16.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10153 — Orange/Telekom Romania Communications)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 231/04)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Orange S.A. (“Orange”, Franza),

—

Telekom Romania Communications S.A. (“TKR”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Deutsche Telekom AG (“DT”, il-Ġermanja).

Orange takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ TKR kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Orange: operatur tat-telekomunikazzjonijiet globali, attiva fir-Rumanija permezz tas-sussidjarji tagħha Orange Romania S.A. u Orange Business Romania S.A., li primarjament toffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli li jiddependu fuq in-network mobbli tagħha stess, u sa ċertu punt limitat ħafna, servizzi tat-telefonija fissa, tal-internet fiss u tat-TV li jiddependu kważi esklużivament fuq infrastruttura ta’ terzi persuni,

—

TKR: fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fissa, servizzi tat-TV u pakketti multiple play lil klijenti residenzjali u mhux residenzjali, servizzi bl-ingrossa lil operaturi oħra tat-telekomunikazzjonijiet, u sa ċertu punt limitat ħafna, servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli bħala Operatur ta’ Network Virtwali Mobbli li jiddependi fuq ftehim ma’ Telekom Romania Mobile Communications, kollha fir-Rumanija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10153 — Orange/Telekom Romania Communications

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).