|
18.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 440/131 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm l-UE għas-Saħħa
(2020/C 440/22)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea. L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b’saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard sever fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa u biex tissalvagwardja s-saħħa u l-benessri tan-nies fl-Unjoni. |
Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea, kif imfakkar ukoll fl-Artikolu 222 tat-TFUE, li jistipula li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaġixxu fi spirtu ta’ solidarjetà . L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b’saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll, fejn rilevanti, l-istituzzjonijiet pubbliċi , biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard sever fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex tappoġġja l-iżvilupp tal-prodotti meħtieġa u tagħmilhom disponibbli biex jiġi pprevenut u ttrattat il-mard , biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa u biex tissalvagwardja s-saħħa u l-benessri tan-nies fl-Unjoni. |
Raġuni
Huwa importanti li jiġi mfakkar l-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 2
Punt 10
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għall-kriżijiet tas-saħħa, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista’ jinkludi l-ħżin strateġiku ta’ provvisti mediċi essenzjali jew il-bini ta’ kapaċità fir-rispons għall-kriżi, miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta’ sorveljanza msaħħa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta’ tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċ “Saħħa Waħda”. Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta’ qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta’ kriżi tas-saħħa — il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons. |
Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għall-kriżijiet tas-saħħa, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista’ jinkludi l-ħżin strateġiku ta’ provvisti mediċi essenzjali, il-promozzjoni ta’ investiment fil-produzzjoni tat-tagħmir u l-prodotti farmaċewtiċi għall-ġlieda kontra l-pandemiji u flaġelli oħra tas-saħħa pubblika biex tiġi żgurata s-sovranità Ewropea, il-bini ta’ kapaċità fir-rispons għall-kriżi jew l-appoġġ biex l-Istati Membri jfasslu protokoll ta’ statistika li jippermetti li titqabbel id-data dwar l-impatt tal-pandemiji fil-livell NUTS 2 , miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta’ sorveljanza msaħħa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta’ tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċ “Saħħa Waħda”. Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta’ qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta’ kriżi tas-saħħa — il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons. |
Raġuni
Għandu jsir investimenti kbar fil-produzzjoni ta’ tagħmir u prodotti farmaċewtiċi għall-ġlieda kontra l-pandemiji.
Barra minn hekk hemm bżonn li jkun hemm aktar skambju ta’ data statistika fl-Istati Membri.
EMENDA 3
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali u mard kroniku, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli. |
Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali u mard kroniku (inkluż l-obeżità) , jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli. Sabiex jiġu żgurati standards għoljin għas-servizzi essenzjali tas-saħħa, jeħtieġ li l-Programm jinkoraġġixxi l-użu tat-telemediċina b’mod partikolari fi żmien ta’ kriżi u ta’ pandemija. |
Raġuni
It-telemediċina trid tiġi żviluppata sabiex tkun għodda effettiva fi żminijiet ta’ kriżi u ta’ pandemija.
Emenda 4
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li b’sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu ’l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħa pubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali. L-iżvilupp ta’ spazju Ewropew tad-data tas-saħħa għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 (12), jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista’ jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad-data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq. |
L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest ta’ Semestru Ewropew rinnovat, dawn ir-riformi jeħtieġu jsaħħu l-ispeċifiċità tas-sistemi tas-saħħa Ewropej abbażi tas-servizzi pubbliċi b’saħħithom u ta’ investiment pubbliku importanti. Is-servizzi tas-saħħa huma servizzi ta’ interess ġenerali li għandhom l-għan li jsaħħu l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ma jistgħu jkunu soġġetti għall-ħsieb tas-settur privat. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li l-Programm jorganizza l-koordinazzjoni u l-finanzjament tat-testijiet tal-istress fl-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati d-dgħufijiet u jiġu vverifikati l-kapaċitajiet ta’ rispons għall-pandemiji. Barra minn hekk jenħtieġ li b’sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu ’l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħa pubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali. L-iżvilupp ta’ spazju Ewropew tad-data tas-saħħa għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 (12), jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista’ jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad-data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq. |
Raġuni
Kif espress fl-emenda.
