2010R0479 — MT — 01.12.2011 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 479/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(ĠU L 135, 2.6.2010, p.26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1041/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010

  L 299

4

17.11.2010

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2011 tat-23 ta’ Frar 2011

  L 49

16

24.2.2011

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011

  L 302

30

19.11.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 479/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 192(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-iskambju bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 ( 2 ) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 ( 3 ) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(2)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 562/2005 diġà ġie emendat u jenħtiġulu xi emendi oħra, partikolarment biex jiġu aġġornati r-referenzi għal Regolamenti oħrajn, huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li r-Regolament (KE) Nru 562/2005 jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(3)

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina jistgħu jiġu stabbiliti biss abbażi tal-informazzjoni dwar il-bidliet fil-prezzijiet kemm fis-suq intern kif ukoll fil-kummerċ internazzjonali.

(4)

Huwa meħtieġ li jkun jista’ jsir paragun bejn il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għall-prodotti, partikolarment għall-finijiet li jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet u l-ammonti ta’ għajnuna. Huwa meħtieġ ukoll li tissaħħaħ l-affidabbiltà ta’ dawk il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet, billi tiġi ppiżata d-dejta.

(5)

Sabiex jiġi ssimplifikat u jittaffa l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali, in-notifiki tal-prezzijiet kull ġimgħa għandhom ikunu limitati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni hija meħtieġa għall-monitoraġġ mill-viċin tas-suq tal-ħalib. In-notifiki ta’ kull xahar għandhom jiġu pprovduti għal prodotti oħrajn filwaqt li n-notifiki għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni mhijiex essenzjali, għandhom jitħassru.

(6)

In-notifiki tal-prezzijiet għall-prodotti li jsiru minn inqas minn tliet produtturi f’kull Stat Membru għandhom jiġu mmarkati bħala kunfidenzjali u għandhom jintużaw biss mill-Kummissjoni u ma għandhom jintwerew imkien.

(7)

L-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti li għalihom hija meħtieġa liċenzja tal-importazzjoni hija essenzjali għas-sorveljanza aħjar tas-suq tal-ħalib. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ( 4 ), mill-1 ta’ Lulju 2008 l-liċenzji tal-importazzjoni huma meħtieġa biss għall-importazzjonijiet preferenzjali.

(8)

L-Artikolu 11(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ( 5 ) jipprovdi għan-notifiki lill-Kummissjoni tal-kwantitajiet koperti bil-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa u l-kwantitajiet koperti bil-liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew użati parzjalment skont il-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet orizzontali jirrigwardaw l-istess informazzjoni bħal dik koperta sa issa mill-Artikolu 7(1) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005. L-obbligu li dik l-informazzjoni tiġi nnotifikata għalhekk ma għandux jiġi inkluż fir-Regolament il-ġdid.

(9)

L-Artikolu 1(2)(a)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli ( 6 ) jipprovdi għall-każijiet u l-prodotti li jkunu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Il-Parti K tal-Anness II għar-Regolament tistabbilixxi lista tal-prodotti tal-ħalib importati skont il-kundizzjonijiet preferenzjali, li huma differenti mill-kwoti tat-tariffa, u sottomessi għal liċenzja tal-importazzjoni. Għal dawn il-prodotti, in-notifiki jridu jsiru lill-Kummissjoni.

(10)

Il-Kapitolu III tat-Titlu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprovdi għal ċerti kwoti tal-importazzjoni li għandhom jiġu amministrati permezz ta’ ċertifikati “inward-monitoring arrangement” IMA 1 maħruġa mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ prodotti li għaliha jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni abbażi taċ-ċertifikati IMA 1. L-esperjenza wriet li din in-notifika mhux dejjem tkun biżżejjed biex tippermetti dawn l-importazzjonijiet biex jiġu mmonitorjati mill-qrib f’kull stadju. Id-dispożizzjoni għandha tiġi stabbilita għan-notifika tal-informazzjoni addizzjonali.

(11)

Il-monitoraġġ preċiż u regolari tal-fluss tal-kummerċ biex jiġi vvalutat l-effett tar-rifużjonijiet jeħtieġ informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet ta’ prodotti li għalihom ir-rifużjonijiet huma stabbiliti, speċjalment il-kwantitajiet mogħtija taħt il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti.

(12)

L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skont is-Serje tal-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE ( 7 ), titlob li tingħata firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, b’mod partikolari rigward l-applikazzjonijiet għal liċenzja u l-mod li bih jinħarġu l-liċenzji, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-attivitajiet li jsiru skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Hija meħtieġa informazzjoni rapida dwar ix-xejriet tal-esportazzjoni sabiex jagħmlu użu massimu mill-arranġamenti li jsiru.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 8 ) jistabbilixxi regoli speċjali għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib lejn il-Kanada, l-Istati Uniti u r-Repubblika Dominikana. Għandha ssir dispożizzjoni għall-informazzjoni rilevanti li trid tiġi nnotifikata.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jintroduċi arranġamenti speċifiċi għall-għoti tar-rifużjonijiet fuq ingredjenti li joriġinaw mill-UE f’ġobon ipproċessat iffabbrikat skont l-arranġamenti ta’ proċessar intern. Id-dispożizzjoni għandha ssir għan-notifika tal-informazzjoni rilevanti.

