European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1414

22.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1414

tal-21 ta’ April 2026

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxiet is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2028.

(2)

Il-Libanu huwa wieħed mid-19-il Stat Parteċipanti fi PRIMA, wara li kkonkluda ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tiegħu fi PRIMA (4) (“il-Ftehim dwar PRIMA”). Il-Ftehim dwar PRIMA għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm tibqa’ fis-seħħ id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) estendiet id-durata ġenerali ta’ PRIMA sal-31 ta’ Diċembru 2031 u pprevediet li l-Libanu jkompli jipparteċipa fi PRIMA fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa (6), soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehim, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim dwar PRIMA.

(4)

Peress li l-Libanu esprima l-interess tiegħu li jkompli jipparteċipa fi PRIMA fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa, jenħtieġ li jaċċetta formalment it-termini u l-kundizzjonijiet aġġornati għal din il-parteċipazzjoni.

(5)

Għal dak il-għan, fid-9 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/2621 (7) li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim dwar PRIMA, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi PRIMA fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa.

(6)

In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fit-22 ta’ Lulju 2024, u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/521 (8), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fit-8 ta’ Diċembru 2025, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(7)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (9).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (10).

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ April 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Approvazzjoni tas-26 ta’ Marzu 2026 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1324/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1291/oj).

(4)  Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L 79, 22.3.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/467/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2621 tad-9 ta’ Novembru 2023 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehimiet, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemendaw u jissupplimentaw il-ftehimiet għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, ir-Repubblika Libaniża u r-Renju tal-Marokk, rispettivament, li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ Orizzont Ewropa fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) imwettqa b’mod konġunt minn diversi Stati Membri (ĠU L, 2023/2621, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2621/oj).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/521 tal-10 ta’ Marzu 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L, 2025/521, 18.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/521/oj).

(9)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2026/1415, 29.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/1415/oj.

(10)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1414/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)