Official Journal L 322 , 30/12/1995 P. 0018 - 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-kummerċ tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ (95/566/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari, l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2), tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim f'forma ta' Skambji ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-kummerċ tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ, li nbeda fil-15 ta' Diċembru 1992 kif modifikat mill-Ftehim f'forma ta' Skambji ta' Ittri li nbeda fl-20 ta' Diċembru 1994; Billi dan il-Ftehim f'forma ta' Skambji ta' Ittri għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, bla ħsara għall-applikazzjoni provviżorja reċiproka mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim f'forma ta' Skambji ta' Ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-kummerċ tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, sal-konklużjoni formali tiegħu, bla ħsara għall-applikazzjoni reċiproka mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċizjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1995.1 F'isem il-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles --------------------------------------------------