3.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 180/05)

1.   

Fis-26 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CSL Behring AG (“CSL Behring”, l-Awstralja), ikkontrollata minn CSL Limited (“CSL”, l-Awstralja), kumpanija pubblika elenkata fl-Australian Security Exchange,

—

Vifor Pharma Limited (“Vifor Pharma”, l-Iżvizzera), kumpanija pubblika elenkata fil-Borża tal-Iżvizzera.

CSL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Vifor Pharma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra minn CSL Limited fl-14 ta’ Diċembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CSL hija kumpanija tal-bijoteknoloġija b’portafoll ta’ mediċini, inklużi dawk li jittrattaw l-emifilja u n-nuqqasijiet immunitarji (permezz ta’ CSL Behring), kif ukoll vaċċini għall-prevenzjoni tal-influwenza (permezz tas-Seqirus), u permezz ta’ CSL Plasma, diviżjoni ta’ CSL Behring, topera netwerk ta’ ġbir tal-plażma,

—

Vifor Pharma hija attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi għat-trattament ta’ defiċjenza tal-ħadid, nefroloġija (kura tal-kliewi), u terapiji kardjorenali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).