<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑187/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0187</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:194">EU:C:2016:194</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻA C‑187/15</P><P>PÖPPERL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑187/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Joachim Pöpperl</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Land Nordrhein-Westfalen</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf, il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali li jħallu l-Istat Membru tagħhom sabiex jidħlu f’impjieg fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni li tipprovdi għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ benefiċċji tas-servizz pubbliku u għat-trasferiment għal skema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Meta uffiċjali jiddeċiedu li jitilqu mis-servizz pubbliku fil-Land Nordrhein-Westfalen (il-konvenut) qabel l-irtirar, ma jibqgħux iktar intitolati li jipparteċipaw fl-iskema speċjali tal-pensjoni tas-servizz pubbliku. Il-perijodi ta' assigurazzjoni tagħhom ikkompletati taħt dik l-iskema speċjali huma retrospettivament ittrasferiti għall-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali. Madankollu, trasferiment bħal dan jista' jirriżulta fi tnaqqis kunsiderevoli fl-ammont ta' pensjoni li eventwalment jirċievi l-uffiċjal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>J. Pöpperl (ir-rikorrent), preċedentement uffiċjal mal-konvenut, telaq mis-servizz pubbliku tal-Land Nordrhein-Westfalen sabiex jibda jaħdem fl-Awstrija. Id-domanda preliminari magħmula mill-qorti nazzjonali li qiegħda tisma' l-kawża tiegħu, il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf), essenzjalment tistaqsi jekk it-trasferiment obbligatorju għall-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali u t-tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent humiex kompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema ggarantit mill-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-UE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="2"?><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="045.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għal impjieg fl-amministrazzjoni pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</P></NOTE> fih <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Disposizzjonijiet speċjali għall-impjegati maċ-ċivil<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. L-Artikolu 60(2) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>[…] jekk il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru kompetenti tagħmel il-kisba, il-likwidazzjoni, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil suġġetta għall-kondizzjoni li l-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni magħmula taħt skema speċjali, jew aktar minn skema waħda, għall-impjegati maċ-ċivil f’dak l-Istat Membru, jew il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tqishom bħala ekwivalenti għal dawn il-perjodi, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat għandha tikkunsidra biss il-perjodi li jistgħu ikunu rikonoxxuti taħt il-leġislazzjoni applikata minnha.</ALINEA><ALINEA>Jekk, wara li jkunu ikkunsidrati l-perjodi magħmulin b’dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tkun tista’ tirċievi dawn il-benefiċċji, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-għoti ta’ benefiċċji taħt l-iskema ġenerali jew, jekk ma jkunx hemm skema ġenerali, l-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b’idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skont il-każ.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tolqot id-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent hija, fuq naħa waħda, il-Ktieb VI tal-Kodiċi Soċjali federali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ktieb VI SGB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sechstes Buch Sozialgesetzbuch (SGB VI) – Gesetzliche Rentenversicherung.</P></NOTE> u, fuq in-naħa l-oħra, żewġ miżuri tal-Land Nordrhein-Westfalen: il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku ta' Nordrhein-Westfalen (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>LBeamtVG NRW<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Beamtenversorgungsgesetz für das Land Nordrhein-Westfalen (Landesbeamtenversorgungsgesetz - LBeamtVG NRW).</P></NOTE> u l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku ta' Nordrhein-Westfalen (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>LBG NRW<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Beamtengesetz für das Land Nordrhein-Westfalen (Landesbeamtengesetz - LBG NRW).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-pensjoni tal-irtirar ta' uffiċjali tal-Land Nordrhein-Westfalen taqa’ taħt l-LBeamtVG NRW. Il-punt 4 ta' din il-liġi jipprovdi, fost affarijiet oħra, li l-pensjonijiet tal-irtirar għandhom jiġu kkalkolati abbażi ta' remunerazzjoni pensjonabbli u servizz pensjonabbli. Fl-istess waqt, jirriżulta minn punt 28(3) LBG NRW li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[w]ara li ma jibqax fl-impjieg, l-ex uffiċjal ma għandu jkollu ebda dritt għal benefiċċji mingħand il-persuna li timpjegah, sakemm ma huwiex previst xorta oħra mil-liġi [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fuq livell federali, il-punt 1 tal-Ktieb VI SGB jistabbilixxi l-qafas għall-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali. Filwaqt li l-punt 5 tal-Ktieb VI SGB jeżenta lill-uffiċjali mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali, il-punt 8 jagħmilhom suġġetti għaliha, jekk jitilqu mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>impjieg tagħhom mingħajr dritt għal jew stennija ta' pensjoni mill-impjieg jew jekk tilfu d-dritt tagħhom għal pensjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. L-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali topera billi testendi lura fuq il-perijodu li matulu l-persuna kkonċernata baqgħet eżentata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 107 (b) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet għal Uffiċjali Federali u Mħallfin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Gesetz über die Versorgung der Beamten und Richter des Bundes, Beamtenversorgungsgesetz.