12008E259

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 259 (ex Artikolu 227 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0161 - 0161


Artikolu 259

(ex Artikolu 227 TKE)

Kull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Qabel Stat Membru jibda, kontra Stat Membru ieħor, proċeduri dwar l-allegata vjolazzjoni allegata ta' l-obbligi li jinkombu lil dak l-Istat Membru l-ieħor bis-saħħa tat-Trattati, għandu jġib il-materja quddiem il-Kummissjoni.

Il-Kummisjoni għandha toħroġ opinjoni motivita wara li l-Istati interessati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet u r-risposti għal dawn, kemm verbalment kemm bil-kitba.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx ħarġet din l-opinjoni fi żmien tlett xhur mid-data tat-talbiet, l-assenza tad-dikjarazzjoni tagħha ma timpedix milli l-materja tinġieb quddiem il-Qorti.

--------------------------------------------------