Emenda 5
Premessa 18
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta’ individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta’ drogi illeċiti. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-vizzji fid-dieta ta’ ħsara għas-saħħa u l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta’ appoġġ għal stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ ukoll li l-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità. |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta’ individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta’ drogi illeċiti. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-vizzji fid-dieta ta’ ħsara għas-saħħa u l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta’ appoġġ għal stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ ukoll li l-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità. |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 6
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm se jaħdem f’sinerġija u komplimentarjetà ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta’ miljuni ta’ ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta’ azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta’ dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+. |
Il-Programm se jaħdem f’sinerġija u komplimentarjetà ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta’ miljuni ta’ ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta’ azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, u, fejn rilevanti, b'rabta mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta’ dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+. |
Raġuni
Biex titfakkar ir-rabta mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Emenda 7
Premessa 25
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u jipprovdi data ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ. |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u jipprovdi data ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli fil-livell reġjonali NUTS 2 biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ. |
Raġuni
Biex jiġi speċifikat il-livell reġjonali NUTS 2.
Emenda 8
Premessa 26
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta’ Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta’ oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri wera li għandu valur miżjud b’saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b’hekk is-saħħa b’mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jippermettu t-tali ħidma integrata u kkoordinata, li sservi wkoll biex trawwem l-implimentazzjoni ta’ prattiki b’impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-popolazzjoni u lill-oqsma kkonċernati bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. |
Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru jew minn raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni (REKT) għall-ieħor, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta’ Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta’ oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali wera li għandu valur miżjud b’saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b’hekk is-saħħa b’mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jippermettu t-tali ħidma integrata u kkoordinata, li sservi wkoll biex trawwem l-implimentazzjoni ta’ prattiki b’impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-popolazzjoni u lill-oqsma kkonċernati bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. Pereżempju, kif irrakkomandat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-Opinjoni tiegħu dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera, jeħtieġ li l-Programm jistabbilixxi “kurituri tas-saħħa” bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, li permezz tagħhom il-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa jistgħu jkomplu jaqsmu l-fruntiera b’mod liberu matul il-konfinament, b’tali mod li jiġi garantit li l-kura tibqa’ aċċessibbli u assigurata. |
Raġuni
Ir-REKT jistgħu jissemmew f’dan il-kuntest peress li jikkontribwixxu għal aċċess aħjar għas-servizzi, inkluż għall-kura tas-saħħa, fir-reġjuni tal-fruntiera, u huma eżempju ta’ kooperazzjoni transfruntiera stabbilita mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 9
Premessa 30
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Sabiex jiġi żgurat li dawn l-objettivi kollha jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha ssaħħaħ il-baġit u l-mandat tad-diversi aġenziji Ewropej inkarigati mis-saħħa, bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. Barra minn hekk, l-azzjoni ta’ dawn l-aġenziji għandha tkun ikkoordinata aħjar sabiex tikkontribwixxi aħjar għall-kisba tal-objettivi tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” u r-rwol tagħhom fil-governanza ta’ dan il-programm għandu jissaħħaħ. |
Raġuni
L-Unjoni Ewropea diġà għandha ħafna strumenti fis-seħħ. Jeħtieġ li jissaħħu u jiġu kkoordinati aħjar sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ rispons tal-UE biex tirreaġixxi għall-kriżijiet tas-saħħa u biex jitjieb il-livell tas-saħħa tal-Ewropej.
Emenda 10
Premessa 31
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri f’xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti. |
Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika f’xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti. |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 11
Premessa 40
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tiegħu. |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tiegħu. |
Raġuni
Bidla fir-rata biex jiġu pprovduti aktar riżorsi għall-għanijiet klimatiċi.