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>BeamtVG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jistabbilixxi regoli ġenerali dwar it-tqassim tal-ispejjeż relatati mal-benefiċċji tas-servizz pubbliku li għandhom jitħallsu minn persuna li timpjega rregolata taħt id-dritt pubbliku lil uffiċjal li, matul il-karriera tiegħu jew tagħha, ibiddel lill-persuna li timpjegah fis-settur pubbliku billi jitlaq minn Land sabiex imur f’ieħor jew billi jitlaq minn Land sabiex jaħdem għal xi ħadd ieħor fis-settur pubbliku federali jew vice versa. Dik id-dispożizzjoni u leġiżlazzjoni Ġermaniża relatata jipprovdu għal koordinazzjoni fir-rigward ta' pensjonijiet ta' uffiċjali li jbiddlu minn persuna li timpjega għal oħra fis-settur pubbliku fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-punt 107(b) BeamtVG ġie emendat wara l-konklużjoni tat-Trattat tal-Istat dwar it-tqassim tal-benefiċċji tas-servizz pubbliku fil-każ ta' bidliet federali u transkonfinali tal-persuna li timpjega mill-gvern federali u l-Länder rispettivi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>it-Trattat tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Staatsvertrag über die Verteilung von Versorgungslasten bei bund- und länderübergreifenden Dienstherrenwechseln, vom <DATE ISO="20091216">16. Dezember 2009</DATE> und <DATE ISO="20100126">26. Januar 2010</DATE> (BGBl. 2010 I S. 1290). It-Trattat tal-Istat tas-<DATE ISO="20091216">16 ta' Diċembru 2009</DATE> u tas-<DATE ISO="20100126">26 ta' Jannar 2010</DATE> dwar it-tqassim tal-benefiċċji tal-uffiċjali fil-każ ta' bidliet transkonfinali federali u tal-istat tal-persuna li timpjega. It-Trattat tal-Istat daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20110101">1 ta' Jannar 2011</DATE>.</P></NOTE>. It-Trattat tal-Istat segwa riforma kostituzzjonali adottata fl-2006 li, fost affarijiet oħra, ittrasferixxiet il-kompetenza dwar pensjonijiet ta' uffiċjali mill-gvern federali lil-Länder.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent kien impjegat bħala uffiċjal – għalliem – mill-konvenut bejn l-<DATE ISO="19780901">1 ta' Settembru 1978</DATE> u l-<DATE ISO="19990831">31 ta' Awwissu 1999</DATE>. Fil-<DATE ISO="19990831">31 ta' Awwissu 1999</DATE>, huwa rriżenja sabiex imur jaħdem bħala għalliem mal-Land Kärnten fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130425">25 ta' April 2013</DATE>, il-konvenut informa lir-rikorrent li minħabba d-deċiżjoni tiegħu fil-passat li jitlaq mis-servizz pubbliku, huwa ma kienx intitolat għal pensjoni taħt l-iskema ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku. Minflok, huwa kien ġie ttrasferit għal u kopert taħt l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali għall-perijodu sħiħ kemm dam impjegat mal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-pensjoni tar-rikorrent taħt l-iskema ta’ pensjoni statutorja ġenerali tammonta għal somma mensili ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">1050.67</FT>. Madankollu, li kieku r-rikorrent kien intitolat għall-iskema ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku minflok ma ġie ttrasferit għall-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni statutorja ġenerali għas-snin ta' servizz li kien ħadem għall-konvenut, huwa jkollu dritt għal pensjoni mensili li tammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">2263.03</FT> jew saħansitra EUR <FT TYPE="DECIMAL">2728.18</FT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Għal finijiet ta’ kompletezza, għandu jingħad li l-gvern Ġermaniż u l-konvenut jikkontestaw il-paragun li għamlet il-qorti tar-rinviju fir-rigward tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent skont l-iskema ta’ pensjoni għas-servizz pubbliku, fuq naħa, u skont l-iskema ta’ pensjoni statutorja ġenerali, min-naħa l-oħra. Huma jargumentaw li ż-żewġ kategoriji ta' drittijiet għal pensjoni huma differenti fin-natura u li drittijiet speċifiċi għal pensjoni jistgħu jiġu ddeterminati biss meta l-persuna kkonċernata effettivament tirtira, fid-dawl tas-sitwazzjoni legali eżistenti f’dak iż-żmien partikolari. Jien ma naqbilx għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, fir-rigward ta' kemm huwa xieraq paragun bħal dan, kostrett nirreferi għall-analiżi li għamlet il-qorti tar-rinviju. It-tieni nett, il-klassifikazzjoni tal-benefiċċji tas-servizz pubbliku skont il-liġi Ġermaniża ma tistax taffettwa l-evalwazzjoni awtonoma tad-dritt tal-Unjoni ta' dik l-iskema, li tiffoka, min-natura tagħha stess, fuq operazzjoni fattwali ta' skema nazzjonali, u mhux fuq il-kategorija dommatika speċifika li tista’ titpoġġa fiha mil-ligi nazzjonali. Minn dan il-lat, jidher li ma hemm xejn dubjuż mal-paragun li għamlet il-qorti tar-rinviju. Fir-rigward tal-operazzjoni sħiħa tagħha, l-iskema speċjali ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku ċertament li tista' titqies bħala sistema speċifika ta' pensjoni għall-uffiċjali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Minħabba l-istat tiegħu bħala uffiċjal, ir-rikorrent ma kellux il-possibbiltà li jidħol f’sistema ta' assigurazzjoni għall-pensjoni addizzjonali u ma setax japplika għaliha retrospettivament. Huwa pprova jagħmel dan imma l-konvenut irrifjuta t-talba tiegħu b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090210">10 ta' Frar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ma qabilx mat-trasferiment mill-iskema ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku għall-iskema ta’ pensjoni statutorja ġenerali li ssemma iktar ’il fuq u kkontestah quddiem il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf). Id-deċiżjoni tar-rinviju ma tispjegax fid-dettall l-argumenti tar-rikorrent fil-kawża prinċipali. Madankollu, mit-test tad-deċiżjoni jista' jiġi konkluż li huwa jikkunsidra li dak it-trasferiment huwa inkompatibbli mal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tirreferi d-domandi li ġejjin għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema persuna impjegata bħala uffiċjal fi Stat Membru titlef id-drittijiet tagħha għall-pensjoni tal-irtirar (pensjonijiet tal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-uffiċjali) li jirriżultaw minn impjieg bħala uffiċjal għaliex, sabiex tibda impjieg fi Stat Membru ieħor, din il-persuna ġiet irrilaxxata mis-servizz pubbliku fuq talba tagħha, meta fl-istess waqt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li din il-persuna hija assigurata b’mod retroattiv fl-iskema statutorja ta’ pensonijiet abbażi tas-salarju gross irċivut bħala uffiċjal, għalkemm id-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw huma inqas mid-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar mitlufa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv għall-uffiċjali kollha jew għal x’uħud minnhom, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, l-awtorità tal-ħatra preċedenti tal-uffiċjal inkwistjoni għandha tħallas lill-imsemmi uffiċjal l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar abbażi tal-perijodu ta’ servizz li jagħti dritt għall-pensjoni fil-pożizzjoni preċedenti tas-servizz pubbliku, imnaqqas bl-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw mill-assigurazzjoni retroattiva, jew tikkumpensah finanzjarjament b’xi mod ieħor għat-telf tal-pensjoni tal-irtirar, għalkemm taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jingħataw biss il-benefiċċji tal-uffiċjali previsti minn din il-leġiżlazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-gvern Ġermaniż, mill-konvenut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150810">10 ta' Awwissu 2015</DATE>, il-konvenut qabel għal kollox mal-pożizzjoni espressa mill-gvern federali Ġermaniż mingħajr ma ppreżenta sottomissjonijiet bil-miktub separati.