|
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1103/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libja aġġorna l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
L-entrati stipulati fl-Anness II u tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
DORDA, Abu Zayd Umar
Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.
Status/post preżunt: detenut fil-Libja.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).
AL-SENUSSI, Il-Kurunell Abdullah
Titlu: Kurunell
Data tat-twelid: 1949
Post tat-twelid: is-Sudan
Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah
Numru tal-passaport: B0515260
Data tat-twelid: 1948
Post tat-twelid: Anefif (Kidal), Mali
Data tal-ħruġ: l-10 ta' Jannar 2012
Inħareġ fi: Bamako, Mali
Data ta' skadenza: 10 Jan 2017
Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah
Nurmu tal-Karta tal-Identità ta' Mali: 073/SPICRE
Post tat-twelid: Anefif, Mali
Data tal-ħruġ: is-6 ta' Diċembru 2011
Inħarġet fi: Essouck, Mali
Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.
Status/post preżunt: detenut fil-Libja
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).