Emenda 12
Premessa 42
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Programm tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Programm tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tar-reġjuni u livelli oħra ta’ governanza milquta mid-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa, għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. |
Raġuni
L-għan huwa li jiġu mmirati l-atturi differenti kkonċernati mid-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa.
Emenda 13
Artikolu 3(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz ta’ trasformazzjoni diġitali u permezz ta’ xogħol iktar integrat u koordinat fost l-Istati Membri, implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tad-data, sabiex jogħla l-livell ġenerali tas-saħħa pubblika. |
it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz ta’ trasformazzjoni diġitali u permezz ta’ xogħol iktar integrat u koordinat fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, permezz tal-koordinazzjoni tal-atturi fil-qasam tas-saħħa u tal-kura soċjali f’żoni li jkopru l-qalba tal-popolazzjoni permezz tal- implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tad-data, sabiex jogħla l-livell ġenerali tas-saħħa pubblika. |
Raġuni
Titfakkar l-importanza tal-atturi lokali kompetenti fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 14
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda” fejn rilevanti: |
L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda” fejn rilevanti: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Kif espress fl-emenda.
Emenda 15
Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 946 614 000 fi prezzijiet kurrenti. |
1. IIl-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-27 għandu jkun ta’ EUR 10 398 000 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 9 370 000 000 fi prezzijiet kostanti) . |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 16
Artikolu 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta’ ħidma stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu. |
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta’ kompetenzi kondiviżi, fil-livell reġjonali u lokali, lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta’ ħidma stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu. F’dan l-eżerċizzju għandha tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom kompetenzi fil-qasam tal-politiki tas-saħħa. |
Raġuni
Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 17
Anness I punt (g), sottopunt (i)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikunu megħjuna l-proċessi ta’ riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u tissaħħaħ il-kura primarja, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-kura u biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa; |
appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, biex ikunu megħjuna l-proċessi ta’ riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u tissaħħaħ il-kura primarja, biex jissaħħu l-integrazzjoni, il-koordinazzjoni u l-gradazzjoni tal-kura u biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa; |
Raġuni
Huwa importanti li jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċessi nazzjonali ta’ riforma u fl-azzjonijiet tas-Semestru Ewropew.
Emenda 18
Anness I, punt (g), sottopunt (v)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
awditjar tal-arranġamenti ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim); |
awditjar tal-arranġamenti ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim); |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 19
Anness I, punt (g), sottopunt (vi)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
appoġġ għall-konverġenza ’l fuq tal-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi, is-senserija tal-analiżi u tal-għarfien u l-organizzazzjoni ta’ testijiet tal-istress tas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa; |
appoġġ għall-konverġenza ’l fuq tal-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi, is-senserija tal-analiżi u tal-għarfien u l-organizzazzjoni ta’ testijiet tal-istress tas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa , billi jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika ; |
Raġuni
Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 20
Anness I, punt (g), sottopunt (ix)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta’ programmi li jassistu lill-Istati Membri u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx); |
appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta’ programmi li jassistu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx) waqt li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitħeġġu fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet adatti għall-karatteristiċi tagħhom rigward is-saħħa pubblika ; |
Raġuni
L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal dawn l-azzjonijiet f’ħafna Stati Membri u għandhom jibbenefikaw mill-appoġġ għal dawn il-programmi.
Emenda 21
Anness I, punt (g), sottopunt (x)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b’saħħithom u sikuri, biex jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u biex jippromwovu dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; |
appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b’saħħithom u sikuri, biex jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u biex jippromwovu dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; |
Raġuni
L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal dawn l-azzjonijiet f’ħafna Stati Membri.
Emenda 22
Anness I, punt (g), punt (xii)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
appoġġ għall-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom permezz tal-parametraġġ referenzjarju, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki; |
appoġġ għall-Istati Membri, u fejn rilevanti, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom permezz tal-parametraġġ referenzjarju, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki; |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 23
Anness I, punt (k), sottopunt (iii)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
il-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-prevenzjoni tal-mard u l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati fil -livell internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali. |
il-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-prevenzjoni tal-mard u l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati, adatti għal -livell internazzjonali, tal-Unjoni, reġjonali, lokali u nazzjonali. |
Raġuni
Jitfakkar l-involviment tal-livelli lokali differenti.