</P></NOTE> u mill-Kummissjoni. Dawk li ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub, kif ukoll ir-rikorrent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ir-rikorrent ippreżenta sottomissjonijiet bil-miktub iżda għamel dan wara t-tmiem tal-fażi bil-miktub tal-kawża.</P></NOTE>, ippreżentaw sottomissjonijiet orali f’seduta li nżammet fl-<DATE ISO="20160114">14 ta' Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf) essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 45 TFUE għandux jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li retrospettivament tbiddel, għall-iżvantaġġ tal-benefiċjarju, is-sistema tal-pensjoni li tapplika għal uffiċjal li rriżenja sabiex jassumi impjieg ġdid fi Stat Membru differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxix diskriminazzjoni jew restrizzjoni (jew it-tnejn li huma) li hija inkompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema (taqsima 2), l-ewwel nett ser niddetermina liema dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE huma rilevanti għal din l-evalwazzjoni (taqsima 1).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-liġi applikabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent u l-konvenut kif ukoll il-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 45 TFUE japplika għall-fatti ta' din il-kawża. Tabilħaqq ma hemm l-ebda dubju li r-rikorrent huwa ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marhold</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:164">EU:C:2005:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni tiegħu ma taqax taħt l-eċċezzjoni tas-servizz pubbliku stabbilita fl-Artikolu 45(4) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-ewwel nett, dik l-eċċezzjoni tikkonċerna <HT TYPE="ITALIC">aċċess</HT> għall-impjieg li ma huwiex inkwistjoni fil-kawża preżenti. It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li għalliem ma huwiex kopert minn din l-eċċezzjoni. Ara d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marhold</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:164">EU:C:2005:164</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-applikabbiltà tal-Artikolu 45 TFUE għall-kawża preżenti ma tqajjem l-ebda kwistjoni. Għall-kuntrarju, ir-rilevanza tar-Regolament Nru 883/2004 hija kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-gvern Ġermaniż u l-konvenut jibbażaw fuq ir-Regolament Nru 883/2004, u speċifikament fuq l-Artikolu 60(2), sabiex isostnu l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mal-Artikolu 45 TFUE. Ir-rikorrent ukoll jirreferi għar-Regolament Nru 883/2004, iżda għal skop differenti: huwa jenfasizza l-importanza marbuta b’dan ir-regolament mal-protezzjoni tad-drittijiet miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Huwa ċar li llum, id-drittijiet għas-sigurtà soċjali tal-uffiċjali huma suġġetti għal regoli ta’ koordinazzjoni stabbiliti bir-Regolament Nru 883/2004. Inizjalment, skemi speċjali applikabbli għal uffiċjali ġew esklużi mill-koordinazzjoni intra-UE skont ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta' Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35). Skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-regolament, ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>għandux japplika […] għal skemi speċjali għall-impjegati fis-servizz ċivili u persuni trattati ta’ hekk.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NOTE>, il-predeċessur tar-Regolament Nru 883/2004. B’reazzjoni għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Vougioukas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑443/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:394">UE:C:1995:394</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dik l-eċċezzjoni ġiet eliminata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1606/98<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta' Ġunju 1998</DATE>, li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-skemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jniżżel il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jiġu estiżi sabiex ikopru skemi speċjali għal persuni fis-servizz ċivili (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p 308).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja li ġeneralment japplika għad-drittijiet għall-pensjoni tal-uffiċjali, ir-Regolament Nru 883/2004 ma japplikax għas-sitwazzjoni tar-rikorrent fuq il-fatti tal-kawża preżenti. Kif ġustament tirrileva l-Kummissjoni, ma huwiex l-għan tar-rikorrent li jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni minn Stat Membru għal ieħor. Pjuttost, jixtieq li d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu li akkwista fil-Ġermanja taħt l-iskema ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku jinżammu minkejja l-fatt li huwa ddeċieda li jmur jaħdem l-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni fattwali fil-kawża prinċipali ma tinvolvix xi koordinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004. B’hekk, dak ir-Regolament ma japplikax fil-kawża preżenti. Għalhekk, l-analiżi tiegħi li ssegwi f’dawn il-konklużjonijiet ser issir biss fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni fil-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Qorti rrikkonoxxiet li l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jorganizzaw l-iskemi ta' sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, hija stqarret ripetutament ukoll li meta jeżerċitaw din is-setgħa, għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-iktar reċenti, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kummissjoni vs Ċipru</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑515/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:30">EU:C:2016:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">UE:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Dawk id-dispożizzjonijiet, li jinkludu l-Artikolu 45 TFUE, huma maħsuba li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-UE, l-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali fit-territorju sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Dawn jipprekludu miżuri li jistgħu jpoġġu ċittadini ta’ Stati Membri fi żvantaġġ jekk ikunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kummissjoni vs Ċipru</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑515/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:30">EU:C:2016:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:63">EU:C:2015:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’mod intuwittiv, jidher pjuttost ċar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tpoġġi lir-rikorrent f’ċertu żvantaġġ, minħabba d-deċiżjoni tiegħu li jmur jaħdem l-Awstrija. Kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, dak l-iżvantaġġ partikolari jirriżulta fit-telf ta' iktar min-nofs l-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, tibqa' d-domanda, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tammonta għal liema tip ta' żvantaġġ? Barra minn hekk, tista' tiġi ġġustifikata? Sabiex nirrispondi din id-domanda, ser nevalwa jekk dik il-leġiżlazzjoni hijiex diskriminatorja (taqsima a)); jew jekk tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema (taqsima b)) u jekk iva, jekk din id-diskriminazzjoni jew restrizzjoni tistax tkun iġġustifikata (taqsima ċ)).