|
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
81 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004
(2006/827/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006), |
|
1. |
Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-snin finanzjarji 2004 u 2003: Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004; |
|
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006), |
|
A. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari, |
|
B. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel, |
|
1. |
ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju; |
|
2. |
Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1; |
|
3. |
Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet; |
|
4. |
Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa; |
|
5. |
Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa; |
|
6. |
Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw; |
|
7. |
Jinnota bi pjaċir li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet kapaċi tikseb assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet li għaddew, meta meqjusa flimkien, huma legali u regolari; |
|
8. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta' trasferimenti mħassrin, l-iżjed fit-titolu I (nefqa għall-persunal); |
|
9. |
Jinnota bi pjaċir li l-livell ta' trasferimenti naqas b'mod sinifikanti; jilqa' l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li ħa miżuri ulterjuri sabiex ikompli jnaqqas il-livell ta' trasferimenti; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex itejjeb il-mod kif isiru t-trasferimenti sabiex jevita l-persentaġġ għoli ta' approprazzjonijiet imħassrin; |
|
10. |
Għandu l-pjaċir jinnota l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li saru evalwazzjonijiet ta' riskju ta' standards ta' kontroll intern u li l-listi ta' verifika ex-ante ġew reveduti; |
|
11. |
Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet innutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fl-offerti u fl-għotjiet tal-kuntratti; iħeġġeġ liċ-Ċentru sabiex ittejjeb il-proċeduri kemm jista' jkun malajr sabiex tevita irregolaritajiet simili fil-futur; |
|
12. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol; |
|
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iżjed effettiva, tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistema ta' mmaniġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit. |