1989R4060 — MT — 01.01.1992 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 4060/89

ta' l-21 ta' Diċembru 1989

dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam ta' trasport bit-triq u b'passaġġi ta' l-ilma interni

(ĠU L 390, 30.12.1989, p.18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3356/91 tas-7 ta' Novembru 1991

  L 318

1

20.11.1991




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 4060/89

ta' l-21 ta' Diċembru 1989

dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam ta' trasport bit-triq u b'passaġġi ta' l-ilma interni



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-propostà tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi element importanti tal-politika komuni tat-trasport taħt it-Trattat huwa li tinkiseb libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-qasam tat-trasport u billi, konsegwentement, huwa l-għan ta' dik il-politika li tiżdied il-fluwidità tal-moviment tal-mezzi differenti ta' trasport ġewwa l-Komunità;

Billi l-Komunità hija involuta fl-adozzjoni ta' miżuri bil-għan li jiġi stabbilit b'mod progressiv is-suq intern waqt perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992, li jikkomprendi kull żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment ħieles ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital huwa assigurat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

Billi skond il-White Paper tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull proposta lill-Kunsill sabiex jitneħħew kontrolli fuq il-fruntieri u formalitajiet relatati mal-mezzi ta' trasport intern u dokumentazzjoni;

Billi, kif previst b'leġislazzjoni tal-Komunità u nazzjonali esistenti fil-qasam ta' trasport bit-triq u permezz ta' trasport b'passaġġi ta' l-ilma nterni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kontrolli, verifikazzjonijiet u spezzjonijiet fir-rigward ta' karatteristiċi tekniċi, awtorizzazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra li vetturi u bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma intern iridu jikkonformaw għalih; billi dawn il-kontrolli, verifikazzjonijiet u spezzjonijiet għadhom jitkomplu b'mod ġenerali jiġu ġġustifikati sabiex jiġu evitati tfixkil għall-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport u sabiex tiġi assigurata sigurtà fuq it-toroq u fuq passaġġi ta' l-ilma intern;

Billi, taħt leġislazzjoni tal-Komunità eżistenti, l-Istati Membri huma ħielsa biex jorganizzaw u jwettqu l-kontrolli, verifikazjonijiet u spezzjonjiet hawn fuq imsemmija fejn huma jixtiequ imma fil-prattika normalment huma jiġu magħmula mal-fruntieri tagħhom;

Billi dawn il-kontrolli, verifikazjonijiet u spezzjonjiet jistgħu jsiru b'effikaċja ugwali ġewwa t-territorju ta' l-Istati Membri konċernati u l-qsim tal-fruntiera m'għandux iservi bħala pretest sabiex isiru dawn il-ħidmiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



l-Artikolu 1

Dan ir-Regolament japplika għal kontrolli li jsiru minn Stati Membri b'mod konformi mal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali fl-oqsma ta' trasport fuq it-triq jew fuq passaġġi ta' l-ilma intern li jistgħu jitbaħħru permezz ta' mezzi tat-trasport reġistrati jew impoġġija f'ċirkolazjoni ġewwa kull Stat Membru.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “fruntiera” tfisser jew kull fruntiera interna ġewwa l-Komunità jew kull fruntiera esterna, fejn il-ġarr bejn Stati Membri jinvolvi passaġġ minn kull pajjiż terz;

(b) “kontroll” ifisser kull iċċekkjar, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mal-fruntieri ta' l-Istati Membri mill-awtoritjiet nazzjonali, li tfisser kull waqfien jew kull restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-vetturi jew bastimenti konċernati.

L-Artikolu 3

Kontrolli, li għalihom sarert referenza fl-Anness, li jitwettqu b'mod konformi mal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali fl-oqsma ta' trasport fuq it-triq jew fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn Stati Membri m'għandhomx isiru iżjed bħala kontroll tal-fruntieri iżda biss bħala parti mill-proċeduri ta' kontroll normali applikati b'kull mod mhux diskriminatorju ġewwa t-territorju kollu ta' kull Stat Membru.

▼M1

L-Artikolu 3a

Kif u meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għall-Anness li jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam kopert b'dan ir-Regolament.

