<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-723/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0723</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:533">EU:C:2019:533</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20190626">26.6.2019</DATE> – Kawża C‑723/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Craeynest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/50/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 6, 7, 13 u 23</KEYWORD><KEYWORD>Anness III</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji li jippermettu li jiġi kkonstatat qbiż tal-valuri limitu tad-dijossidu tan-nitroġenu</KEYWORD><KEYWORD>Kejl bl-użu ta’ punti ta’ kampjunament fissi</KEYWORD><KEYWORD>Għażla ta’ siti xierqa</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tal-valuri mkejla mill-punti ta’ kampjunament</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Intensità tal-istħarriġ</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa li tingħata ordni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑723/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20171229">29 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lies Craeynest,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cristina Lopez Devaux,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Frédéric Mertens,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stefan Vandermeulen,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Karin De Schepper,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ClientEarth VZW</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Brussels Hoofdstedelijk Gewest,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Brussels Instituut voor Milieubeheer,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal L. Craeynest, C. Lopez Devaux, F. Mertens, S. Vandermeulen, K. De Schepper u ClientEarth VZW, minn T. Malfait u A. Croes, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Brussels Hoofdstedelijk Gewest u għall-Brussels Instituut voor Milieubeheer, minn G. Verhelst u B. Van Weerdt, advocaten, kif ukoll minn I.‑S. Brouhns, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u L. Dvořáková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u A. M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Manhaeve u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 4(3) TUE u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u, min-naħa l-oħra, tal-Artikoli 6, 7, 13 u 23 kif ukoll tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lies Craeynest, Cristina Lopez Devaux, Frédéric Mertens, Stefan Vandermeulen, Karin De Schepper kif ukoll ClientEarth VZW, minn naħa, u l-Brussels Hoofdstedelijk Gewest (ir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale, il-Belġju) u l-Brussels Instituut voor Milieubeheer (l-Istitut ta’ Brussell għall-Ġestjoni tal-Ambjent, il-Belġju), min-naħa l-oħra, dwar l-obbligu li jitfassal pjan dwar il-kwalità tal-arja għaż-żona ta’ Brussell (il-Belġju) u li jiġu installati l-punti ta’ kampjunament li huma legalment meħtieġa sabiex issir sorveljanza tal-kwalità tal-arja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2, 5 sa 7 u 14 tad-Direttiva 2008/50:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu, huwa partikolarment importanti li l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu jiġu miġġielda f’ras il-għajn u li jiġu identifikati u implimentati l-miżuri l-aktar effettivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u Komunitarju. Għalhekk, għandhom jiġu evitati, impeduti jew imnaqqsa l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja u li jagħmlu l-ħsara u għandhom jiġu stabbiliti objettivi adegwati għall-kwalità ta’ l-arja ambjentali b’kont meħud ta’ l-istandards, il-linji gwida u l-programmi rilevanti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Għandu jiġi segwit approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali skond kriterji ta’ valutazzjoni komuni. Fil-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali, għandu jittieħed kont tad-daqs tal-popolazzjonijiet u ta’ l-ekosistemi esposti għat-tniġġis ta’ l-arja. Huwa għalhekk kunsiljabbli li t-territorju ta’ kull Stat Membru jiġi kklassifikat f’żoni jew f’agglomerazzjonijiet li jirriflettu d-densità tal-popolazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Fejn ikun possibbli, għandu jiġi applikat immudellar tad-diffużjoni tat-tniġġis sabiex data minn punt speċifiku tkun tista’ tiġi interpretata f’termini ta’ distribuzzjoni ġeografika ta’ konċentrazzjoni. Dan jista’ jservi bħala bażi biex titkejjel l-espożizzjoni kollettiva tal-popolazzjoni li tgħix fl-inħawi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni miġbura dwar it-tniġġis ta’ l-arja hija rappreżentattiva u paragunabbli biżżejjed fil-Komunità kollha, huwa importanti li jintużaw metodi tekniċi ta’ kejl standardizzati u kriterji komuni għall-għadd u l-post ta’ stazzjonijiet li jkejlu għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali. Jistgħu jintużaw metodi tekniċi li m’humiex kejl sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja ambjentali u għalhekk huwa meħtieġ li jkunu definiti l-kriterji għall-użu u l-preċiżjoni meħtieġa ta’ tali metodi tekniċi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Il-kejl fiss għandu jkun obbligatorju f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn jinqabżu l-objettivi fit-tul għall-ożonu jew il-limiti ta’ valutazzjoni għal sustanzi li jniġġsu oħrajn. L-informazzjoni minn dak il-kejl fiss tista’ tiġi supplimentata b’metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew b’kejl indikattiv sabiex tippermetti li d-data minn punt tkun tista’ tiġi interpretata f’termini ta’ distribuzzjoni ġeografika ta’ konċentrazzjonijiet. L-użu ta’ metodi tekniċi supplimentari ta’ valutazzjoni għandu jippermetti wkoll għat-tnaqqis ta’ l-għadd minimu meħtieġ ta’ punti fissi ta’ kampjunament.