22003D0125



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0054 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 125/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻONA EE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/238/KE tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-kodifikazzjoni tal-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tmiem tal-ħajja tal-vetturi [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 32eb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE) ta' l-Anness XX:

"32eċ. it-32003 D 0138: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/238/KE tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-kodifikazzjoni tal-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tmiem tal-ħajja tal-vetturi, (ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 58)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/138/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29.

[2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 58.

[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------