▼B

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS

PARTI 1

IL-LIĠI TAL-KOMUNITÀ

Direttivi

(a) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/364/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar prova ta' konformità ta' vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE dwar il-piz, dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħra ta' ċertu vetturi tat-triq ( 4 ) li tipprovdi li l-vetturi jistgħu jkunu soġġetti, fir-rigward ta' standards komuni dwar piż, għal kontrolli bl-addoċċ u, fir-rigward ta' standards komuni dwar dimensjonijiet, biss għal kontrolli fejn ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformità tad-Direttiva 85/3/KEE ( 5 ), kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 89/461/KEE ( 6 ) u d-Direttiva 88/218/KEE ( 7 ), id-Direttiva 88/218/KEE li temenda d-Direttiva 85/3/KEE, li tirreferi għal serje ta' dispożizzjonijiet li jistabbilixxu għal kontrolli għal tagħmir li huwa refriġerat mekkanikament.

(b) L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/143/KEE tad-29 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar testijiet li jaraw kemm huma tajbin għal fuq it-toroq vetturi u t-trejlers tagħhom ( 8 ) kif emendata bid-Direttiva 88/449/KEE ( 9 ), li tipprovdi li kull Stat Membru għandu jgħaraf il-prova li kull vettura għaddiet minn kull test li juri li hija tajba għal fuq it-triq maħruġ f'kull Stat Membru ieħor; dan l-att ta' għarfien jimplika li tista' ssir kull verifika mill-awtoritajiet nazzjonali kullimkien fit-territorji tagħhom.

(ċ) L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr sewwieqa għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq ( 10 ), li jistabbilixxi li prova ta' konformità mad-Direttiva tingħata permezz ta' kull numru ta' dokumenti li jridu jinżammu abbord il-vettura mikrija, viz., il-kuntratt tal-kirja u l-kuntratt ta' impjieg tas-sewwieq.

(d) L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 65/269/KEE tat-13 ta' Mejju 1965 dwar l-istandardizzazzjoni ta' ċerti regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-ġarr ta' oġġetti fuq it-triq bejn l-Istati Membri ( 11 ) kif emendata bid-Direttivi 83/572/KEE ( 12 ) u 85/505/KEE ( 13 ), li tipprovdi li l-awtorizzazzjonijiet iridu jinżammu fil-vettura u jintwerew fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni nazzjonali awtorizzat.

(e) L-Artikolu 3(3), (4) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE ta' l-20 ta' Jannar 1976 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji għan-navigabbilità, għal bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma intern ( 14 ) kif emendata mid-Direttiva 78/1016/KEE ( 15 ), li tgħid li l-liċenzja ta' navigabbilità, ċertifikati jew awtorizazzjonijiet iridu jintwerew fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali.

(f) L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta' l-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għal bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma intern ( 16 ), li tipprovdi li l-Istati Membri jistgħu f'kull ħin jikkontrollaw li kull bastiment qiegħed iġorr ċertifikat validu skond it-termini tad-Direttiva.

Regolamenti

(a) L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament Nru 117/66/KEE tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 1966 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach jew bix-xarabank ( 17 ), li jintitolaw lil kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzat li jivverifika u jikkontrolla ċ-ċertifikati u d-dokumenti kif previst fir-Regolament u stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1016/68 ( 18 ) kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2485/82 ( 19 ) (ċertifikat għat-trasport ta' ħaddiema bill-pullman u bix-xarabank; u ktieb ta' waybills tal-passiġġiera għal servizzi okkażjonali).

(b) L-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 516/72/KEE tat-28 ta' Frar 1972 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għal servizzi shuttle bil-coach u bix-xarabank bejn l-Istati Membri ( 20 ) kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2778/78 ( 21 ), li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni, il-lista ta' passiġġieri u d-dokument ta' vjaġġ ta' passiġġieri kif imfisser fir-Regolament u stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1172/72 ( 22 ) għandhom jinżammu fuq il-vettura u għandhom jintwerew fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzat.

(ċ) L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 517/72/KEE tat-28 ta' Frar 1972 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għal servizzi regolari jew speċjali bil-coach jew bix-xarabank bejn Stati Membri ( 23 ) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1301/78 ( 24 ), li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni kif prevista fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament u stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1172/72 għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tintwera fuq talba ta' kull uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzata.

(d) L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu leġislazzjoni soċjali dwar trasport fuq it-triq ( 25 ), li tintitola lill-Istati Membri li jadottaw miżuri li jkopru, inter alia, l-organizzazzjoni ta', proċedura għal u mezz ta' sistema ta' kull kontroll li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ġew osservati.