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/50 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati lejn dan li ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-definizzjoni u d-determinazzjoni ta’ objettivi fir-rigward tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent maħsuba sabiex jevitaw, jimpedixxu jew inaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fl-Istati Membri fuq il-bażi ta’ metodi u kriterji komuni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent bħala għajnuna sabiex ikun miġġieled it-tniġġis ta’ l-arja u l-fastidju u sabiex ikunu ssorveljati x-xejriet għal perijodu fit-tul u t-titjib li jirriżulta minn miżuri nazzjonali u Komunitarji;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>‘livell’ tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza li tniġġes fl-arja ta’ l-ambjent jew id-depożizzjoni tagħha fuq l-uċuħ fi żmien partikolari;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>valutazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe metodu użat sabiex jitkejlu, jiġu kkalkolati, jitbassru jew jiġu stmati l-livelli;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>valur ta’ limitu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser livell fiss fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq f’perijodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>agglomerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser żona li tkun konurbazzjoni b’popolazzjoni li taqbeż il‑250 000 abitant, jew, meta l-popolazzjoni tkun ta’ <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> abitant jew inqas, b’densità ta’ popolazzjoni kull km<HT TYPE="SUP">2</HT> li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>indikatur ta’ l-espożizzjoni medja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser livell medju determinat abbażi tal-kejl f’ambjenti urbani madwar it-territorju kollu ta’ l-Istat Membru u li jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni. Huwa użat għall-kalkolu tal-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni u l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>postijiet bi sfond urban<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser postijiet f’żoni urbani fejn il-livelli jirrappreżentaw l-espożizzjoni tal-popolazzjoni urbana ġenerali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ossidi tan-nitroġenu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser it-total tal-volume mixing ratio (ppbv) tal-monossidu tan-nitroġenu (ossidu nitriku) u d-dijossidu tan-nitroġenu mogħtija bħala unitajiet ta’ konċentrazzjoni tal-massa tad-dijossidu tan-nitroġenu (μg/m3);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>‘kejl fiss’ tfisser kejl meħud f’siti fissi, jew kontinwament jew bil-kampjunament każwali sabiex jiġu determinati l-livelli skond l-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/50 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni u agglomerazzjonijiet fit-territorju kollu tagħhom. Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja u l-ġestjoni tal-kwalità ta’ l-arja għandha ssir fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-limiti operattivi massimi u minimi ta’ valutazzjoni speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II għandhom japplikaw għad-dijossidu tal-kubrit, għad-dijossidu tan-nitroġenu u għall-ossidi tan-nitroġenu, għall-materja partikulata (PM<HT TYPE="SUB">10</HT> u PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), għaċ-ċomb, għall-benżina u għall-monossidu tal-karbonju.</ALINEA><ALINEA>Kull żona u agglomerazzjoni għandha tiġi kklassifikata fir-rigward ta’ dawk il-limiti massimi ta’ valutazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kriterji ta’ valutazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 5 fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, skond il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. Dak il-kejl fiss jista’ jiżdied b’metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi provduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni fl-ispazju tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mill-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk l-inkwinanti, tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl fiss u metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mil-limitu baxx ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, l-użu ta’ metodi tekniċi ta’ mudellar jew ta’ metodi tekniċi ta’ valutazzjoni ta’ l-objettiv jew it-tnejn huwa biżżejjed sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Punti ta’ kampjunament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, il-partikuli (PM<HT TYPE="SUB">10</HT>, PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), iċ-ċomb, il-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent għandu jiġi determinat bl-użu tal-kriterji elenkati fl-Anness III.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull żona jew agglomerazzjoni fejn il-kejl fiss ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja, in-numru ta’ punti ta’ kampjunament għal kull sustanza li tniġġes rilevanti m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament speċifikat fit-Taqsima A ta’ l-Anness V.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn punti fissi ta’ kampjunament għall-kejl tiġi supplimentata bl-informazzjoni mill-immudellar u/jew kejl indikati, l-għadd totali ta’ punti, ta’ kampjunament, speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Annessi V jista’ jitnaqqas sa 50 %, sakemm iseħħ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-metodi supplimentari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu jew il-limiti ta’ allert, kif ukoll l-informazzjoni adegwata għall-pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>in-numru ta’ punti ta’ kampjunament li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni ġeografika ta’ metodi tekniċi oħrajn huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes rilevanti li għandha tiġi stabbilita skond l-objettivi tal-kwalità tad-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I u jippermettu r-riżultati ta’ valutazzjoni jilħqu l-kriterji speċifikati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-mudellar u/jew tal-kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni fl-Istati Membri tal-kriterji ta’ l-għażla tal-punti ta’ kampjunament għanda tkun sorveljata mill-Kummissjoni sabiex titħaffef l-applikazzjoni armonizzata ta’ dawk il-kriterji ma’ l-Unjoni Ewropea kollha.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Valuri ta’ limitu u l-limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, PM<HT TYPE="SUB">10</HT>, iċ-ċomb u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent ma’ jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness XI.</ALINEA><ALINEA>Fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benżina, il-valuri ta’ limitu speċifikati fl-Anness XI ma jistgħux jinqabżu mid-dati speċifikati fih.</ALINEA><ALINEA>Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi valutata skond l-Anness III.