|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5001 |
11.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12070 — META / RELIANCE / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5001)
1.
Fit-3 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Meta Platforms, Inc. (“Meta”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Reliance Industries Limited (“Reliance”, l-Indja), |
|
— |
JV Company (“JV”, l-Indja). |
Meta u Reliance se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Meta hija kumpanija tat-teknoloġija li topera pjattaformi tal-media soċjali u servizzi ta’ komunikazzjoni, inklużi Facebook, Instagram, Threads, Messenger u WhatsApp. |
|
— |
Reliance għandha attivitajiet kummerċjali f’diversi setturi inklużi l-enerġija, il-petrokimiċi, il-gass naturali, il-bejgħ bl-imnut, il-media u d-divertiment, is-servizzi diġitali u t-tessuti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu dawn: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġija għas-soluzzjonijiet tal-IA tal-intrapriżi fl-Indja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12070 — META / RELIANCE / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5001/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)