(e) L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar tagħmir ta' reġistrazzjoni fit-trasport fuq it-triq ( 26 ), li jintitola lill-Istati Membri li jadottaw miżuri li jkopru, inter alia, l-organizzazzjoni tal-proċedura għal, u l-mezz ta' kif għandhom isiru, kontrolli dwar jekk it-tagħmir josservax id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

(f) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3164/76 tas-16 ta' Diċembru 1976 dwar il-kwota tal-Komunità għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq bejn Stati Membri ( 27 ), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1841/88 ( 28 ), li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni tal-Komunità għandha tintwera fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzata.

▼M1

PARTI 2

LIĠI NAZZJONALI

(a) Kontrolli fuq liċenzi tas-sewqan ta' persuni li jsuqu vetturi għall-ġarr ta' oġġetti u persuni

(b) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti perikolużi u b'mod partikolari:

(i) Dokumenti

— Ċertifikat ta' taħriġ ta' sewwieq

— Struzzjonijiet dwar sigurtà

— Ċertifikat ta' approvazzjoni (ADR jew standards ekwivalenti)

— Kopja tad-deroga, jekk ikun il-każ (ADR jew standards ekwivalenti)

(ii) Identifikazzjoni tal-vettura li ġġorr l-oġġetti perikolużi

— Pjanċa oranġjo

— 

— konformità

— tqegħid fuq il-vettura

— Tabella fuq il-vettura li tindika periklu

— 

— konformità

— tqegħid fuq il-vettura

— Pjanċa ta' l-identifikazzjoni tat-tank (għal tankijiet fissi, li jistgħu jiġu żmuntati jew kontenituri)

— 

— preżenza u leġibilità

— data ta' l-aħħar spezzjoni

— timbru tal-korp li għamel l-ispezzjoni

(iii) Tagħmir tal-vettura (ADR jew standards ekwivalenti)

— Apparat għat-tifi tan-nar addizzjonali

— Apparat speċjali

(iv) Tgħabija tal-vettura

— Tgħabija żejda (skond il-kapaċità tat-tank)

— Sigurtà ta' pakketti

— Projbizzjoni ta' tgħabija mħallta

(ċ) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli u b'mod partikolari:

(i) Dokumenti

— Ċertifikat ta' konformità għall-tagħmir

(ii) Apparat speċjali użat għall-ġarr ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli

— Pjanċa ta' konformità

— Marki ta' identifikazzjoni

(iii) Operat ta' tagħmir speċjali

— Kondizzjonijiet tat-temperatura.



( 1 ) ĠU C 58, tas-7.3.1989, p. 7.

( 2 ) ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 55.

( 3 ) ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 24.

( 4 ) ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48.

( 5 ) ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14.

( 6 ) ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 7.

( 7 ) ĠU L 98, tal-15.4.1988, p. 48.

( 8 ) ĠU L 47, tat-18.2.1977, p. 47.

( 9 ) ĠU L 222, tat-12.8.1988, p. 10.

( 10 ) ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

( 11 ) ĠU 88, ta' l-24.5.1965, p. 1469/65.

( 12 ) ĠU L 322, tat-28.11.1983, p. 33.

( 13 ) ĠU L 309, tal-21.11.1985, p. 27.

( 14 ) ĠU L 21, tad-29.1.1976, p. 10.

( 15 ) ĠU L 349, tat-13.12.1978, p. 31.

( 16 ) ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1.

( 17 ) ĠU 147, tad-9.8.1966, p. 2688/66.

( 18 ) ĠU L 173, tat-22.7.1968, p. 8.

( 19 ) ĠU L 265, tal-15.9.1982, p. 5.

( 20 ) ĠU L 67, ta' l-20.3.1972, p. 13.

( 21 ) ĠU L 333, tat-30.11.1978, p. 4.

( 22 ) ĠU L 134, tat-12.6.1972, p. 1.

( 23 ) ĠU L 67, ta' l-20.3.1972, p. 19.

( 24 ) ĠU L 158, tas-16.6.1978, p. 1.

( 25 ) ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1.

( 26 ) ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

( 27 ) ĠU L 357, tad-29.12.1976, p. 1.

( 28 ) ĠU L 163, tat-30.6.1988, p. 1.