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għas-sena 2015 li ġie stabbilit skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV ma jaqbiżx l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stipulat fit-Taqsima C ta’ dak l-Anness.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu, skond l-Anness III, jiżgura li t-tqassim u n-numru ta’ punti ta’ kampjunament li fuqhom ikun ibbażat l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT> jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tat-Taqsima B ta’ l-Anness V.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Fejn, fiż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet stipulati, il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ta’ l-ambjent jaqbżu kwalunkwe valur ta’ limitu jew valur immirat, kif ukoll kwalunkwe marġni rilevanti tat-tolleranza f’kull każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja għal dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet sabiex jinkiseb il-valur ta’ limitu jew valur immirat relatati speċifikati fl-Annessi XI u XIV.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ qabżiet ta’ dawk il-valuri ta’ limitu li għalihom id-data ta’ skadenza sabiex jintlaħqu diġà tkun skadiet il-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja għandu jistabbilixxi miżuri adegwati, sabiex il-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. Il-pjan għall-kwalità ta’ l-arja jista’ jinkludi wkoll miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu gruppi sensittivi fil-popolazzjoni, inklużi t-tfal.</ALINEA><ALINEA>Dawk il-pjanijiet għall-kwalità ta’ l-arja għandhom jinkorporaw ta’ l-anqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A ta’ l-Anness XV u jistgħu jinkludu miżuri skond l-Artikolu 24. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-aħħar ta’ dik is-sena fejn tkun ġiet osservata l-ewwel qabża.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Anness III tad-Direttiva 2008/50 jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-ambjent u l-lok tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (PM<HT TYPE="SUB">10</HT> u PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. It-Taqsima A tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tipprevedi, fil-punt 1 tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent għandha tiġi valutata f’żoni u agglomerazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent għandha tiġi valutata fil-postijiet kollha ħlief dawk stabbiliti fil-paragrafu 2, skond il-kriterji stabbiliti mit-Taqsimiet B u Ċ għall-post ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss. Il-prinċipji stabbiliti bit-Taqsimiet B u Ċ għandhom japplikaw ukoll sakemm dawn huma rilevanti fl-identifikazzjoni tal-postijiet speċifiċi li fihom il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu rilevanti huma stabbiliti fejn il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent hija valutata minn kejl indikattiv jew ta’ mudellar.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-Taqsima B tal-Anness III ta’ din id-direttiva, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunament<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi fil-punt 1 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>(a)</NO.P><TXT>Il-punti ta’ kampjunament maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandhom jitpoġġew f’lok b’mod li tiġi provduta <HT TYPE="ITALIC">data</HT> dwar dan li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-partijiet fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet li l-popolazzjoni hija mistennija li tkun esposta għalihom, direttament jew indirettament, għal perijodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perijodu li fuqu tinħadem il-medja tal-valur(i) ta’ limitu(i);</P></ITEM><ITEM><P>il-livelli f’partijiet oħra fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li jkunu rappreżentattivi ta’ l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Il-punti ta’ kampjunament ġeneralment għandhom jitpoġġew b’mod li jiġi evitat il-kejl ta’ mikroambjenti żgħar ħafna fil-viċinat immedjat tal-punti, li jfisser li punt ta’ kampjunament għandu jitqiegħed b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu l-kampjuni tirrappreżenta l-kwalità ta’ l-arja f’segment ta’ triq ta’ mhux anqas minn 100 m fit-tul f’siti bit-traffiku u ta’ l-anqas 250 m × 250 m f’siti industrijali, fejn ikun fattibbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Il-postijiet bi sfond urban għandhom jitpoġġew b’mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat tas-sorsi kollha fid-direzzjoni favur ir-riħ ta’ l-istazzjon. Il-livell ta’ tniġġis ma għandux ikun iddominat minn sors wieħed sakemm din is-sitwazzjoni ma tkunx tipika ta’ żona urbana akbar. Il-punti ta’ kampjunament għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu rappreżentattivi għal bosta kilometri kwadri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>Il-punti ta’ kampjunament għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu rappreżentattivi wkoll ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Taqsima Ċ tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50 tipprevedi l-kriterji għall-għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunament, bħad-distanza bejn is-sonda kampjunarja u l-art, il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tat-toroq u l-punti fejn jiltaqgħu t-toroq kif ukoll rekwiżiti tekniċi oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>It-Taqsima D tal-Anness III ta’ din id-direttiva, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Dokumentazzjoni u Reviżjoni ta’ l-għażla tas-siti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, tistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-proċeduri għall-għażla tas-sit għandhom ikunu ddokumentati b’mod sħiħ fl-istadju ta’ klassifikazzjoni b’mezzi bħalma huma ritratti compass-point taż-żona tal-madwar u mappa ddettaljata. Is-siti għandhom jiġu riveduti regolarment b’dokumentazzjoni ripetuta sabiex jiġi żgurat li l-kriterji ta’ l-għażla jibqgħu validi maż-żmien.