(15)

L-esperjenza miksuba matul is-snin fl-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni wriet li l-frekwenza ta’ xi notifiki tista’ titnaqqas mingħajr ma tintilef l-informazzjoni essenzjali.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

MİŻURI MARBUTA MAL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦALIB XKUMAT U TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

Artikolu 1

1.  Fil-każ tal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 99(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat użat fl-oġġetti tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a) il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel komposti koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat;

(b) il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat imħallat kopert bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat;

(c) il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel komposti koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat.

2.  Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina u kaseinati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar, dwar il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ta’ qabel. Dawn il-kwantitajiet għandhom jinqasmu skont il-kwalità tal-kaseina jew il-kaseinati magħmula.



KAPITOLU II

PREZZIJIET

Artikolu 2

1.  Mhux iktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa f’12 a.m. (ħin ta’ Brussell), u fir-rigward tal-prezzijiet ta’ kif joħorġu mill-fabbrika rreġistrati fil-ġimgħa ta’ qabel għall-prodotti elenkati fl-Anness I.A, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a) il-prezzijiet għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 6, fejn il-produzzjoni nazzjonali tirrappreżenta 1 % jew iktar tal-produzzjoni tal-UE;

(b) il-prezzijiet għall-ġobnijiet li jirrappreżentaw 4 % jew iktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.

Il-produzzjoni nazzjonali u tal-UE tal-butir imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Anness I.A li għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun il-produzzjoni totali għaż-żewġ prodotti msemmijin f’dawk il-punti.

▼M3

2.  Mhux iktar tard mill-15 ta’ kull xahar, u fir-rigward tal-prezzijiet ta’ kif joħorġu mill-fabbrika rreġistrati fix-xahar ta’ qabel għall-prodotti elenkati fl-Anness I.B, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

▼B

(a) il-prezzijiet għal kull prodott, minbarra l-ġobnijiet, fejn il-produzzjoni nazzjonali tirrappreżenta 2 % jew iktar tal-produzzjoni tal-UE.

(b) il-prezzijiet għall-ġobnijiet, skont it-tip, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1(b), li jirrappreżentaw 8 % jew iktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr imma mhux iktar tard minn tmiem ix-xahar:

(a) il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat, bil-kontenut ta’ xaħam u ta’ proteini reali, imħallas lill-produtturi tal-ħalib fit-territorju tagħhom, għall-kunsinni fix-xahar ta’ qabel;

(b) il-prezz stmat għall-kunsinni fix-xahar li jkunu fih, jekk ikun disponibbli.

▼M3

4.  Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, “il-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika” ifisser il-prezz li bih il-prodott jinxtara mill-intrapriża, minbarra t-taxxi (VAT) u kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, pallets, assigurazzjoni, eċċ.).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezz innotifikat huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni prevalenti fis-suq. Il-prezz innotifikat għandu jkun ibbażat fuq l-iktar sors disponibbli adegwat tal-informazzjoni, jiġifieri fuq:

(a) il-bejgħ li kien fatturat fil-perjodu ta’ referenza;

u/jew

(b) il-kuntratti konklużi fil-perjodu ta’ referenza għal kunsinni fi żmien tliet xhur.

▼B

Artikolu 3

1.  Il-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 2 għandhom jiġu espressi bħala medji ppiżati, bil-munita nazzjonali għal kull 100 kg.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni nnotifikata fuq il-prezzijiet hija rappreżentattiva, preċiża u kompluta. Għal din il-fini, sal-15 ta’ Awwissu 2010 l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport abbażi tal-mudell stabbilit fl-Anness II. Għandu jiġi sottomess rapport ġdid kull darba li jkun hemm bżonn jinbidel xi element mir-rapport ta’ qabel.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa fi ħdan il-limiti taż-żmien rilevanti.

