|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2192 |
28.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2192
tat-28 ta’ Settembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 (1). |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Volker Türk, ħareġ dikjarazzjoni li fiha esprima l-allarm tiegħu rigward il-projbizzjoni tal-partit politiku Yabloko mill-elezzjonijiet parlamentari ta’ Settembru 2026 fir-Russja u l-kundanna tal-viċi president tiegħu, Lev Shlosberg, għal aktar minn 11-il sena ħabs minħabba diskors kontra l-gwerra. Il-Kummissarju Għoli appella lill-awtoritajiet biex jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u d-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw bis-sħiħ u liberament fil-proċessi elettorali. |
|
(3) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li 10 persuni fiżiċi jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484, l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“99. |
Vyacheslav Sergeevich KIRILLOV (Вячеслав Сергеевич КИРИЛЛОВ) |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 22.6.1966 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vyacheslav Kirillov huwa mħallef tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. Fl-10 ta’ Awwissu 2026, ħareġ verdett li ma jħallix lill-partit politiku Yabloko jipparteċipa fl-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026 minħabba ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur, estremiżmu u mġiba ħażina oħra. Yabloko kien l-uniku partit politiku li oppona apertament il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-9 ta’ April 2026, ħareġ deċiżjoni fil-kawża tal-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Memorial, fejn iddeżinjaha bħala organizzazzjoni estremista u pprojbixxa l-attivitajiet tagħha fir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
100. |
Igor Nikolayevich ZINCHENKO (Игорь Николаевич ЗИНЧЕНКО) |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa, viċi president tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 25.3.1971 Post tat-twelid: Shadrino, Kozulsky District, Krasnoyarsk Krai, eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Igor Zinchenko huwa mħallef fil-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. Kien membru ta’ kulleġġ ġudikanti li kkonferma d-deċiżjoni li ma tħallix lill-partit politiku Yabloko jipparteċipa fl-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026, minħabba ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur, estremiżmu, appoġġ għall-moviment LGBT u mġiba ħażina oħra. Yabloko kien l-uniku partit politiku li oppona apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tiegħui jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
101. |
Denis Vladimirovich TYUTIN (Денис Владимирович ТЮТИН) |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 25.4.1971 Post tat-twelid: Gorky (issa Nizhny Novgorod), eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Denis Tyutin huwa mħallef fil-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. Kien membru ta’ kulleġġ ġudikanti li kkonferma d-deċiżjoni li ma tħallix lill-partit politiku Yabloko jipparteċipa fl-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026 minħabba ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur, estremiżmu, appoġġ għall-moviment LGBT u mġiba ħażina oħra. Yabloko kien l-uniku partit politiku li oppona apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
102. |
Sergey Fyodorovich SAKHAROV (Сергей Фёдорович САХАРОВ) |
Pożizzjoni: kap tad-Division for Electoral Disputes and Judicial Representation of the Legal Department of the Central Election Commission of Russia Data tat-twelid: 15.11.1987 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Sakharov huwa l-kap tad-Division for Electoral Disputes and Judicial Representation of the Legal Department of the Central Election Commission of Russia. F’din il-kapaċità, huwa ħa sehem fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa li kellhom l-għan li ma jħallux lill-partit politiku Yabloko jipparteċipa fl-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026. Appoġġa apertament l-applikazzjoni tal-partit Rodina, li pprova jimblokka lil Yabloko għal raġunijiet ta’ ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur, estremiżmu, appoġġ għall-moviment LGBT u mġiba ħażina oħra. Yabloko kien l-uniku partit politiku li oppona apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa qed jipprovdi appoġġ materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja, inkluż billi għen, iffaċilita jew ħeġġeġ atti bħal dawn. |
28.9.2026 |
|
103. |
Ilya Vladimirovich RUSAKOV (Илья Владимирович РУСАКОВ) |
