|
8.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9837 — BP/Sinopec Fuel Oil Sales/BP Sinopec Marine Fuels)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 6/13)
1.
Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BP Plc (ir-Renju Unit), |
|
— |
Sinopec Fuel Oil Sales Co. Ltd (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), ikkontrollata miċ-China Petrochemical Corporation (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), |
|
— |
BP Sinopec Marine Fuels Pte Ltd |
BP Plc u Sinopec Fuel Oil Sales Co. Ltd jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ BP Sinopec Marine Fuels Pte Ltd.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BP Plc: l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali; ir-raffinar, il-kummerċjalizzazzjoni, il-forniment u t-trasport ta’ prodotti petroliferi; il-produzzjoni u l-provvista ta’ petrokimiċi u prodotti relatati; u l-provvista ta’ enerġija alternattiva, |
|
— |
Sinopec Fuel Oil Sales Co. Ltd: il-forniment ta’ prodotti u servizzi taż-żejt lil bastimenti kummerċjali domestiċi u internazzjonali, |
|
— |
BP Sinopec Marine Fuels Pte Ltd provvista bl-ingrossa u bl-imnut ta’ karburanti tal-bunker fl-Ewropa, l-Asja u l-Lvant Nofsani. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9837 — BP/Sinopec Fuel Oil Sales/BP Sinopec Marine Fuels
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).