|
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 57/37 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/179/PESK
tad-29 ta’ Frar 2008
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ April 2005 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005), il-Kunsill adotta, fit-13 ta’ Ġunju 2005, il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/654/PESK (2) li temenda u testendi sal-15 ta’ Frar 2008 l-miżuri restrittivi kontra r-RDK, biex b’hekk tiġi implimentata Riżoluzzjoni 1771 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiiet Uniti (UNSCR). |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Frar 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta UNSCR 1799 (2008) li testendi l-miżuri kontra r-RDK sal-31 ta’ Marzu 2008. |
|
(4) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK għandha għalhekk tiġi estiża, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK, għandu jiġu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 8
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta, emendata jew revokata skond il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. COTMAN