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Anness V tal-imsemmija direttiva jipprevedi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kriterji għad-determinazzjoni tan-numri minimi ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (PM<HT TYPE="SUB">10</HT>, PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. It-Taqsima A ta’ dan l-anness tispeċifika, b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Għall-ossidu tan-nitroġenu, materja partikulata, benżina u monossidu tal-karbonju: iridu jkunu inklużi ta’ l-anqas stazzjon wieħed għall-istudju ta’ l-isfond urban u stazzjon wieħed orjentat lejn it-traffiku, sakemm dan ma jżidx l-għadd ta’ punti ta’ kampjunament. Għal dawn is-sustanzi li jniġġsu, l-għadd totali ta’ stazzjonijiet għall-istudju ta’ l-isfond urban u l-għadd totali ta’ stazzjonijiet orjentati lejn it-traffiku fi Stat Membru taħt Taqsima A(1) ma għandux ivarja b’aktar minn fattur ta’ 2. Il-postijiet ta’ kampjunament b’qabżiet tal-valur ta’ limitu għall-PM<HT TYPE="SUB">10</HT> f’dawn l-aħħar tliet snin għandhom jinżammu sakemm ma tkunx meħtieġa xi rilokazzjoni minħabba ċirkustanzi speċjali, b’mod partikulari l-iżvilupp fl-ispazju.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Anness XI tal-istess direttiva huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Valuri ta’ limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. It-Taqsima B tiegħu tiffissa l-valuri limitu għal kull sustanza li tniġġes skont il-konċentrazzjoni tagħha fl-arja fl-ambjent imkejla f’perijodi ta’ żmien differenti. Fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu, dan l-Anness jipprevedi, b’mod partikolari:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" COLS="4" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Perijodu li fuqu tinħadem il-medja</CELL><CELL COL="2">Valur ta’ limitu</CELL><CELL COL="3">Marġni ta’ tolleranza</CELL><CELL COL="4">Data sa meta jrid jintlaħaq il-valur ta’ limitu</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Siegħa</CELL><CELL COL="2">200 μg/m<HT TYPE="SUP">3</HT>, li ma għandux jinqabeż aktar minn 18‑il darba kull sena kalendarja</CELL><CELL COL="3">[…] 0 % sa l‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE></CELL><CELL COL="4">L‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Sena kalendarja</CELL><CELL COL="2">40 μg/m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL><CELL COL="3">[…] 0 % sa l‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE></CELL><CELL COL="4">L‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE></CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Anness XV tad-Direttiva 2008/50 jistabbilixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[i]nformazzjoni li għandha tkun inkluża fil-pjanijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali dwar il-kwalità ta’ l-arja jew għal titjib fil-kwalità ta’ l-arja ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Fost l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[i]nformazzjoni li għandha tingħata skond l-artikolu 23 (pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja)<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, elenkata fit-Taqsima A ta’ dan l-anness, jissemmew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[l]okalizzazzjoni ta’ tniġġis żejjed<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li tinkludi informazzjoni dwar ir-reġjun, il-belt u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[i]stazzjon tal-kejl (mappa, koordinati ġeografiċi)<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Barra minn hekk, l-informazzjoni ġenerali li għandha tiġi pprovduta tinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>stima taż-żona inkwinata (km<HT TYPE="SUP">2</HT>) u tal-popolazzjoni esposta għat-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale jikkostitwixxi żona suġġetta għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja u għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/50. Il-kwalità tal-arja hija ssorveljata permezz ta’ punti ta’ kampjunament. Skont in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża, il-Belġju), dawn tal-aħħar għandhom jitqiegħdu, konformement mal-Artikolu 7(1)<?PAGE NO="9"?> tad-Direttiva 2008/50, moqri flimkien mal-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tagħha, b’mod li jipprovdu, b’mod partikolari, data dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>il-partijiet fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tas-sustanzi li jniġġsu msemmija f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fost ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hemm erba’ abitanti tar-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale li huma mħassba dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent tagħhom. Il-ħames rikorrenti fil-kawża prinċipali hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru rregolata mid-dritt Ingliż, b’ċentru tal-attività fil-Belġju. L-għan ta’ din l-assoċjazzjoni huwa, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħhom, li ġie ppreżentat fil‑<DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu lill-qorti tar-rinviju sabiex tikkonstata li ma kienx hemm konformità mar-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq fir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale u sabiex tordna lil dan tal-aħħar jinstalla punti ta’ kampjunament f’postijiet xierqa, bħal triq speċifika jew punt speċifiku fejn jiltaqgħu t-toroq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2008/50 dwar l-identifikazzjoni jew id-delimitazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>partijiet fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tas-sustanzi li jniġġsu jagħtu marġni ta’ diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Konsegwentement, ma huwiex ċert jekk qorti tistax tivverifika li l-punti ta’ kampjunament tqiegħdu b’mod korrett u jekk tistax tordna, jekk ikun meħtieġ, lil dawn l-awtoritajiet sabiex jinstallaw tali punti f’postijiet li jiġu ddeterminati minnha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jqisu li l-valur limitu previst mid-Direttiva 2008/50 mill‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> għad-dijossidu tan-nitroġenu fil-fatt inqabeż fir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale. Għal din ir-raġuni, pjan dwar il-kwalità tal-arja, kif previst fl-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva, għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jekk il-valuri limitu previsti mid-Direttiva 2008/50 jinqabżu, huma effettivament l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu, konformement mal-Artikolu 23(1) ta’ din tal-aħħar, pjan dwar il-kwalità tal-arja li jipprevedi miżuri xierqa ħalli l-perijodu ta’ qbiż ikun qasir kemm jista’ jkun. Kif jirriżulta mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-konformità ma’ dan l-obbligu tista’ tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju u l-qorti adita bil-kawża tista’ tordna lill-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu pjan bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti tirrileva