<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑138/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0138</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:218">EU:C:2017:218</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>jbgcjeSENTENZA TAS-<DATE ISO="20170316">16.3.2017</DATE> – KAWŻA C-138/16</P><P>AKM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0002"><P>Fil-punti 13, 44 u d-dispożittiv saret modifika ta’ natura lingwistika, wara li kien tqiegħed online għal-ewwel darba.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(3)(o)</KEYWORD><KEYWORD>Xandir ta’ programmi televiżivi minn netwerk tal-cable lokali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi eċċezzjonijiet għall-installazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għal massimu ta’ 500 utent abbonat kif ukoll għat-trażmissjoni mill-ġdid ta’ programmi tax-xandir pubbliku fit-territorju nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑138/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Handelsgericht Wien (qorti tal-kummerċ ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160216">16 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger registrierte Genossenschaft mbH (AKM)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zürs.net Betriebs GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger registrierte Genossenschaft mbH (AKM), minn M. Walter, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Zürs.net Betriebs GmbH, minn M. Ciresa, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), minn naħa, u tal-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, tad‑<DATE ISO="18860909">9 ta’ Settembru 1886</DATE>, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-att ta’ Pariġi tal-<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>, kif emendata fit-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Bern<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger registrierte Genossenschaft mbH (AKM) u Zürs.net Betriebs GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Zürs.net<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar it-talba ta’ AKM intiża sabiex Zürs.net tagħtiha informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonati konnessi man-netwerk tal-cable li hija topera, u jekk ikun il-każ, tħallasha remunerazzjoni, flimkien ma’ interessi moratorji, għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet protetti taħt id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève, fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, it-Trattat WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, li daħal fis-seħħ fis-<DATE ISO="20020306">6 ta’ Marzu 2002</DATE>. Dan it-trattat ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE, tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1(4) tiegħu, it-Trattat WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur jipprevedi li l-partijiet kontraenti għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 1 sa 21 tal-Konvenzjoni ta’ Bern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Bern</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Bern jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>kull komunikazzjoni lill-pubbliku, kemm bil-fili kif ukoll mingħajr fili, tax-xogħol imxandar, meta din il-komunikazzjoni ssir minn organu għajr dak oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2001/29 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(o) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 2 u 3 fil-każi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(o)</NO.P><TXT>użu f’ċerti każi oħra ta’ importanza minuri fejn eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet diġà jeżistu skond il-liġi nazzjonali, kemm-il darba li huma jirrigwardaw biss użu simili u ma jaffettwawx iċ-ċirkulazzjoni libera ta’ merkanzija u servizzi ġewwa l-Komunità, mingħajr preġudizzju għal eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet oħra misjuba f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-Urheberrechtgesetz (liġi dwar id-drittijiet tal-awtur, BGBl. 111/1936), fil-verżjoni tal-BGBl. I, 99/2015:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtur għandu d-dritt esklużiv li jxerred ix-xogħol permezz tax-xandir jew b’mod simili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Huwa assimilat ma’ xandir il-fatt li wieħed jirrendi possibbli li l-pubbliku jirċievi xogħol fit-territorju nazzjonali minn post li jinsab fit-territorju nazzjonali jew f’pajjiż barrani, b’mod analogu għax-xandir, iżda permezz ta’ cables.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-trażmissjoni ta’ programmi bix-xandir</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>permezz ta’ antenna komuni</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta n-numru ta’ abbonati konnessi mal-antenna ma jkunx jaqbeż il-500, ma għandhiex titqies bħala xandir ġdid.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, it-trażmissjoni mill-ġdid simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ programmi mxandra mill-[organu nazzjonali tax-xandir (ORF)] permezz ta’ cables li jkunu jinsabu fit-territorju nazzjonali għandha titqies li tagħmel parti integrali mix-xandir oriġinali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>AKM hija kumpannija ta’ amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Zürs.net topera installazzjoni ta’ netwerk bil-cable f’Zürs (l-Awstrija), li permezz tagħha hija tittrażmetti programmi televiżivi u radjofoniċi, fejn uħud minnhom jixxandru inizjalment mill-organu nazzjonali tax-xandir (ORF), u oħrajn jixxandru inizjalment minn organi ta’ xandir oħra. Il-qorti tar-rinviju tindika li, sad-data tad-deċiżjoni ta’ rinviju, madwar 130 abbonat jinsab konness man-netwerk bil-cable ta’ Zürs.net.