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Eżistenza ta' diskriminazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tapplika għall-uffiċjali mingħajr distinzjoni abbażi ta’ nazzjonalità. Għaldaqstant huwa pjuttost ċar li din ma tammontax għal diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">diretta</HT>: il-bażi pprojbita għal differenzjazzjoni (nazzjonalità) ma hijiex il-bażi għal differenzjazzjoni fil-kawża preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kummissjoni vs Franza</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>167/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:35">EU:C:1974:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Marsman</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>44/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:120">EU:C:1972:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 45 TFUE ma jipprojbixxix biss diskriminazzjoni diretta bbażata fuq nazzjonalità, iżda wkoll diskriminazzjoni indiretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Graf</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:49">EU:C:2000:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tikklassifika bħala diskriminazzjoni indiretta leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika irrispettivament min-nazzjonalità, iżda, fl-istess ħin hija <HT TYPE="ITALIC">intrinsikament</HT> suxxettibbli li taffettwa lil ħaddiema migranti <HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> minn ħaddiema nazzjonali tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu qiegħda tiġi kkontestata u jekk ikun hemm riskju li ser tkun ta’ żvantaġġ partikolari għal dak tal-ewwel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Larcher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2458">EU:C:2014:2458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Erny</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:399">EU:C:2012:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O’Flynn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑237/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:206">EU:C:1996:206</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet ukoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[s]abiex miżura tkun tista' tiġi kkwalifikata bħala indirettament diskriminatorja, ma huwiex neċessarju li hija jkollha bħala l-effett li tiffavorixxi ċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li tisfavorixxi biss liċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra bl-esklużjoni taċ-ċittadini nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Erny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:399">EU:C:2012:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Barra minn hekk, ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit li d-dispożizzjoni inkwistjoni fil-fatt taffettwa proporzjon sostanzjalment ikbar ta' ħaddiema migranti. Huwa suffiċjenti li hija tista’ tipproduċi effett bħal dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Larcher</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2458">EU:C:2014:2458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni twassal għal diskriminazzjoni indiretta peress illi hija intrinsikament tista’ taffettwa iktar lil ħaddiema migranti u tisfavorixxihom meta mqabblin ma' ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma jispjegaw il-gvern Ġermaniż u l-konvenut, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma hijiex marbuta mat-tluq tal-uffiċjal lejn Stat Membru ieħor. Għalhekk, l-applikazzjoni tagħha ma hijiex ikkawżata mill-fatt li uffiċjal jemigra lejn Stat Membru ieħor. Hija kkawżata mit-tluq tiegħu jew tagħha mis-servizz pubbliku tal-konvenut. B’hekk, skont il-gvern Ġermaniż u l-konvenut, ħaddiema li jħallu s-servizz pubbliku sabiex isibu impjieg fil-Ġermanja ma' persuni li jimpjegaw privati, jinsabu eżattament fl-istess sitwazzjoni bħal dawk li jitilqu sabiex imorru pajjiż ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni mressqa mill-Gvern Ġermaniż u mill-konvenut ma hijiex illoġika. Tabilħaqq, ma hemm xejn fit-tħaddim tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni li jagħmilha <HT TYPE="ITALIC">intrinsikament</HT> suxxettibbli li taffettwa ħaddiema migranti <HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> milli taffettwa ħaddiema nazzjonali billi tqiegħed lil tal-ewwel fi żvantaġġ <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT>, jekk wieħed jaċċetta li l-fatt li jikkawża din il-konsegwenza huwa t-tluq mis-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Nixtieq nenfasizza t-tliet kelmiet kollha tad-definizzjoni ta' diskriminazzjoni indiretta kif stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja: <HT TYPE="ITALIC">intrinsikament, iktar</HT>, u <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT>. Dawn jirriflettu l-qofol tal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni indiretta: fuq bażi donnha newtrali ta' differenzjazzjoni, il-leġiżlazzjoni jew is-sistema inkwistjoni aktarx ser taffettwa iktar lill-grupp protett (f’dan il-każ, il-ħaddiema migranti) milli taffettwa lill-grupp ġenerali (f’dan il-każ, dawk li jibqgħu fil-Ġermanja iżda li jħallu s-servizz pubbliku). F’każijiet li jinvolvu diskriminazzjoni indiretta, tali evalwazzjoni nominali (<HT TYPE="ITALIC">intrinsikament</HT>) tista' mbagħad tiġi ssupplimentata b’argumenti statistiċi: jiġu affettwati <HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> membri tal-grupp protett u/jew hemm żvantaġġ <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ebda wieħed minn dawk ir-rekwiżiti ma jidher issodisfatt mill-fatti ta’ din il-kawża. Nominalment, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni taffettwa lil ħaddiema migranti u ħaddiema li ma humiex migranti bl-istess mod: it-tnejn jitilfu l-benefiċċji għall-pensjoni tas-servizz pubbliku jekk jitilqu mis-servizz pubbliku tal-konvenut. Barra minn hekk, ma ġiex stabbilit li, f’termini purament kwantitattivi, ħaddiema migranti jkunu iktar affettwati mir-regola