Emenda 24
Anness I, punt (l) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
|
|
Raġuni
Dawk l-azzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ azzjonijiet stabbiliti mill-Programm.
Emenda 25
Anness II, parti A, punt I
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE u tal-Istati Membri għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa; |
il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE, tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa; |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 26
Anness II, Parti A, Punt III
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
l-għadd ta’ azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 3.4 għal kull Stat Membru; |
l-għadd ta’ azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 3.4 għal kull Stat Membru , inklużi l-aħjar prattiki mil-livell reġjonali u lokali, fejn xieraq ; |
Raġuni
Kif espress fl-emenda.
Emenda 27
Anness I, parti A, punt IV
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE. |
l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa . |
Raġuni
Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.
Emenda 28
Anness I, parti B, punt I
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
l-għadd ta’ Stati Membri b’titjib tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons |
l-għadd ta’ Stati Membri , u, fejn rilevanti, ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, b’titjib tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons |
Raġuni
Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jenfasizza l-impenn tiegħu li jipprijoritizza s-saħħa fil-livell Ewropew u jappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kanċer u l-epidemiji ta’ mard fil-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa u fl-immodernizzar tas-sistemi tas-saħħa; |
|
2. |
jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
|
3. |
jiddeplora l-konsegwenzi severi tal-pandemija tal-COVID-19, li ma setgħux jiġu antiċipati, iżda li jistgħu jiġu megħluba permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u mekkaniżmi kkonsolidati; |
|
4. |
jenfasizza li l-muniċipalitajiet, il-bliet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet pubbliċi jinsabu quddiem nett tal-pandemija tal-COVID-19, billi qed jieħdu miżuri tas-saħħa (ix-xiri tat-tagħmir mediku, l-ingaġġ tal-persunal mediku, eċċ.) u miżuri ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-aspetti differenti tal-pandemija, kemm jekk huma soċjali, ekonomiċi kif ukoll dawk loġistiċi; |
|
5. |
jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jieħdu miżuri b’saħħithom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, billi jadottaw inizjattivi li għandhom l-għan li jipprovdu reazzjoni immirata għall-kriżi tal-COVID-19 u biex jisiltu mill-esperjenza sabiex jantiċipaw kriżi futura tas-saħħa; ifakkar li t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika; |
|
6. |
jinnota r-riżultati tal-Ewrobarometru tal-2017, fejn aktar minn 70 % tal-Ewropej talbu sabiex l-UE tkun involuta aktar fil-qasam tas-saħħa; |
|
7. |
jenfasizza li dan il-programm ewlieni ta’ finanzjament fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 għandu jappoġġja azzjonijiet li għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi komuni u fit-tul tal-politiki tas-saħħa pubblika fl-UE u fl-Istati Membri, inklużi b’mod partikolari l-antiċipazzjoni ta’ tipi simili oħra ta’ kriżijiet, l-inugwaljanzi fis-saħħa, l-aċċess għall-kura, il-migrazzjoni, il-popolazzjoni li qed tixjieħ, is-sikurezza tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni; |
|
8. |
jenfasizza li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” m’għandux jiffoka biss fuq il-ġestjoni tal-kriżi, iżda għandu jikkontribwixxi, permezz tal-irkupru wara l-COVID-19, biex titjieb b’mod sinifikanti s-saħħa tal-popolazzjoni tal-Unjoni, billi tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, tiġi promossa l-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa, u billi l-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa jiġu integrati bħala għodda ta’ żvilupp sostenibbli; |
Is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni, dritt fundamentali