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>AKM teżiġi li Zürs.net tipprovdiha b’informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonati konnessi, f’numru ta’ dati ta’ referenza, man-netwerk bil-cable li hija topera u dwar il-kontenut imxandar. Hija titlob ukoll li, wara verifika tal-informazzjoni li hija tkun ipprovdiet, twettaq il-ħlas ta’ remunerazzjoni xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Zürs.net tqis li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(3)(2)(b) tal-liġi Awstrijaka dwar id-drittijiet tal-awtur, fil-verżjoni tal-BGBl. I, 99/2015, dwar l-installazzjonijiet żgħar ta’ massimu ta’ 500 abbonat, il-programmi li hija xxandar ma jistgħux jitqiesu bħala xandira ġdida u li, għaldaqstant, hija ma għandhiex l-obbligu tipprovdi l-informazzjoni mitluba minn AKM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>AKM tqis li din id-dispożizzjoni hija inkompatibbli kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Konvenzjoni ta’ Bern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Handelsgericht Wien (qorti tal-kummerċ ta’ Vjenna, l-Awstrija), adita b’kawża bejn AKM u Zürs.net, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva [2001/29] jew l-Artikolu 11a(1)(2) [Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii)] tal-Konvenzjoni ta’ Bern […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa kontra d-dritt tal-Unjoni jew tal-Konvenzjoni ta’ Bern li, bħala ftehim internazzjonali, tagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni, dispożizzjoni li tipprevedi li t-trażmissjoni ta’ xandir permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>antenni komuni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> bħal dawk tal-konvenuta fil-kawża prinċipali</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ma hijiex ikkunsidrata bħala xandir ġdid meta n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ din l-antenna ma huwiex ogħla minn 500 [u/]jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>hija kkunsidrata bħala li tagħmel parti integrali mix-xandir oriġinali meta din hija trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ trażmissjoni ta’ xandir minn Österreichischer Rundfunk permezz ta’ servizzi [cables] li jinsabu fit-territorju nazzjonali (Awstrijak),</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>u li, peress li dawn l-użi lanqas ma jaqgħu taħt dritt esklużiv ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku minn distanza fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [2001/29], konsegwentement dawn ma huma suġġetti la għall-awtorizzazzjoni tal-awtur u lanqas għal obbligu ta’ remunerazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 jew saħansitra l-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Berna għandhomx jiġu interpretati fis‑sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li, skont id-dritt esklużiv tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, ma humiex suġġetti għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-awtur:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>la trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ programmi mxandra mill-organu nazzjonali ta’ xandir, permezz ta’ cables fit-territorju nazzjonali,</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>u lanqas xandir permezz ta’ antenna komuni meta n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ din l-antenna ma jeċċedix il-500.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din id-domanda għandha tiġi eżaminata f’żewġ stadji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat jekk trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ programmi mxandra mill-organu nazzjonali ta’ xandir, permezz ta’ cables fit-territorju nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew tal-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Bern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Bern jipprevedi li l-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi jgawdu mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku, kemm bil-fili, kemm mingħajr fili, tax-xogħol imxandar, meta din il-komunikazzjoni ssir minn organu għajr dak oriġinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, dan jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipprevedu għall-awturi d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, bil-fili jew mingħajr fili, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’mod li kull membru tal-pubbliku jkun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-ħin magħżul individwalment minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(1) essenzjalment jikkorrispondi mal-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Bern. Barra minn hekk, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 3(1), din għandha twettaq dan f’konformità mal-imsemmija dispożizzjoni tal-konvenzjoni skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, jassoċja żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ta’ xogħol u l-komunikazzjoni ta’ dan tal-aħħar lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa, li l-att ta’ komunikazzjoni jirrigwarda kull trażmissjoni tax-xogħlijiet protetti, indipendentement mill-mezz jew mill-proċess tekniku użat, u kull trażmissjoni li tuża mezz tekniku speċifiku bħala prinċipju għandha tkun awtorizzata individwalment mill-awtur tax-xogħol inkwistjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sabiex jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, hemm bżonn ukoll li x-xogħlijiet protetti jkunu effettivament ikkomunikati lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, peress