milli jkunu affettwati dawk li jibqgħu fil-Ġermanja iżda li jitilqu mis-servizz pubbliku. Fil-fatt, anki suppożizzjoni kuntrarja tista' tittieħed: in-numru ta' persuni li qegħdin jitilfu d-drittijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni tas-servizz pubbliku minħabba li marru jaħdmu mas-settur privat fil-Ġermanja jista' jkun saħansitra iktar għoli min-numru ta’ persuni li qegħdin jitilfu dawn id-drittijiet minħabba li mxew lejn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk, ma nikkunsidrax li, nominalment, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija <HT TYPE="ITALIC">intrinsikament</HT> suxxettibbli li taffettwa ħaddiema migranti <HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> milli taffettwa ħaddiema nazzjonali. Għal din ir-raġuni, jien tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tiddiskriminax indirettament bejn ħaddiema migranti u ħaddiema li ma humiex migranti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Eżistenza ta' restrizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-portata tal-Artikolu 45 TFUE hija madankollu mhux limitata għal diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi ta’ nazzjonalità. Ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Pereżempju sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Las</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑202/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:239">EU:C:2013:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Casteels</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:131">EU:C:2011:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Bosmann</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:463">EU:C:1995:463</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> tal-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi li l-Artikolu 45 TFUE jiġbor fih ukoll regoli nazzjonali li japplikaw irrispettivament min-nazzjonalità tal-ħaddiema involuti, iżda li huma kapaċi li jtellfu jew irendu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-moviment liberu tagħhom billi jipprekludu jew jiskoraġġixxu ċittadin nazzjonali ta' Stat Membru milli jħalli l-pajjiż ta’ oriġini tiegħu. Dan jikkonċerna wkoll miżuri nazzjonali li japplikaw indistintament għal sitwazzjonijiet nazzjonali u transkonfinali iżda li jaffettwaw direttament l-aċċess għas-swieq tax-xogħol fi Stati Membri oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Bosmann</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:463">EU:C:1995:463</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher ċar li, barra mill-kategoriji ta' diskriminazzjoni diretta u indiretta, hemm kategorija ta' restrizzjoni. Sabiex miżura nazzjonali taqa' f’dik il-kategorija, huwa biżżejjed li tkun suxxettibbli li <HT TYPE="ITALIC">ttellef</HT> jew li <HT TYPE="ITALIC">trendi inqas attraenti</HT> l-eżerċizzju tal-libertà inkwistjoni. B’din il-loġika, it-tqabbil bejn il-gruppi ta' referenza (li hija l-għodda analitika ewlenija għaż-żewġ tipi ta' diskriminazzjoni) huwa fil-biċċa l-kbira mrażżan. Minflok, għall-kategorija ta' restrizzjoni l-iffokar huwa biss fuq il-grupp protett, jiġifieri, il-ħaddiema migranti, u l-effetti li l-miżura kkontestata għandha fuq il-possibbiltà li jeżerċitaw moviment liberu skont it-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Reċentement, il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat leġiżlazzjoni Ċiprijotta li ċaħdet uffiċjali taħt il-45 sena mid-drittijiet tagħhom għall-pensjoni meta rriżenjaw mis-servizz pubbliku Ċiprijott sabiex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor. Il-Qorti kklassifikat din iċ-ċaħda bħala deterrent għall-uffiċjali li qed ifittxu li jitilqu l-impjieg tagħhom fis-servizz pubbliku Ċiprijott. Hija kkonkludiet li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema għaliex taffettwa direttament l-aċċess ta' uffiċjali Ċiprijotti għas-swieq tal-impjieg fi Stati Membri oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Ċipru</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑515/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:30">EU:C:2016:30</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-istess analiżi għandha tiġi applikata wkoll f’din il-kawża. Għalliem li huwa uffiċjal impjegat mill-konvenut u li jkun irid jaħdem fi Stat Membru ieħor ikollu jirrinunzja l-istat tiegħu bħala uffiċjal u l-benefiċċji assoċjati ma' dan. Naqbel mal-Kummissjoni li dan x’iktarx ser ifixkel, jew ċertament irendi inqas attraenti, l-eżerċitar tad-dritt tal-moviment liberu u li jiskoraġġixxi tali individwu milli jitlaq mill-impjieg mal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, naħseb li l-effetti deterrenti tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma humiex daqstant indiretti jew inċerti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marhold</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:164">EU:C:2005:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Graf</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:49">EU:C:2000:49</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, hemm grad suffiċjenti ta’ approssimazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni u l-impatt tagħha fuq ħaddiema migranti. Bħalma ġie sostnut iktar ’il fuq fit-taqsima ta’ qabel din, jien naqbel mal-Ġermanja u l-konvenut li l-kawża <HT TYPE="ITALIC">immedjata</HT>, jew il-fatt li wassal, għat-tnaqqis fl-ammonti ta' benefiċċju għall-pensjoni tar-rikorrent kien il-fatt li telaq mis-servizz pubbliku tal-konvenut. Madankollu, sabiex ikun jista' jaħdem fl-Awstrija, ma kellu ebda għażla ħlief li jitlaq mis-servizz pubbliku. Għalhekk, il-konsegwenza li jitlef parti sostanzjali mid-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienet pjuttost <HT TYPE="ITALIC">diretta</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ċerta</HT> u b’mod ċar kienet konnessa mal-eżerċizzju tal-moviment liberu tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’hekk, b’analoġija għall-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il-Kummissjoni vs Ċipru, jien tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni f’din il-kawża tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema. Din tiskoraġġixxi uffiċjali impjegati mill-konvenut milli jitilqu l-impjieg tagħhom sabiex jaċċessaw is-swieqi tax-xogħol ta' Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Ġustifikazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Miżura nazzjonali li tikkorrispondi għal restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema ma hijiex permessa skont l-Artikolu 45 TFUE sakemm ma twettaqx waħda mill-għanijiet leġittimi mniżżlin fit-Trattat jew sakemm ma hijiex iġġustifikata minn raġunijiet superjuri ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' miżura bħal din għandha tkun proporzjonata għall-għan leġittimu