4.  Qabel il-15 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I.A and I.B:

(a) meta prezz li jrid jiġi nnotifikat ikollu x’jaqsam ma’ prodott li jsir minn inqas minn tliet produtturi fi Stat Membru, il-kelma “kunfidenzjali” għandha tidher fil-kolonna tar-“rimarki” tal-Annessi I.A u I.B. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata kunfidenzjali u għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ aggregazzjoni;

(b) għall-ġobnijiet, l-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar li għaliha qed jiġi rrappurtat il-prezz;

(c) għall-prodotti differenti mill-ġobnijiet, meta l-prezz ikun jaqbel ma’ unità ta’ ppakkjar differenti tal-prodott u mhux ma’ dik murija fil-kolonna “unità rappreżentattiva tal-ippakkjar”, l-unità tal-ippakkjar attwali tal-prodott li għalih huwa rrappurtat il-prezz għandha tidher fil-kolonna tar-“rimarki” tal-Annessi I.A u I.B.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull darba li wieħed mill-elementi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu jkun jeħtieġ li jiġi aġġornat.



KAPITOLU III

NEGOZJU



TAQSIMA 1

Importazzjonijiet

Artikolu 4

Sa mhux iktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib importati skont il-kundizzjonijiet preferenzjali li huma differenti mill-kwoti tat-tariffi għax-xahar ta’ qabel, kif imsemmi fil-Parti K tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li għalih ġew skedati l-liċenzji tal-importazzjoni, imqassma skont il-kodiċi tan-NM u l-kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini.

In-notifiki għandhom jinkludu l-prospetti nulli.

Artikolu 5

Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu fir-rigward tas-sena ta’ qabel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dejta li ġejja lill-Kummissjoni, imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li tikkonċerna l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat IMA 1, skont it-Titolu 2, il-Kapitolu III, it-Taqsima 1 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li jispeċifika n-numri taċ-ċertifikat IMA 1:

(a) il-kwantità ta’ prodotti koperti biċ-ċertifikat u d-data tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni;

(b) il-kwantità ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom ġiet irrilaxxata s-sigurtà.

In-notifiki għandhom jinkludu l-prospetti nulli.



TAQSIMA 2

Esportazzjonijiet

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sas-6 p.m. ta’ kull jum ta’ xogħol:

(a) il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi ta’ destinazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet sottomessi dak il-jum għal liċenzji:

(i) kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b)(ii) tar-Regolament(KE) Nru 376/2008, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikoli 15 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009,

(ii) kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

▼M1

(b) fejn xieraq, li l-ebda applikazzjoni ma tkun ġiet sottomessa dakinhar, minbarra meta l-ebda prodott imsemmi fil-Parti 9 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 ( 9 ); ikun suġġett għal rifużjoni jew meta tkun applikabbli biss rifużjoni b’rata żero;

▼B

(c) il-kwantitajiet, imqassma skont l-applikazzjoni u skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi tad-destinazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet sottomessi dakinhar għal-liċenzji provviżorji msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, b’indikazzjoni ta’:

(i) id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti, flimkien ma’ kopja tad-dokument li jikkonferma l-istedina għall-offerti għall-kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni,

(ii) il-kwantità ta’ prodotti koperti bl-istedina għall-offerti;

(d) il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u bil-kodiċi ta’ destinazzjoni, li għalihom kienu nħarġu definittivament liċenzji provviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jew ġew imħassra dakinhar, id-data tal-liċenzja provviżorja u l-kwantità li tkopri;

(e) fejn xieraq, il-kwantità riveduta tal-prodotti koperti bl-istedina għall-offerti msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;

(f) il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti bil-liċenzji b’rifużjoni maħruġa skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

2.  Fir-rigward tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1(c)(i), fejn ġew sottomessi diversi applikazzjonijiet għall-istess stedina għall-offerti, tkun biżżejjed notifika waħda għal kull Stat Membru.

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja qabel is-16-il jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

▼M3

(a) il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, skont il-kodiċi tad-destinazzjoni u d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji mħassra skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(b) il-kwantitajiet mhux użati fuq liċenzji skaduti u ritornati fix-xahar ta’ qabel u li jkunu ilhom li nħarġu mill-1 ta’ Lulju tas-sena GATT attwali, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi tad-destinazzjoni;

▼B

(c) il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-ħalib, imqassma skont il-kodiċi NM u skont il-kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini, li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) tat-Trattat u li huma importati għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 30, skont l-Artikolu 12(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 ( 10 ) u li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(d) il-kwantitajiet imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li għalihom inħarġu l-liċenzji u fejn ma tapplika ebda rufużjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

2.  Qabel il-31 ta’ Diċembru, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li għalihom inħarġu l-liċenzji għas-sena tal-kwota ta’ wara, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

▼M2

3.  B’deroga mill-Artikolu 8, in-notifiki msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 11 ).

▼B



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 8

1.  Skont dan ir-Regolament, in-notifiki lill-Kummissjoni għandhom isiru mill-Istati Membri b’mezzi elettroniċi billi jużaw il-metodi li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.  Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti abbażi ta’ mudelli jew metodi li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati, kif xieraq.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha żżomm disponibbli għall-Istati Membri d-dejta, l-informazzjoni u d-dokumenti trażmessi minnhom.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2005 huwa mħassar.