|
9. |
iqis il-kriżi li għaddejja minnha l-Unjoni Ewropea sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 fl-10 ta’ Marzu 2020, fejn l-aspett uman huwa importanti ħafna, kif ukoll l-effetti negattivi fuq is-saħħa taċ-ċittadini; |
|
10. |
jappella biex is-settur tas-saħħa jikkontribwixxi għall-mudell soċjali Ewropew u b’mod partikolari għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
|
11. |
ifakkar li s-saħħa hija waħda mid-drittijiet fundamentali, hija servizz ta’ interess ġenerali u ma tistax tiġi ttrattata bħala servizz kummerċjali; |
|
12. |
ifakkar li l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, li huma r-riżultat ta’ inugwaljanzi soċjali evitabbli, hija għan ewlieni u mezz effettiv biex jiġu promossi s-sigurtà tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa; |
L-għanijiet u r-rwol tal-Programm “L-UE għas-Saħħa”
|
13. |
jenfasizza l-fatt li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” għandu l-għan li jsaħħaħ is-sigurtà tas-saħħa u l-prevenzjoni, itejjeb il-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa u jħejji lill-UE għall-kriżijiet tas-saħħa futuri, u li l-baġit ta’ EUR 1,7 biljun previst mill-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Lulju 2020, mhux ser ikun biżżejjed biex jinkiseb dan il-għan; |
|
14. |
jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-“saħħa fil-politiki kollha” u għalhekk il-ħtieġa li dan il-programm jiġi kkoordinat u strutturat mal-programmi l-oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-infrastruttura medika, l-Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, u l-FSE+ għat-taħriġ u l-appoġġ ta’ gruppi vulnerabbli fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; jappella wkoll li fl-użu ta’ dawn il-Fondi jiġu promossi s-sinerġiji; |
|
15. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi programm speċifiku tas-saħħa għall-perjodu finanzjarju li jmiss 2021-2027, iżda jiddispjaċih li l-finanzjament addizzjonali ta’ EUR 7,7 biljun, li l-Kummissjoni pproponiet li talloka għall-Programm “L-UE għas-Saħħa” bħala parti mill-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa intitolat “Nitgħallmu mill-kriżi u nindirizzaw l-isfidi strateġiċi tal-Ewropa”, tnaqqas mill-Kunsill Ewropew, u dan jikkontradixxi l-ambizzjonijiet ta’ dan il-programm; |
|
16. |
iqis li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” jista’ jippermetti lill-UE li jkollha aktar għodod u għodod aktar effettivi, li jippermettu azzjoni rapida, deċiżiva u kkoordinata mal-Istati Membri, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika, kemm biex iħejju ruħhom għall-kriżijiet kif ukoll biex jimmaniġġjawhom, iżda wkoll biex itejbu l-funzjonament u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tal-UE b’mod ġenerali; |
|
17. |
iqis li huwa essenzjali għall-Unjoni li tkun attrezzata bil-mezzi tal-ambizzjoni ddikjarata billi jiġu appoġġjati l-programmi ta’ investiment fil-qasam tar-riċerka u l-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bħala mezzi biex tiġi protetta l-popolazzjoni; |
|
18. |
jirrimarka li l-Programm għandu l-għan ukoll li jibni riżervi ta’ mediċini u tagħmir mediku, persunal u esperti tas-saħħa, kif ukoll biex jipprovdi assistenza teknika; |
|
19. |
josserva li, fid-dawl tal-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19, l-UE għandha tiddedika riżorsi konsiderevoli għat-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal theddid/kriżijiet tas-saħħa u għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Fl-istess ħin, huwa importanti li ma titnaqqasx fil-prijorità l-ħidma tal-Unjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; |
|
20. |
huwa tal-fehma li, kif inhu l-każ bħalissa, u billi jitqies id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu kif ifasslu, jorganizzaw u jiffinanzjaw is-servizzi tas-saħħa, jenħtieġ li jiġu allokati fondi għal forom differenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tas-saħħa, bħan-Networks Ewropej ta’ Referenza (NRE) għall-forniment ta’ kura speċjalizzata ħafna u l-kura ta’ mard rari, il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u l-iżvilupp ta’ approċċi tas-saħħa diġitali. Huwa importanti wkoll li jsiru sforzi kbar biex tiġi miġġielda r-reżistenza antimikrobika, li hija theddida għas-saħħa li teħtieġ kooperazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’livell dinji; |