li huwa paċifiku li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jirrigwarda numru indeterminat ta’ destinatarji potenzjali u barra minn hekk jimplika numru ta’ persuni pjuttost kbir (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-trażmissjoni ta’ xogħlijiet protetti minn organu għajr dak li kien kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ komunikazzjoni inizjali tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta tali xogħlijiet jiġu trażmessi lil pubbliku ġdid, jiġifieri lil pubbliku la ma kienx ittieħed inkunsiderazzjoni mill-proprjetarji tad-drittijiet ikkonċernati meta huma taw l-awtorizzazzjoni inizjali ta’ użu tax-xogħlijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-fatt li, fil-kawża prinċipali, it-trażmissjoni inkwistjoni titwettaq bil-cables, jiġifieri permezz ta’ mezz tekniku differenti minn dak użat waqt it-trażmissjoni mxandra inizjali, jippermetti li jiġi kkonstatat li Zürs.net twettaq komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi vverifikat jekk din il-komunikazzjoni hijiex intiża għal pubbliku ġdid, differenti minn dak li għalih huma intiżi l-programmi mxandra mill-ORF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet ta’ Zürs.net, li fuq dan il-punt ma humiex ikkontestati minn AKM, jirriżulta li meta jagħtu awtorizzazzjoni ta’ xandir lill-ORF, il-proprjetarji tad-drittijiet ikkonċernati jkunu konxji tal-fatt li x-xandiriet imwettqa minn dan l-organu nazzjonali jistgħu jiġu riċevuti mill-persuni kollha li jkunu jinsabu fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sa fejn id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet protetti permezz tal-cables titwettaq, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tad-domanda preliminari, fit-territorju nazzjonali u sa fejn il-persuni kkonċernati għaldaqstant ikunu ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-proprjetarji ta’ dritt meta dawn ikunu awtorizzaw ix-xandir inizjali tagħhom mill-organu nazzjonali tax-xandir, il-pubbliku li lilu Zürs.net tiddistribwixxi l-imsemmija xogħlijiet ma jistax jitqies bħala pubbliku ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-trażmissjoni ta’ programmi mwettqa fil-kundizzjonijiet ippreċiżati fil-punt 18 tas-sentenza preżenti ma tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Għaldaqstant, tali trażmissjoni ma hijiex suġġetta għar-rekwiżit tal-ksib tal-awtorizzazzjoni tal-proprjetarji tad-drittijiet, previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-trażmissjoni ta’ programmi permezz ta’ antenna komuni, li magħha huma konnessi massimu ta’ 500 abbonat, ma hijiex meqjusa bħala xandir ġdid, taqax taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, u b’mod iktar partikolari taħt il-paragrafu 3(o) tiegħu, u jekk id-distributuri ta’ tali programmi trażmessi permezz ta’ tali antenni għaldaqstant jistgħux jevitaw ir-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-dritt. Fil-fatt, mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li jista’ jitqies li Zürs.net topera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>antenna komuni żgħira<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu qabelxejn jitfakkar li, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat fil-punt 25 tas-sentenza preżenti, it-trażmissjoni ta’ xogħlijiet protetti minn organu għajr dak li kien kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ komunikazzjoni inizjali tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, meta tali xogħlijiet jiġu trażmessi lil pubbliku ġdid, jiġifieri lil pubbliku li ma kienx ittieħed inkunsiderazzjoni mill-proprjetarji tad-dritt ikkonċernati meta huma taw l-awotizzazzjoni inizjali għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>antenna komuni żgħira<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ Zürs.net tippermetti li, minbarra programmi tal-ORF, jiġu trażmessi wkoll dawk ta’ emittenti oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra, b’mod li tali trażmissjonijiet jistgħu jitqiesu bħala komunikazzjonijiet lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki meħtieġa f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, wieħed għandu jistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-operaturi tal-imsemmija antenni komuni żgħar jistgħux jevitaw ir-rekwiżit ta’ ksib ta’ awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-dritt, u dan taħt waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 5(3)(o) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jipprevedu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-direttiva meta dan ikun użu f’ċerti każi ta’ importanza minuri fejn eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet<?PAGE NO="7"?> diġà jeżistu skont il-liġi nazzjonali, kemm-il darba huwa jkun jirrigwarda biss użu simili u ma jaffettwax il-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi ġewwa l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għal eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet oħra previsti f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Billi jagħmel riferiment b’mod partikolari għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29, l-Artikolu 5(3)(o) ta’ din id-direttiva jikkostitwixxi dispożizzjoni li tista’ tidderoga mid-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku previst fl-imsemmi Artikolu 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jidderogaw minn prinċipju ġenerali stabbilit minn din l-istess direttiva għandhom ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-diversi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29, fosthom dik imsemmija fil-punt (o) ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti lil operaturi ekonomiċi sabiex iwettqu attività fil-qasam tax-xandir ta’ xogħlijiet protetti permezz ta’ antenni komuni, mingħajr obbligu, b’mod partikolari, li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-awturi ta’ dawn ix-xogħlijiet taħt id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku li għandhom dawn tal-aħħar, u dan bil-kundizzjoni li n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ tali antenna ma jkunx jeċċedi l-500.