li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jikkontestawx il-valuri mkejla fil-punti ta’ kampjunament differenti fir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale. Għall-kuntrarju, huma jopponu l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, li minnu jirriżulta li l-konċentrazzjoni tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja ma għandhiex taqbeż medja annwali ta’ 40 μg/m<HT TYPE="SUP">3</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tippermettix li tiġi ddeterminata l-kwistjoni dwar jekk fil-fatt kienx hemm qbiż fir-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale. Ċertament, il-valur ta’ 40 μg/m<HT TYPE="SUP">3</HT> ta’ dijossidu tan-nitroġenu kien inqabeż f’diversi punti ta’ kampjunament. Madankollu, fl-imsemmi reġjun il-konċentrazzjoni ta’ dijossidu tan-nitroġenu tibqa’ taħt il-medja annwali ta’ 40 μg/m<HT TYPE="SUP">3</HT> jekk tiġi ddeterminata biss abbażi tal-medja tal-valuri mkejla fil-punti ta’ kampjunament kollha li jinsabu f’dan ir-reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jqisu li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 jirriżulta li l-valuri limitu ma jistgħu jinqabżu fl-ebda post ta’ żona, fis-sens tal-Artikolu 4 tagħha. Għall-kuntrarju, ir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale u l-Istitut ta’ Brussell għall-Ġestjoni tal-Ambjent iqisu li l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja għandha titwettaq globalment għal żona jew għal agglomerazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) [TUE], moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 [TFUE,] u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [2008/50], għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta huwa allegat li Stat Membru ma installax il-punti ta’ kampjunament f’żona konformement mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tal-Parti B tal-Anness III tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina, fuq it-talba ta’ individwi direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu previsti fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, jekk il-punti ta’ kampjunament ġewx installati konformement ma’ dawn il-kriterji u, jekk dan ma jkunx il-każ, li jittieħdu fir-rigward tal-awtorità nazzjonali l-miżuri neċesssarji kollha, bħal ordni, sabiex il-punti ta’ kampjunament ikunu konformi ma’ dawn il-kriterji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ikun hemm qbiż ta’ valur limitu fis-sens tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva [2008/50], meta r-riżultati tal-miżuri mwettqa f’punt ta’ kampjunament wieħed previst fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jippermettu li jiġi kkonstatat li valur limitu, stabbilit mill-Anness XI ta’ din id-direttiva għall-medja kkalkolata kull sena kalendarja, huwa maqbuż jew ikun hemm qbiż f’dan is-sens unikament meta dan jirriżulta mill-medja tar-riżultati tal-miżuri tal-punti ta’ kampjunament kollha ta’ żona partikolari fis-sens [tal-istess] direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’talba mressqa għal dan l-iskop minn individwi li huma direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, għandha tivverifika jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona partikolari ġewx installati f’konformità mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tal-imsemmija direttiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tadotta, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-miżuri kollha neċessarji, bħal ordni, sabiex il-punti ta’ kampjunament jiġu installati f’konformità ma’ dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, huma l-qrati tal-Istati Membri, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, li għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li għandhom l-individwi bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu r-rimedji ġudizzjarji neċessarji sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif fakkret diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, ikun inkompatibbli man-natura vinkolanti li l-Artikolu 288 TFUE jagħti lid-direttiva jekk jiġi eskluż, bħala prinċipju, li l-obbligu impost minn din tal-aħħar jista’ jiġi invokat mill-persuni kkonċernati. Din il-kunsiderazzjoni tapplika b’mod partikolari għal direttiva li l-għan tagħha huwa li tikkontrolla u tnaqqas it-tniġġis atmosferiku u li, għaldaqstant, tfittex li tipproteġi s-saħħa pubblika (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Janecek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:447">EU:C:2008:447</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif essenzjalment irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2008/50 dwar il-kwalità tal-arja tal-ambjent jikkonkretizzaw l-obbligi tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika, li jirriżultaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mill-Artikolu 3(3) TUE u mill-Artikolu 191(1) u (2) TFUE, li minnhom joħroġ li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent taspira għal livell għoli ta’ protezzjoni, filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni, u hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Túrkevei Tejtermelő Kft.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:547">EU:C:2017:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’mod partikolari fil-każijiet fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni, permezz ta’ direttiva, jobbliga lill-Istati Membri sabiex jadottaw aġir partikolari, l-effett utli ta’ att bħal dan tiddgħajjef jekk l-individwi ma jitħallewx jibbażaw irwieħhom fuqha quddiem il-qrati u jekk il-qrati nazzjonali ma jitħallewx jeħduha inkunsiderazzjoni bħala punt ta’ liġi tal-Unjoni sabiex jivverifikaw jekk, fil-limiti tal-għażla tiegħu fir-rigward tal-forma u tal-metodi għall-implimentazzjoni tad-direttiva, il-leġiżlatur nazzjonali jkunx qabeż il-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni stabbilita mid-direttiva (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:404">EU:C:1996:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/50 tipprevedi regoli ddettaljati dwar l-użu u l-postijiet għall-punti ta’ kampjunament għall-kejl tal-kwalità tal-arja fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet li l-Istati Membri jkunu ddeterminaw konformement mal-Artikolu 4 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/50 jipprevedi metodi tekniċi differenti li l-Istati Membri huma meħtieġa jużaw sabiex jevalwaw il-kwalità tal-arja fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet. Konformement