2005D0446 — MT — 26.11.2007 — 001.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) (ĠU L 164M, 16.6.2006, p.186) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 320 |
31 |
6.12.2007 |
||
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL
tat-30 ta' Mejju 2005
li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)
(2005/446/KE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-membri tal-grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou nhar it-23 ta’ Ġunju 2000 ( 1 ), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija”,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija ( 2 ), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Intern”, u b'mod partikulari l-Artikolu 2(4) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Il-punt 5 ta’ l-Anness I (il-Protokoll Finanzjarju) tal-Ftehim ta’ Sħubija jipprovdi li l-ammont ġenerali tal-Protokoll Finanzjarju, miżjud bil-bilanċi li kienu ġew trasferiti mill-EDF ta’ qabel, għandu jkopri l-perijodu 2000-2007. |
|
(2) |
Il-punt 7 ta’ l-istess Anness I u l-Artikolu 2(3) tal-Ftehim Intern jipprovdu li għandu jkun hemm valutazzjoni tal-grad ta’ kemm il-fondi jkunu ġew impenjati u mħallsa bħala bażi biex tkun tista’ tiġi analizzata l-ħtieġa għal riżorsi ġodda wara li jkun għalaq iż-żmien tal-Protokoll Finanzjarju eżistenti. |
|
(3) |
Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, annessa bħala d-Dikjarazzjoni XVIII għall-Ftehim ta’ Sħubija, tispeċifika li, meta ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal riżorsi ġodda, għandha titqies b’mod sħiħ id-data li minnha ’l quddiem ma jistgħux jiġu impenjati l-fondi tad-Disa’ EDF. |
|
(4) |
Għalhekk huwa meħtieġ, skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim Intern, li tiġi stabbilita, qabel ma jiskadi d-Disa’ EDF, id-data, li tista' tkun riveduta f'każ ta' bżonn, li minnha ’l quddiem ma jkunux jistgħu jiġu impenjati l-fondi tad-Disa’ EDF. |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni, ma jkunux impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta’ Diċembru 2007, minbarra l-bilanċi u l-fondi mneħħija milli jkunu impenjati li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs ta’ qabel id-disa' EDF u għall-bilanċi ta’ l-allokazzjonijiet tad-disa' EDF għall-finanzjament ta’ l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta’ Programmazzjoni Unika ta’ l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ.
2. Il-bilanċi u l-fondi diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2007 li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jiġu allokati għall-programm indikattiv ta’ l-Istati AKP u l-OCTs rispettivi. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni għall-finanzjament ta’ l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta’ l-Ipprogrammar Uniku ta’ l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku ma jkunux aktar impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala t-30 ta’ Ġunju 2008.
3. Meta d-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF jaqa' wara l-31 ta’ Diċembru 2007, il-bilanċi mid-disa' EDF jew minn EDFs preċedenti u l-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn l-EDFs jistgħu jiġu impenjati matul il-perjodu bejn il-31 ta’ Diċembru 2007 u d-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF, f'liema każ għandhom jintużaw biss sabiex tiġi żgurata l-abbilta' tax-xogħol ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-UE u sabiex tkopri l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF.
4. Id-dħul mill-imgħax fuq l-approprjazzjonijiet ta’ l-EDF għandu jintuża sabiex ikopri l-ispejjeż marbuta ma’ l-implimentazzjoni tar-riżorsi tad-disa' EDF skond l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern tad-disa' EDF sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF, wara liema data dan id-dħul għandu jkun riżervat għal spejjeż ta’ sostenn marbuta ma’ l-EDF kif deskritt fl-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern ta’ l-għaxar EDF.
Artikolu 2
1. Id-data li warajha s-sussidji tar-rata ta’ l-imgħax ġestiti mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI) ma jkunux impenjati għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta’ Diċembru 2007 jew id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-għaxar EDF, skond liema minnhom tkun l-aktar tard. ►C2 ————— ◄
2. Il-bilanċi li jifdal u l-ispejjeż ta’ l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment ġestita mill-BEI, esklużi s-sussidji ta’ l-imgħax relatati, għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jibqgħu allokati għall-Faċilità ta’ Investiment.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kunsill tal-Ministri (ACP-KE) (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 18).
( 2 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.