,5 | 1 |

Il-Bżar | | | 1 | |

Il-Brunġiel | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 | 0,02 |

(b)Il-Kukurbit, il-qoxra li tittiekel | | | 0,05 | 0,2 |

Il-Ħjar | 1 | | | |

Il-Għerkin | 5 | | | |

Il-Qara' bagħli żgħir | | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(c)Il-Qara' li tinfirex ma' l-art, il-qoxra li ma tittikilx | 1 | | 0,3 | 0,5 |

Il-Bettieħ | | | | |

Il-frott tal-pjanta li tinfirex fl-art tal-ġenu Kukurbit | | | | |

Id-Dulliegħ | | | | |

Oħrajn | | | | |

(d)Il-Qamħ ir-rum ħelu | 0,01 | | 0,05 | 0,02 |

(iv)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL BRASSIKA | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

(a)Il-Brassika li tagħmel il-fjuri | 3 | | | |

Il-Brokkoli | | | | |

Il-Pastard | | | | |

Oħrajn | | | | |

(b)Il-Brassika tar-ras | | | | |

Il-Brussel sprouts | 0,5 | | | |

Il-Kaboċċi tar-ras | 3 | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(c)Brassika tal-weraq | 0,01 | | | |

Il-Kaboċċa Ċiniża | | | | |

Il-Kale | | | | |

Oħrajn | | | | |

(d)Il-Ġidra | 0,01 | | | |

(v)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-WERAQ U L-ĦWAWAR FRISKI | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

(a)Il-Ħass u simli | 0,01 | | | |

Il-Krexxun | | | | |

Il-Lamb's Lettuce | | | | |

Il-Ħass | | | | |

L-iScarole | | | | |

Oħrajn | | | | |

(b)L-Ispinaċi u simili | 0,01 | | | |

L-Ispinaċi | | | | |

Il-weraq tal-pitravi (chard) | | | | |

Oħrajn | | | | |

(c)Il-Water cress | 0,01 | | | |

(d)Il-Witloof | 0,01 | | | |

(e)Il-Ħwawar | 5 | | | |

Il-Maxxita | | | | |

Il-Kurrat | | | | |

It-Tursin | | | | |

Il-Weraq tal-Krafes | | | | |

Oħrajn | | | | |

(vi)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAL-LEGUMI (frisk) | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

Il-Ful/Fażola (bil-miżwed) | | | | |

Il-Ful/Fażola (mingħajr miżwed) | 0,05 | | | |

Il-Piżelli (bil-miżwed) | 2 | | | |

Il-Piżelli (mingħajr miżwed) | 0,3 | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(vii)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAZ-ZOKK (frisk) | | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

L-Asparagu | | | | |

Il-Cardoon | | | | |

Il-Krafes | 10 | | | |

Il-Bużbież | | | | |

Il-Qaqoċċ | | | | |

Il-Kurrat | 10 | | | |

Ir-Rabarbru | | | | |

Oħrajn | 0,01 | | | |

(viii)IL-FUNGI | | | 0,05 | 0,02 |

(a)Il-Faqqiegħ kultivat | 2 | 1 | | |

(b)Il-Faqqiegħ selvaġġ | 0,01 | 0,05 | | |

3.Ħaxix ta' l-ikel tal-miżwed | 0,01 | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

Il-Ful/Fażola | | | | |

Il-Għazz | | | | |

Il-Piżelli | | | | |

Oħrajn | | | | |

4.Iż-Żerriegħa taż-żejt | | 0,1 | | |

Iż-Żerriegħa tal-kittien | | | | |

Il-Karawett | 0,05 | | | |

Iż-Żerriegħa tal-peprin | | | | |

Il-Ġulġlien | | | | |

Iż-Żerriegħa tal-ġirasol | | | | |

Iż-Żerriegħa tal-lift | | | | |

Iż-Żerriegħa tas-soja | | | 0,5 | |

Iż-Żerriegħa tal-mustarda | | | | |

Iż-Żerriegħa tal-qoton | | | 0,3 | 0,1 |

Oħrajn | 0,01 | | 0,1 | 0,05 |

5.Il-patata | 0,01 | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

Il-Patata bikrija | | | | |

Il-patata li tinħażen | | | | |

6.It-Te (il-weraq u z-zkuk, niexfa, iffermentati jew xorta oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 | 0,1 | 30 | 20 |

7.Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub tal-ħopp u t-trab mhux konċentrat | 50 | 0,1 | 0,1 | 50 |

--------------------------------------------------