mal-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu 6, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jaqbeż il-limitu superjuri ta’ evalwazzjoni stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness II tagħha, l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent għandha titwettaq b’kejl fiss, possibbilment issupplimentat b’tekniki ta’ mmudellar u ta’ kejl indikattiv. Taħt il-limitu superjuri ta’ evalwazzjoni, hija permessa kombinazzjoni ta’ kejl fiss, minn naħa, u tekniki ta’ mmudellar u ta’ kejl indikattiv, min-naħa l-oħra. Huwa biss meta l-livell ta’ tniġġis ma jilħaqx il-limitu inferjuri ta’ evalwazzjoni, stabbilit ukoll fit-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2008/50, li l-kwalità tal-arja tista’ tiġi ssorveljata biss permezz tal-użu ta’ tekniki ta’ mmudellar jew ta’ stima oġġettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/50 jirrigwarda l-post u n-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament. Konformement mal-paragrafu 1 tiegħu, il-post fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-partikuli (PM<HT TYPE="SUB">10</HT>, PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja tal-ambjent għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-kriterji elenkati fl-Anness III ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>It-Taqsima B ta’ dan l-anness tipprevedi l-kriterji għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>għażla tas-sit fuq skala makro<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tal-punti ta’ kampjunament. Mill-punt 1(a) tagħha jirriżulta li l-punti ta’ kampjunament maħsuba sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem għandhom jitqiegħdu b’tali mod li jipprovdu informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, minn naħa, f’postijiet f’żoni u f’agglomerazzjonijiet fejn jiġu osservati l-ogħla konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu inkwistjoni, li għalihom aktarx li l-popolazzjoni tkun direttament jew indirettament esposta għal perijodu sinjifikattiv fir-rigward tal-perijodu meqjus għall-valuri limitu rilevanti u, min-naħa l-oħra, f’postijiet oħra ġewwa żoni jew agglomerazzjonijiet li jkunu rappreżentattivi tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali. Il-punt 1(f) tat-Taqsima B tal-imsemmi anness jispeċifika li l-punti ta’ kampjunament, sa fejn ikun possibbli, għandhom jirrappreżentaw ukoll siti simili li ma humiex fil-viċinat immedjat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-punt 1(a) u (f) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50 jeżiġu li l-punti ta’ kampjunament jipprovdu data rappreżentattiva għall-postijiet ġewwa żona jew agglomerazzjoni kkaratterizzati minn ċertu livell ta’ tniġġis.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-punt 1(b) tat-Taqsima B tal-Anness III ta’ din id-direttiva jirriżulta, minn naħa, li l-punti ta’ kampjunament għandhom ikunu mqiegħda b’tali mod li jiġi evitat il-kejl tal-konċentrazzjonijiet f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>mikroambjenti żgħar ħafna<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-viċinat immedjat tagħhom u, min-naħa l-oħra, li l-arja meħuda bħala kampjun għandha, kemm jista’ jkun, tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja ta’ post ta’ ċertu daqs. Din id-dispożizzjoni teżiġi li l-kejl jippermetti li tiġi riflessa l-kwalità tal-arja, għas-siti bit-traffiku, f’segment ta’ triq ta’ mill-inqas 100 m fit-tul u, għal siti industrijali, f’art ta’ mill-inqas 250 × 250 m.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-regoli previsti fl-Anness V tad-Direttiva 2008/50, li jirreferi għalihom l-Artikolu 7(2) u (3) ta’ din id-direttiva, jagħmluha possibbli li jiġi ddeterminat in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunament f’żona jew f’agglomerazzjoni kif ukoll il-proporzjon bejn il-punti għall-kejl ta’ tniġġis fl-isfond u dawk maħsuba sabiex ikejlu t-tniġġis minħabba t-traffiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50 imsemmija fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza jipprevedu obbligi ċari, preċiżi u inkundizzjonati b’tali mod li jistgħu jiġu invokati minn individwi kontra l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-obbligu li jiġu installati punti ta’ kampjunament b’tali mod li dawn jipprovdu informazzjoni dwar it-tniġġis tal-iktar postijiet imniġġsa, kif previst fl-ewwel inċiż tal-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50, jew tal-obbligu li jiġi installat għall-inqas in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunament stabbilit fl-Anness V ta’ din id-direttiva. Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw l-osservanza ta’ dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa ċertament minnu li, skont is-sitwazzjoni lokali f’żona jew f’agglomerazzjoni, diversi siti jistgħu jissodisfaw il-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50. Konsegwentement, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jagħżlu, fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, il-post konkret fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ tali setgħa diskrezzjonali bl-ebda mod ma tfisser li d-deċiżjonijiet meħuda minn dawn l-awtoritajiet f’dan il-kuntest huma ħielsa minn kwalunkwe stħarriġ ġudizzjarju, b’mod partikolari sabiex jiġi vverifikat jekk ikunux qabżu l-limiti stabbiliti għall-eżerċizzju ta’ din is-setgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:404">EU:C:1996:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Janecek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:447">EU:C:2008:447</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja n-nuqqas ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-modalitajiet sabiex jitressqu azzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali, u sabiex tiġi ddeterminata l-intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet nazzjonali adottati skont att tad-dritt tal-Unjoni, għandu jitqies l-iskop ta’ dan l-att u għandu jiġi żgurat li l-effikaċja tiegħu ma tiġix ippreġudikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020618">18 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>HI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:379">EU:C:2002:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Croce Amica One Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑440/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2435">EU:C:2014:2435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2008/50, il-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament huwa ċentrali għas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-arja prevista minn din id-direttiva, b’mod partikolari fejn il-livell ta’ tniġġis jaqbeż il-limitu superjuri ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikoli 5 u 6 tagħha. Kif ġie rrilevat fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, f’dan il-każ, konformement mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/50, il-punti ta’ kampjunament jikkostitwixxu l-istrument ewlieni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-kejl miksub minn dawn il-punti jippermetti lill-Istati Membri jiżguraw, kif jeżiġi l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, li, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija f’din id-direttiva ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI tagħha. Jekk dawn il-valuri limitu jinqabżu wara t-terminu previst għall-applikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, konformement mal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva, pjan dwar<?PAGE NO="13"?> il-kwalità tal-arja li jissodisfa ċerti rekwiżiti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Janecek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:447">EU:C:2008:447</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għan innifsu tad-Direttiva 2008/50 ikun kompromess jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari ma jkunux ġew installati skont il-kriterji li din tipprevedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Dan ir-riskju jista’ jimmaterjalizza wkoll jekk, fil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilhom mid-Direttiva 2008/50, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jfittxux li jiżguraw li din tkun effettiva. Għalhekk, b’mod partikolari fil-każ fejn il-kejl imwettaq f’diversi siti jkun, bħala prinċipju, jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-iktar postijiet imniġġsa, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III ta’ din id-direttiva, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jagħżlu l-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju li ma jiġux irreġistrati l-każijiet meta jinqabżu l-valuri limitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, dawn l-awtoritajiet għandhom l-obbligu li jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq data xjentifika soda u, kif jirriżulta mit-Taqsima D tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50, li jfasslu dokumentazzjoni komprensiva li turi r-raġunijiet għall-għażla tal-post tas-siti ta’ sorveljanza kollha. Din id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata b’mod regolari sabiex jiġi vverifikat li l-kriterji ta’ selezzjoni jibqgħu validi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk l-għażla tal-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament teħtieġ evalwazzjonijiet tekniċi u kumplessi, is-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti hija limitata mill-iskop u mill-għanijiet segwiti mir-regoli rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-individwu jkun intitolat li jitlob lil qorti tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha jkunux baqgħu fl-ambitu tal-marġni ta’ diskrezzjoni prevista mid-Direttiva 2008/50 matul l-għażla tal-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament, il-qorti magħżula għal dan l-għan mid-dritt nazzjonali għandu jkollha wkoll il-kompetenza tieħu, fir-rigward tal-awtorità nazzjonali kkonċernata, kwalunkwe miżura neċessarja, bħal ordni, sabiex jiġi żgurat li dawn il-punti jiġu installati skont il-kriterji previsti minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Janecek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:447">EU:C:2008:447</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fl-assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru għandu jidentifika l-qrati kompetenti u għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet maħsuba sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-individwi li jirriżultaw minn att tad-dritt tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2008/50. Madankollu, il-modalitajiet previsti ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jagħmlu impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>East Sussex County Council</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:656">EU:C:2015:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>INEOS Köln</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:100">EU:C:2018:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal dak li jirrigwarda dan l-aħħar prinċipju, għandu jitfakkar li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti imparzjali huwa stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sacko</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ġie affermat matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u ma ġiex ikkontestat li, sabiex jivverifikaw il-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament, il-qrati nazzjonali kompetenti għandhom, skont ir-regoli rilevanti tad-dritt Belġjan, setgħa li jagħtu ordni fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali. Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tuża, fejn ikun il-każ, din is-setgħa skont il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’talba mressqa għal dan l-iskop minn individwi li huma direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, għandha tivverifika jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona partikolari ġewx installati f’konformità mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tal-imsemmija direttiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tadotta, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-miżuri kollha neċessarji, bħal, jekk tkun prevista mid-dritt nazzjonali, ordni, sabiex dawn il-punti ta’ kampjunament jiġu installati f’konformità ma’ dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi kkonstatat li nqabeż valur limitu stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-medja kkalkolata għal sena kalendarja, huwa biżżejjed li livell ta’ tniġġis li jaqbeż dan il-valur ikun tkejjel f’punt ta’ kampjunament iżolat jew jekk il-medja ta’ kull kejl meħud fil-punti ta’ kampjunament kollha f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari għandhiex turi tali livell ta’ tniġġis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-punt 48 ta’ din is-sentenza fakkar li huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw, konformement mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, li, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli tas-sustanzi li jniġġsu msemmija f’din id-direttiva ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI tagħha. Jekk dawn il-valuri limitu jinqabżu wara t-terminu previst għall-applikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, konformement mal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva, pjan dwar il-kwalità tal-arja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 72 sa 75 tal-konklużjonijiet tagħha, il-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 ma tippermettix li tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. L-istess japplika għall-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Meta l-interpretazzjoni litterali ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tippermettix li tiġi evalwata l-portata eżatta tagħha, ikun hemm lok li din tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 6(1) u mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-konformità mal-valuri limitu konformement mar-rekwiżiti u mal-kriterji previsiti fl-Anness III ta’ din id-direttiva. Kif jirriżulta mill-punt 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-anness, it-Taqsimiet B u Ċ ta’ dan tal-aħħar jikkonċernaw il-post fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament, iżda jipprovdu wkoll gwida għall-implimentazzjoni ta’ metodi oħra ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja previsti mid-Direttiva 2008/50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punt 39 ta’ din is-sentenza jirrileva li d-dispożizzjonijiet tal-punt 1(a) u (f) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50 jeżiġu li l-punti ta’ kampjunament jipprovdu data rappreżentattiva għall-postijiet ġewwa żona jew agglomerazzjoni kkaratterizzati minn ċertu livell ta’ tniġġis. Is-sistema li b’hekk tfasslet mil-leġiżlatur tal-Unjoni għandha l-għan li tippermetti<?PAGE NO="15"?> lill-awtoritajiet kompetenti mhux biss li jkunu jafu l-livell ta’ tniġġis tal-arja fil-post irrappreżentat minn punt ta’ kampjunament, iżda wkoll li minn dan jiddeduċu l-livell ta’ tniġġis f’postijiet oħra simili. Kif jidher ċar mill-premessa 14 tad-Direttiva 2008/50, dan l-aħħar għan jinkiseb, b’mod partikolari, bl-għajnuna ta’ tekniki ta’ mmudellar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-determinazzjoni tal-medja tal-valuri mkejla fil-punti ta’ kampjunament kollha f’żona jew f’agglomerazzjoni ma tipprovdix indikazzjoni utli tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni għal sustanzi li jniġġsu. B’mod partikolari, medja bħal din ma tippermettix li jiġi ddeterminat il-livell ta’ espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali, peress li dan jiġi evalwat permezz ta’ punti ta’ kampjunament installati speċifikament għal dan l-għan, konformement mat-tieni inċiż tal-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/50, moqri flimkien mal-punti 20 u 23 tal-Artikolu 2 u mat-Taqsima A tal-Anness XIV ta’ din id-direttiva, jikkonferma din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, skont dan l-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu indikatur tal-espożizzjoni medja għall-PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>. Dan l-indikatur ma huwiex iddeterminat abbażi ta’ medja tal-livell ta’ tniġġis mill-punti ta’ kampjunament kollha f’żona jew f’agglomerazzjoni, iżda huwa bbażat fuq il-valuri miksuba biss mill-punti li jkejlu t-tniġġis tal-isfond urban, li, konformement mal-paragrafu 4 tal-imsemmi Artikolu 15, għandhom jirriflettu l-livell ta’ espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali għall-PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>, konformement mal-Anness III tad-Direttiva 2008/50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi li l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jinkorporaw tal-inqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness XV ta’ din id-direttiva. Skont il-punt 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness XV, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jidentifikaw il-post fejn ikun tkejjel qbiż tal-valuri limitu, inkluż il-punt jew il-punti ta’ kampjunament ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li mill-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2008/50 jirriżulta li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni, mill-Istati Membri, tal-osservanza tal-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI ta’ din id-direttiva, il-livell ta’ tniġġis imkejjel f’kull punt individwali ta’ kampjunament huwa deċiżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 hija kkonfermata mill-iskop ta’ din tal-aħħar. Kif jirriżulta mill-premessa 2 tagħha u mill-Artikolu 1 tagħha, din id-direttiva hija intiża sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tipprevedi, għal dan l-għan, miżuri sabiex l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu jiġu miġġielda fis-sors. Konformement ma’ dan l-għan, għandu jiġi ddeterminat it-tniġġis tal-arja attwali li l-popolazzjoni jew parti minnha tkun esposti għalih u għandu jiġi żgurat li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu miġġielda s-sorsi ta’ dan it-tniġġis. Konsegwentement, il-qbiż ta’ valur limitu f’punt ta’ kampjunament wieħed huwa biżżejjed sabiex jiskatta l-obbligu li jitfassal pjan dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi kkonstatat li nqabeż valur limitu stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-medja kkalkolata għal sena kalendarja, huwa biżżejjed li livell ta’ tniġġis li jaqbeż dan il-valur ikun tkejjel f’punt ta’ kampjunament iżolat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’talba mressqa għal dan l-iskop minn individwi li huma direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva, għandha tivverifika jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona partikolari ġewx installati f’konformità mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tadotta, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-miżuri kollha neċessarji, bħal, jekk tkun prevista mid-dritt nazzjonali, ordni, sabiex dawn il-punti ta’ kampjunament jiġu installati f’konformità ma’ dawn il-kriterji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi kkonstatat li nqabeż valur limitu stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-medja kkalkolata għal sena kalendarja, huwa biżżejjed li livell ta’ tniġġis li jaqbeż dan il-valur ikun tkejjel f’punt ta’ kampjunament iżolat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>