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-imsemmija possibbiltà, li hija regolata mil-liġi, tista’ tattira l-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ jibbenefikaw minnha, u tista’ twassal għall-użu kontinwu u parallel ta’ diversi antenni komuni. Konsegwentement, dan jista’ jikkawża, fit-territorju nazzjonali kollu, sitwazzjoni fejn numru kbir ta’ abbonati jkollhom, b’mod parallel, aċċess għall-programmi hekk iddistribwiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, preċiżament il-kriterju tan-numru kumulat tad-destinatarji potenzjali li jkollhom aċċess għall-istess xogħol b’mod parallel jikkostitwixxi element importanti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u, konsegwentement, element rilevanti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku suġġetta għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-dritt ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, b’teħid kont tal-interpretazzjoni stretta li għandha tingħata lill-Artikolu 5(3)(o) tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll tal-għan ta’ protezzjoni għolja tad-drittijiet tal-awtur stipulat fil-premessa 9 ta’ din id-direttiva, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil diversi operaturi ekonomiċi jiddistribwixxu, mingħajr ma jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni tal-awturi, b’mod parallel ix-xogħlijiet protetti permezz ta’ antenni komuni li għandhom kapaċità limitata ta’ abbonati konnessi, ma tistax titqies, b’mod partikolari minħabba l-effett kumulattiv tagħha ppreċiżat fil-punt 40 tas-sentenza preżenti, bħala li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>użu f’ċerti każi […] ta’ importanza minuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(o).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ma hemm bżonn li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet l-oħra imposti mill-Artikolu 5(3)(o) tad-Direttiva 2001/29 humiex issodisfatti, għandu jitqies li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tkun ġiet adottata skont il-fakultà mogħtija lill-Istati Membri li jipprevedu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet previsti fl‑Artikoli 2 u 3 ta’ din id-direttiva. Konsegwentement, tali leġiżlazzjoni għandha tosserva l-prinċipju stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, li skontu l-awturi ta’ xogħlijiet protetti għandhom id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu l-komunikazzjoni tagħhom lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad‑domanda magħmula għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT> tal-Konvenzjoni ta’ Bern għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li, taħt id-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ma hijiex suġġetta għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-awtur trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ programmi mxandra mill-organu nazzjonali tax-xandir, permezz ta’ cables fit-territorju nazzjonali, sa fejn din tkun tikkostitwixxi biss mezz tekniku ta’ komunikazzjoni u din tkun ittieħdet inkunsiderazzjoni mill-awtur tax-xogħol meta jkun awtorizza l-komunikazzjoni inizjali tiegħu; fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, u b’mod partikolari l-paragrafu 3(o) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li, taħt id-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ma huwiex suġġett għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-awtur xandir permezz ta’ antenna komuni, meta n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ din l-antenna ma jkunx ogħla minn 500 u meta din il-leġiżlazzjoni għaldaqstant għandha tapplika b’mod konformi mal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva; fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, u l-Artikolu 11<HT TYPE="ITALIC">bis</HT> tal-Konvenzjoni ta’ Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, tad‑<DATE ISO="18860909">9 ta’ Settembru 1886</DATE>, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-att ta’ Pariġi tal-<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>, kif emendata fit-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li, taħt id-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ma hijiex suġġetta għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-awtur trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ programmi mxandra mill-organu nazzjonali tax-xandir, permezz ta’ cables fit-territorju nazzjonali, sa fejn din tkun tikkostitwixxi biss mezz tekniku ta’ komunikazzjoni u din tkun ittieħdet inkunsiderazzjoni mill-awtur tax-xogħol meta jkun awtorizza l-komunikazzjoni inizjali tiegħu; fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, u b’mod partikolari l-paragrafu 3(o) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika li, taħt id-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ma huwiex suġġett għar-rekwiżit ta’ ksib tal-awtorizzazzjoni tal-awtur xandir permezz ta’ antenna komuni, meta n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ din l-antenna ma jkunx ogħla minn 500 u meta din il-leġiżlazzjoni għaldaqstant għandha tapplika b’mod konformi mal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva; fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>