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 562/2005 għandu jibqa’ japplika għat-trażmissjoni tad-dejta u d-dokumenti relatati mal-perjodu ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi li saru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I.A



NOTIFIKA TA’ KULL ĠIMGĦA

Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.  Trab tax-xorrox

0404 10 02

25 kg

 

2.  Trab tal-ħalib xkumat li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità meħtieġa għal intervent

0402 10 19

25 kg

 

3.  Trab tal-ħalib xkumat għall-għalf

0402 10 19 ANIM

20 t

 

4.  Trab tal-ħalib intier

0402 21 19

25 kg

 

5.  Butir - mhux immellaħ

0405 10 19

25 kg

 

6.  Butir - mhux immellaħ

0405 10 11

250 g

 

7.  Żejt tal-butir

0405 90 10

200 kg

 

8.  Cheddar, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 21

 (1)

 

9.  Gouda, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 78

 (1)

 

10.  Edam, 40 sa 45 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 23

 (1)

 

11.  Emmental, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 13

 (1)

 

(1)   Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.




ANNESS I.B



NOTIFIKA TA’ KULL XAHAR

Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.  Kaseina

3501 10

25 kg (xkejjer)

 

2.  Ġobnijiet:

 
 
 

—

 

 (1)

 

—

 

 (1)

 

—

 

 (1)

 

—

 

 (1)

 

—

 

 (1)

 

(1)   Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.

▼B




ANNESS II

L-elementi li se jiddaħħlu fir-rapport dwar il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat u l-prodotti tal-ħalib li għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni ( 12 )skont l-Artikolu 3

1. Organizzazzoni u struttura tas-suq:

Stampa ġenerali tal-istruttura tas-suq għall-prodott inkwistjoni

2. Definizzjoni tal-prodott:

Il-kompożizzjoni (il-kontenut ta’ xaħmijiet, il-kontenut ta’ materja niexfa, il-kontenut tal-ilma fil-materja mhux xaħmija), il-klassifikazzjoni ta’ kwalità, l-età jew l-istadju tal-maturazzjoni, il-preżentazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ippakkjar (eż. fi kwantità, fi xkejjer ta’ 25 kg), karatteristiċi oħra

3. Post u proċedura ta’ reġistrazzjoni:

(a) l-entità responsabbli għall-istatistika tal-prezzijiet (l-indirizz, il-feks, il-posta elettronika);

(b) l-għadd ta’ punti ta’ reġistrazzjoni u ż-żona ġeografika jew ir-reġjun fejn japplikaw il-prezzijiet;

▼M3

(c) il-metodu ta’ stħarriġ: għandha tingħata indikazzjoni mingħand liema partijiet ikkonċernati (il-produtturi, l-ewwel xerrejja) id-dejta toriġina u b’liema mod jew metodu d-dejta tinġabar;

▼B

(d) l-ipproċessar statistiku tal-prezzijiet, inklużi l-fatturi ta’ konverżjoni għall-qlib mill-piż tal-prodott għall-piż rappreżentattiv, stipulat fl-Anness I.

4. Produzzjoni:

Il-produzzjoni (annwali) fl-Istati Membri

5. Rappreżentattività:

Is-sehem tal-volum irreġistrat (eż. f’% tal-produzzjoni annwali)

6. Aspetti rilevanti oħra




ANNESS III



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

—

Artikolu 2

—

Artikolu 3

—

Artikolu 4

—

Artikolu 5

Artikolu 1

Artikolu 6(1)

Artikolu 2(1)

—

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 2(3), 3(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 2(4)

—

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(1)

—

Artikolu 7(2)

—

Artikolu 7(3)

—

Artikolu 7(4)

Artikolu 4

Artikolu 7(5)

Artikolu 4

Artikolu 7(6)

—

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 9(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(3)

—

Artikolu 10

—

Artikolu 11(a)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 11(b)

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 11(c)

—

Artikolu 11(d)

Artikolu 7(1)(c)

Artikolu 11(e)

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 11(e)

Artikolu 7(2)

Artikolu 12

—

Artikolu 13

—

Artikolu 14

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 9

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 17

Artikolu 11

Anness I

—

Anness II

—

Anness III

—

Anness IV

—

Anness V

—

Anness VI

Anness I.A u I.B

Anness VII

—

Anness VIII

—

Anness IX

—

Anness X

—

Anness XI

—

Anness XII

Anness II

Anness XIII

Anness III



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

( 3 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48.

( 4 ) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

( 5 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

( 6 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

( 7 ) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

( 8 ) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

( 9 ) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

( 10 ) ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

( 11 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

( 12 ) Ir-rapport għandu jintbagħat fl-indirizz li ġej: il-Kummissjoni Ewropea – DĠ AGRI.C.4 – il-prodotti li ġejjin mill-annimali.