|
21. |
ifakkar li wieħed mill-għanijiet tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” huwa li l-mortalità prematura titnaqqas b’terz sal-2030 u li dan l-għan ser jintlaħaq billi jiġi miġġieled il-mard li ma jitteħidx permezz ta’ titjib fid-dijanjosi fid-djanożi, fil-prevenzjoni u fil-kura, b’mod partikolari għall-kanċer, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete u l-problemi ta’ saħħa mentali; |
Sejħa għall-kooperazzjoni
|
22. |
jindika li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” għandu jkun imfassal b’mod li jissaħħaħ is-sistemi reġjonali billi jiġu ffinanzjati inizjattivi bħall-appoġġ u pariri speċifikament adattati għal kull pajjiż sabiex tittejjeb il-kura tas-saħħa; it-taħriġ tal-professjonijiet fis-settur tas-saħħa li jintbagħtu fl-UE kollha; il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ tħejjija u r-rispons tal-Istati Membri; it-twettiq ta’ provi kliniċi sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta’ mediċini u tilqim; il-kooperazzjoni ma’ msieħba transkonfinali; kif ukoll it-twettiq ta’ studji, ġbir ta’ data u analiżi komparattiva; |
|
23. |
jilqa’ l-passi li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni Ewropea biex l-UE tkun tista’ tipprovdi aktar appoġġ, li huwa essenzjali biex jittaffa l-piż tal-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi attwali tal-COVID-19; |
|
24. |
huwa tal-fehma li hemm bżonn li tiġi kkunsidrata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tfassil u l-analiżi tal-azzjonijiet taħt il-Programm tas-Saħħa l-ġdid; |
|
25. |
huwa tal-fehma li l-isforzi taħt il-Programm tas-Saħħa l-ġdid għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soċjetà sostenibbli mil-lat ambjentali u soċjali; |
|
26. |
jistieden lir-reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll lill-atturi l-oħra tal-UE, biex jikkooperaw bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tad-diversi elementi tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” u tal-azzjonijiet elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħejjija ta’ sistemi tas-saħħa tal-UE biex jirreaġixxu malajr fil-każ ta’ mewġa ġdida tal-COVID-19; |
|
27. |
jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni fil-qasam tas-saħħa u tal-ġestjoni tal-kriżijiet, b’mod partikolari permezz tal-involviment dirett ta’ strutturi lokali u reġjonali ta’ azzjoni fil-qasam tas-saħħa; |
|
28. |
iqis li jeħtieġ li jiżdiedu l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa: billi jiġi stimulat l-investiment fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-mard; billi jiġi appoġġjat l-iskambju ta’ prattiki tajba; billi tiġi promossa l-kooperazzjoni Internazzjonali; u billi jittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa; |
|
29. |
iqis il-fatt li l-programm għandu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet riżultat tal-pandemija u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-politiki tas-saħħa. B’hekk l-Unjoni Ewropea tista’ tissupplimenta u tappoġġja l-miżuri nazzjonali u tadotta leġislazzjoni f’setturi speċifiċi; |
|
30. |
jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni fl-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tilqim taħt il-programm Orizzont Ewropa; |
|
31. |
jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tas-sistemi tas-saħħa, bħal fit-tfassil tal-prijoritajiet u fl-implimentazzjoni tal-programm, minħabba r-rwol essenzjali tagħhom fil-qasam tas-saħħa, tal-prevenzjoni u tal-appoġġ, u jqis li l-effiċjenza ta’ mekkaniżmu għat-titjib tal-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni, mill-prevenzjoni sal-gradazzjoni tal-kura, teħtieġ adattament għad-data dwar is-saħħa pubblika speċifika għal kull reġjun. |
Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(12) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).
(12) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).