Pożizzjoni: uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 15.8.1986 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Ilya Rusakov huwa uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. F’din il-kapaċità ħa sehem fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa li kellhom l-għan li ma jħallux lill-partit politiku Yabloko jipparteċipa fl-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026. Appoġġa apertament l-applikazzjoni tal-partit Rodina, li pprova jimblokka lil Yabloko għal raġunijiet ta’ ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur, estremiżmu, appoġġ għall-moviment LGBT u mġiba ħażina oħra. Yabloko kien l-uniku partit politiku li oppona apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa qed jipprovdi appoġġ materjali għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja, inkluż billi għen, iffaċilita jew ħeġġeġ atti bħal dawn. |
28.9.2026 |
|
104. |
Viktoria Mikhailovna MALYAMOVA (Виктория Михайловна МАЛЯМОВА) |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Pskov Data tat-twelid: 1.3.1973 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Viktoria Malyamova hija mħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Pskov. Ikkundannat lil Lev Shlosberg, politiku tal-oppożizzjoni mill-partit politiku Yabloko, għal 11-il sena u xahar priġunerija talli skredita lill-armata Russa u għal ‘aħbarijiet foloz’ dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk hija responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tagħha jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
105. |
Anna Sergeevna GORYACHOVA (Анна Сергеевна ГОРЯЧЕВА) |
Pożizzjoni: prosekutur tal-istat Data tat-twelid: 9.4.1998 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Anna Goryachova hija prosekutur tal-Istat. Talbet 12-il sena u xahar priġunerija għal Lev Shlosberg, politiku tal-oppożizzjoni mill-partit politiku Yabloko, talli skredita lill-armata Russa u għal ‘aħbarijiet foloz’ dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Shlosberg ġie sussegwentement ikkundannat għal 11-il sena u xahar priġunerija. Qabel dak il-proċess, Anna Goryachova mexxiet il-prosekuzzjoni kontra Lev Shlosberg fil-kawża li tirrigwarda l-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar ‘aġenti barranin’, fejn talbet 440 siegħa xogħol obbligatorju. Shlosberg ġie kkundannat għal 420 siegħa mill-qorti. Għalhekk hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tagħha jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
106. |
Yulia Igorevna GUZNYAEVA (Юлия Игоревна ГУЗНЯЕВА) |
Pożizzjoni: assistent prosekutur tad-Distrett Amministrattiv Ċentrali ta’ Moska Data tat-twelid: 30.5.1996 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Yulia Guznyaeva hija assistent prosekutur tad-Distrett Amministrattiv Ċentrali ta’ Moska. Kienet il-prosekutur tal-istat fil-proċess ta’ Maxim Kruglov, wieħed mill-mexxejja tal-partit politiku Yabloko. Talbet kundanna ta’ tmien snin priġunerija għall-posts ta’ Kruglov fuq il-media soċjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, speċifikament dwar ir-reati tal-gwerra mwettqa f’Bucha u f’Mariupol. Għalhekk hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tagħha jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
107. |
Elina Arturovna BABAYANTS (Элина Артуровна БАБАЯНЦ) |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Zamoskvoretsky, Moska Data tat-twelid: 25.7.1995 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Elina Babayants hija mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Zamoskvoretsky f’Moska. Kienet l-imħallef fil-proċess ta’ Maxim Kruglov, wieħed mill-mexxejja tal-partit politikuYabloko. Ikkundannat lil Kruglov għal seba’ snin f’kolonja penali u pprojbixxietu milli juża l-internet għal tliet snin, għall-posts tiegħu fuq il-media soċjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, speċifikament dwar ir-reati tal-gwerra mwettqa f’Bucha u f’Mariupol. Għalhekk hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tagħha jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026 |
|
108. |
Elizaveta Sergeevna TRUSKALENKO (Елизавета Сергеевна ТРУСКАЛЕНКО) |
Pożizzjoni: imħallef tad-Distrett ta’ Vyborsky ta’ San Pietruburgu Data tat-twelid: 18.10.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Elizaveta Truskalenko hija mħallef tad-Distrett ta’ Vyborsky ta’ San Pietruburgu. Kienet l-imħallef fil-proċess ta’ Nikolai Rybakov, il-president tal-partit politiku Yabloko. Sabet lil Rybakov ħati u ordnatu jħallas multa talli tella’ ritratt ta’ Alexei Navalny, mexxej deċedut tal-oppożizzjoni Russa. Id-deċiżjoni effettivament ma ħallietx lil Rybakov joħroġ għall-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2026. Għalhekk hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u l-attivitajiet tagħha jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
28.9.2026”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2192/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)