mfittex. B’mod ġenerali, il-proporzjonalità hija l-eżami tal-bilanċ bejn l-għan(ijiet) iddikjarati u l-mezz(i) magħżulin. Sabiex ikunu konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-miżuri adottati għandhom ikunu <HT TYPE="ITALIC">xierqa</HT> sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi; ma għandhomx jeċċedu dak li huwa <HT TYPE="ITALIC">neċessarju</HT> sabiex jintlaħqu (fejn hemm diversi alternattivi regolatorji, rimedju għandu jkun l-inqas wieħed oneruż); u l-iżvantaġġi kkaġunati ma għandhomx ikunu sproporzjonati għall-għanijiet imfittxija (<HT TYPE="ITALIC">bilanċ intern</HT>, jew proporzjonalità <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Léger</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑528/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:288">EU:C:2015:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kummissjoni</HT> vs <HT TYPE="ITALIC">Ċipru</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑515/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:30">EU:C:2016:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Casteels</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:131">EU:C:2011:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża C‑134/15, <HT TYPE="ITALIC">Lidl</HT> (punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-konvenut u l-gvern Ġermaniż isostnu li l-leġiżlazzjoni hija ġustifikata mill-għan leġittimu ta' li jiġi żgurat il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>funzjonament xieraq tas-servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li waqt is-seduta, il-konvenut ikkonferma li dan l-għan qed jipprova jintlaħaq <HT TYPE="ITALIC">fil-livell tal-Nordrhein-Westfalen</HT> (minflok fil-livell federali). Għalhekk ser jiġi kkunsidrat minn dik il-perspettiva. L-ikkundizzjonar tal-konċessjoni tal-iskema tal-benefiċċji tas-servizz pubbliku fuq l-uffiċjal li jibqa' jaħdem għall-konvenut sakemm jirtira għandu l-għan li jinkoraġġixxi ħaddiema kkwalifikati sabiex jibqgħu fis-servizz pubbliku ta' dak il-Land.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jien naċċetta li għan bħal dan għandu mnejn jikkostitwixxi raġuni superjuri ta’ interess pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, b’analoġija, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Marhold</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:164">EU:C:2005:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Köbler</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.). F’dawn il-kawżi, il-gvern Ġermaniż u Awstrijak rispettivament sostnew li l-miżuri nazzjonali inkwistjoni kienu ġġustifikati għaliex ippremjaw il-lealtà tal-uffiċjali, <HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> professuri fl-università.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-ewwel pass tal-analiżi tal-proporzjonalità jikkonsisti f’evalwazzjoni jekk il-mezzi magħżulin, jiġifieri, it-tnaqqis effettiv tad-drittijiet għall-pensjoni ta' ħaddiema li jitilqu mis-servizz pubbliku tal-Land qabel ma jirtiraw, humiex <HT TYPE="ITALIC">xierqa</HT> sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat, li huwa sabiex ħaddiema kkwalifikati jinżammu fis-servizz pubbliku tal-Land Nordrhein-Westfalen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Jien ma naħsibx li dan huwa l-każ għal raġuni sempliċi: filwaqt li tistqarr li l-għan ta' din il-leġiżlazzjoni inkwistjoni huwa li jżomm lill-uffiċjali kkwalifikati impjegati mal-Land Nordrhein-Westfalen, l-istess leġiżlazzjoni tippermetti li l-uffiċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>jitilqu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mil-Land sabiex jaħdmu ma' Länder Ġermaniżi oħra jew mal-gvern federali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Kif ġie spjegat fis-seduta mill-konvenut, uffiċjali li jitilqu mil-Land Nordrhein-Westfalen sabiex jaħdmu ma' persuni oħrajn fis-settur pubbliku f’Land differenti jew fil-livell federali, fil-prinċipju, jibqgħu intitolati għall-iskema ta’ benefiċċji tas-servizz pubbliku, suġġetti għar-regoli stabbiliti mill-persuna li issa qiegħda timpjegahom fis-settur pubbliku. Dan huwa għaliex hemm mekkaniżmi ta' koordinazzjoni li jeżistu bejn il-konvenut u persuni oħrajn li jimpjegaw fis-settur pubbliku fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-konvenut spjega waqt is-seduta li koordinazzjoni bħal din bejn dawk il-persuni li jimpjegaw fis-settur pubbliku fir-rigward ta' pensjonijiet ta' uffiċjali li jiċċaqilqu <HT TYPE="ITALIC">fi ħdan</HT> il-Ġermanja kienet prevista fil-leġiżlazzjoni applikabbli fiż-żmien rilevanti, jiġifieri, meta r-rikorrent irriżenja mis-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara r-riforma kostituzzjonali tal-2006 fil-Ġermanja, il-kompetenza fuq il-pensjonijiet tas-servizz pubbliku ġiet ittrasferita mill-Gvern federali għall-Länder. Din il-bidla kienet segwita mill-konklużjoni tat-Trattat tal-Istat, li fil-preambolu tiegħu jenfasizza, fi kliem pjuttost espliċitu, l-importanza ta' mobilità intra-Ġermaniża ta’ uffiċjali u l-ħtieġa konsegwenti ta' koordinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dawn l-elementi, ma naħsibx li s-sostituzzjoni tal-iskema ta' benefiċċji tal-uffiċjali mal-iskema ta' pensjoni statutorja ġenerali hija <HT TYPE="ITALIC">xierqa</HT> sabiex jintlaħaq l-għan li jiżgura l-funzjonament xieraq tas-servizz pubbliku tal-konvenut. Ma jistax jiġi sostnut li għan bħal dan qed jintlaħaq ġenwinament fil-livell tal-Land Nordrhein‑Westfalen jekk, fl-istess waqt, il-leġiżlazzjoni applikabbli tippermetti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tluq<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> lejn servizz pubbliku ieħor ta' Länder u dak federali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ kompletezza, jista’ jingħad ukoll li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju u li ma tipprovdix għal bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-partijiet differenti involuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-element ta' <HT TYPE="ITALIC">neċessità</HT>, huwa ċar li l-għan iddikjarat jista' jintlaħaq b’mezzi inqas restrittivi. Pereżempju, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju stqarret li tliet Länder — Land Baden-Württemberg, Land Hessen u Land Niedersachsen — joffru lil uffiċjali li ġew rilaxxati mis-servizz pubbliku l-possibbiltà li jżommu l-benefiċċji tagħhom li jikkorrispondu mas-snin li wettqu fis-servizz pubbliku. Ma hemm l-ebda raġuni sabiex nassumi li dawk il-Länder ma jipprovawx ukoll jilħqu l-għan tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>funzjonament xieraq tas-servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Madankollu, dak li huwa sinjifikattiv huwa l-fatt li jagħmlu dan permezz ta' mezzi inqas onerużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Finalment, nikkunsidra li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tistabbilixxix <HT TYPE="ITALIC">bilanċ raġonevoli</HT> bejn l-interessi pubbliċi u privati involuti. Ir-rikorrent ħadem għall-konvenut għal iktar minn 20 sena. Dan huwa perijodu sostanzjali fil-karriera ta' persuna. Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, id-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent li jirriżultaw huma inqas minn nofs dak li kieku jkunu jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma kinitx telimina d-drittijiet tiegħu għall-iskema ta' benefiċċji tas-servizz pubbliku mat-tluq tiegħu lejn l-Awstrija. Din il-konsegwenza tolqotni bħala partikolarment ħarxa mill-perspettiva tar-rikorrent minn naħa, filwaqt li hija partikolarment ta' benefiċċju għall-konvenut min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi l-ewwel domanda preliminari fis-sens li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li twassal għal tnaqqis sostanzjali fid-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem, bħal fil-każ tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, permezz tad-deċiżjoni tiegħu li jmur jaħdem fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi liema azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk jiġi stabbilit li l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi l-leġiżlazzjoni inkwistjoni. Hija tistaqsi dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw jekk potenzjalment tinstab inkompatibbiltà u l-mod kif sentenza bħal din mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi implementata fuq livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Tradizzjonalment, kwistjonijiet bħal dawn jitħallew għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont il-prinċipju ta' awtonomija proċedurali nazzjonali, kif ukoll peress li jinvolvu l-interpretazzjoni jew l-ifformular mill-ġdid potenzjali ta' liġijiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Pereżempju, fil-kuntest tal-proċedura tad-deċiżjonijiet preliminari, l-Avukat Ġenerali Lenz diġà stqarr fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">Wagner Miret</HT> li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-Qorti tal-Ġustizzja la għandha l-inkarigu li tinterpreta u lanqas il-kompetenza sabiex tinterpreta dispożizzjonijiet legali tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑334/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:322">EU:C:1993:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, sabiex nipprovdi lill-qorti tar-rinviju b’risposta utli għal domanda li għamlet b’mod espliċitu, tal-inqas ser nindirizza din il-kwistjoni billi niddeskrivi l-gwida rilevanti li tista' tiġi inferita minn ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-proponiment ta’ risposta għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju, l-analiżi tiegħi ser tkun fuq żewġ livelli: strutturali u individwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Livell strutturali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-UE għandha tiġi interpretata f’konformità magħha. Jekk dak jirriżulta impossibbli, ma għandhiex tibqa’ tiġi applikata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Taricco et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:293">EU:C:2015:293</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minkejja dan, ma hemmx ordni ta' preċedenza stretta bejn it-tnejn: l-ordni tagħhom ser tiddependi mill-każ individwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Minn naħa waħda, ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Pflücke</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑125/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:477">EU:C:2003:477</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Santex</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑327/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:109">EU:C:2003:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> to 65); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Murphy et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>157/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:62">EU:C:1988:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li juru preferenza għal interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE. Min-naħa l-oħra, ara pereżempju s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">Adeneler et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li tistqarr li l-obbligu ta' interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE ġiet imposta b'mod partikolari fejn dispożizzjoni ta’ direttiva ma għandhiex effett dirett, jiġifieri, timplika li fil-fatt li interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE tapplika biss meta effett dirett huwa impossibbli.</P></NOTE>. B’mod ġenerali, madankollu, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE tista' tkun iktar rakkomandabbli peress li timminimizza l-impatt fuq is-sistema legali nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’mod ġenerali, S. Prechal, <HT TYPE="ITALIC">Directives in EC Law</HT>, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, 2005, p. 314 u 315.</P></NOTE>, bla ħsara għall-fatt li xorta tkun tista’ tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-UE permezz tal-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Anki jekk <HT TYPE="ITALIC">interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE</HT> tista’ tkun l-approċċ ippreferut, din għandha l-limiti ċari tagħha. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE ma tistax isservi bħala l-bażi għal interpretazzjoni ta' liġi nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Reċentement <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Klausner Holz Niedersachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑505/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:742">EU:C:2015:742</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Naqbel mar-rikorrent li jidher li ntlaħaq dan il-limitu f’din il-kawża. Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, u bħalma ġie spjegat iktar waqt is-seduta, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissodisfaw talbiet għal pensjoni biss fuq il-bażi u fil-limiti li kjarament tipprovdi l-liġi, bħalma huwa rikjest mill-prinċipju ta' legalità. F’dawk iċ-ċirkustanzi, is-suġġeriment tal-Kummissjoni sabiex taqra dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>sakemm ma huwiex previst xorta oħra mil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fil-punt 28(3) LBG NRW, bħala li tirreferi għad-dritt tal-UE, u sabiex tinterpreta talbiet għall-pensjoni fuq il-bażi ta’ dik l-interpretazzjoni, donnu huwa wisq eżaġerat. Madankollu, huwa f’idejn il-qorti nazzjonali sabiex taċċerta jekk tali qari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jwassalx għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa, meta l-interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-UE tirriżulta impossibbli, il-qorti nazzjonali xorta għandha l-obbligu li tagħti d-dritt tal-UE l-effett sħiħ tiegħu, jekk ikun hemm bżonn, billi <HT TYPE="ITALIC">twaqqaf milli tapplika</HT> dispożizzjonijiet inkompatibbli tal-liġi nazzjonali, mingħajr it-tħassir preċedenti ta' dawk id-dispożizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Reċentement inter alia s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża, x’iktarx li dan il-metodu ta’ evitar ta’ inkompatibbiltà mad-dritt tal-UE ser jippreżenta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi problemi prattiċi simili. Korpi ta' sigurtà soċjali ma jistgħux joperaw f’din il-lakuna legali li tidher li se jkun ir-riżultat jekk il-liġi nazzjonali f’din il-kawża sempliċiment tiġi applikata b’mod żbaljat. Għal darba oħra, jekk it-twaqqif tal-applikazzjoni ta' punt 28(3) LBG NRW toħloqx tali lakuna legali jew jekk tistax tiġi kkumpensata minn dispożizzjoni oħra ta' liġi nazzjonali, hija f’idejn il-qorti nazzjonali sabiex tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar ’il fuq, huwa ġust li wieħed jammetti li soluzzjoni strutturali li ġġib lill-liġi nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 45 TFUE x’iktarx ser ikollha tkun waħda leġiżlattiva, kif ġie enfasizzat kemm mir-rikorrent kif ukoll mill-konvenut waqt is-seduta. Fil-qasam tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, il-prattika ta' korpi amministrattivi jew ġudizzjarji li jinterpretaw ir-regoli<?PAGE NO="12"?> applikabbli b’mod wiesa’, jew li jwarrbu fil-ġenb dawk ir-regoli, fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, tista' ċertament tikkostitwixxi rimedju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>emerġenza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> f’każ individwali li jikkumpensa għan-nuqqas ta' soluzzjoni sistematika. Fuq medda twila ta' żmien, madankollu, x’iktarx li ma hijiex se tissodisfa l-ħtiġijiet tal-prevedibbiltà tal-liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’kawżi ta' ksur fir-rigward tal-implementazzjoni ta' direttivi forsi jistgħu jista’ jsir riferiment għalihom b’analoġija f’dan ir-rigward. Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:67">EU:C:2014:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u l-legalità ta' azzjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Livell individwali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għal darba oħra hija ġurisprudenza stabbilita li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiżguraw protezzjoni legali li persuni jisiltu mill-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE, bħall-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Factortame <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:257">EU:C:1990:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) jew il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Terhoeve</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/95</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:177">EU:C:1998:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li fejn dispożizzjoni ta' liġi nazzjonali hija kklassifikata bħala restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>il-membri tal-grupp li jitqiegħdu fi żvantaġġ għandhom jiġu trattati bl-istess mod u jkunu suġġetti għall-istess arranġamenti bħall-persuni oħra kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Terhoeve</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ninnota d-diffikultà li tista’ teżisti f’din il-kawża fejn tidħol il-kalkolazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-pensjoni li r-rikorrent għandu jkun intitolat għalih. Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jidher li huwa possibbli li titwettaq evalwazzjoni bħal din fir-rigward tar-rikorrent minkejja t-tluq tiegħu mill-impjieg mal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jien tal-opinjoni li r-rikorrent għandu jkollu dritt li jitlaq mis-servizz pubbliku tal-konvenut sabiex jaħdem fi Stat Membru ieħor mingħajr ma d-drittijiet għall-pensjoni jonqsulu iktar minn dawk ta' ħaddiema li, f’ċirkustanzi paragunabbli, jitilqu mis-servizz pubbliku tal-konvenut iżda li jibqgħu jaħdmu bħala uffiċjali xi mkien ieħor fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Huwa f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jaċċertaw liema huma dawn id-drittijiet paragunabbli u sabiex ifittxu, fil-limiti tal-liġi nazzjonali, għall-mezzi li jagħtuhom is-setgħa sabiex jagħtuhom lir-rikorrent għall-perijodu li matulu ħadem mal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet diskussi iktar ’il fuq, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni domanda preliminari fis-sens li hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jidentifikaw, bl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom stess u bbażati fuq l-awtonomija proċedurali li jgawdu l-Istati Membri, il-mezzi li jikkonferixxulhom l-awtorità sabiex jagħtu lir-rikorrent fil-kawża prinċipali drittijiet għall-pensjoni paragunabbli ma' dawk li kieku kien jirċievi għall-perijodu li matulu ħadem mal-konvenut li kieku ddeċieda li jaħdem ma’ xi ħadd ieħor fis-settur pubbliku fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Finalment, bħala <HT TYPE="ITALIC">post scriptum</HT>, għandu jiġi enfasizzat li l-analiżi li saret f’din il-konklużjoni tikkonċerna biss id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>dritt ta’ ħaddiem li jitlaq<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> mis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru, previst mill-Artikolu 45 TFUE. Kif għidt iktar ’il fuq, ir-Regolament Nru 883/2004 ma huwiex applikabbli f’din il-kawża. Għalhekk, il-konklużjonijiet mogħtija f’din il-konklużjoni ma jaffettwaw bl-ebda mod id-drittijiet individwali jew l-obbligi tal-Istati Membri skont dak ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi d-domandi preliminari magħmula lilha mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (qorti amministrattiva, Düsseldorf) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li twassal għal tnaqqis sostanzjali fid-drittijiet għall-pensjoni ta' ħaddiem, bħal fil-każ tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, permezz tad- deċiżjoni tiegħu li jmur jaħdem fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jidentifikaw, bl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom stess u bbażati fuq l-awtonomija proċedurali li jgawdu l-Istati Membri, il-mezzi li jikkonferixxulhom l-awtorità sabiex jagħtu lir-rikorrent fil-kawża prinċipali drittijiet għall-pensjoni paragunabbli ma’ dawk li kieku kien jirċievi għall-perijodu li matulu ħadem mal-konvenut li kieku ddeċieda li jaħdem ma’ xi ħadd ieħor fis-settur pubbliku fil-Ġermanja.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>