29.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 24/54


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/81/PESK

tat-28 ta’ Jannar 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK dwar is-Sierra Leone

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ġunju 1998, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK dwar is-Sierra Leone (1) sabiex jimplimenta l-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1171(1998).

(2)

Fil-21 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1793(2007) li tipprevedi eżenzjoni mill-miżuri imposti mill-paragrafu 5 ta’ UNSCR 1171(1998). Il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK għandu jiddaħħal it-tielet paragrafu li ġej:

“Il-miżuri previsti fl-ewwel paragrafu m’għandhomx japplikaw għall-vjaġġi ta’ kwalunkwe xhud li l-preżenza tiegħu hija meħtieġa quddiem il-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone.”

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU L 187, 1.7.1998, p. 1.