|
13.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9087 — Mondi Štětí/Holzindustrie Maresch/Eco-Investment/Labe Wood)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 410/06)
1.
Fil-5 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mondi Štětí a.s. (“Mondi Štětí”, ir-Repubblika Ċeka), ikkontrollata minn Mondi A.G. (l-Awstrija) |
|
— |
Holzindustrie Maresch GmbH (“Holzindustrie Maresch”, l-Awstrija) |
|
— |
Eco-Investment a.s. (“Eco-Investment”, ir-Repubblika Ċeka) |
|
— |
Labe Wood s.r.o. (“Labe Wood”, ir-Repubblika Ċeka) |
Mondi Štětí, Holzindustrie Maresch u Eco-Investment jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Labe Wood.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Mondi Štětí: Il-provvista ta’ karta ħoxna u polpa għas-suq u l-manifattura ta’ karta kraft ta’ kwalità għolja.
— Holzindustrie Maresch: Manifattura ta’ prodotti tal-injam u speċjalizzazzjoni fil-manifattura ta’ njam isserrat.
— Eco-Investment: Investimenti azzjonarji fl-industriji tal-karta, l-imballaġġ, l-ipproċessar tal-laħam, l-enerġija u l-proprjetà immobbli.
— Labe Wood: Il-bini u t-tħaddim ta’ impjant għas-serrar tal-injam, il-produzzjoni ta’ injam isserrat u prodotti sekondarji.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9087 — Mondi Štětí/Holzindustrie Maresch/Eco-Investment/Labe Wood
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).