Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Fl‑ewwel lok, talba għall‑annullament tad‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2004) 2826, tat‑3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l‑Artikolu 81 [KE] u l‑Artikolu 53 tal‑Ftehim ŻEE (Każ COMP/E‑1/38.069 – Pajpijiet tar‑ram għall‑plumbing) u, fit‑tieni lok, sussidjarjament, talba għat‑tnaqqis tal‑ammont tal‑multi imposti permezz ta’ din id‑deċiżjoni fuq ir‑rikorrenti u, fit‑tielet lok, kontrotalba tal‑Kummissjoni għaż‑żieda tal‑imsemmi ammont.
Dispożittiv
1) Ir‑rikors huwa miċħud.
2) Il‑kontrotalba mressqa mill‑Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
3) Wieland Werke AG, Buntmetall Amstetten GmbH u Austria Buntmetall AG għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom u 90 % tal‑ispejjeż sostnuti mill‑Kummissjoni.
4) Il‑Kummissjoni għandha tbati 10 % tal‑ispejjeż tagħha.
5) Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea għandu jbati l‑ispejjeż tiegħu.