|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/78 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Ottubru 2014
li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali porċini domestiċi
(notofikata bid-dokument C(2014) 7921)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/759/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula, inter alia, il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam. Din tistipula li għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss kunsinni ta' prodotti tal-laħam li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbiliti fl-Anness III ta' dik id-Deċiżjoni. Dan il-mudell jinkludi garanziji fir-rigward tat-Trichinella. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (3) jistabbilixxi regoli għall-kampjunar ta' karkassi ta' speċijiet suxxettibbli għal infezzjonijiet tat-Trichinella u għad-determinazzjoni tal-istatus ta' rziezet li fihom jinżammu majjali domestiċi. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (4) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar fil-ħin tal-qatla lil irziezet li huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 216/2014 jistabbilixxi li rziezet li fihom jinżammu majjali domestiċi jistgħu biss jiġu rikonoxxuti bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jekk, inter alia, l-operatur tan-negozju tal-ikel jintroduċi majjali domestiċi ġodda f'dawn l-irziezet biss jekk dawn ikunu ġejjin minn irziezet oħra li huma rikonoxxuti b'mod uffiċjali bħala li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. |
|
(4) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-rekwiżiti relatati mal-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2014. |
|
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam minn annimali porċini domestiċi, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa skont il-verżjoni tad-Deċiżjoni 2007/777/KE ta' qabel ma ġew introdotti fiha l-emendi b'din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, soġġett għal ċertu kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt II.2.3.1. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-Parti II tan-Noti, in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (5):
|
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Marzu 2015, jistgħu jkomplu jiddaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta' prodotti tal-laħam akkumpanjati miċ-ċertifikat rilevanti maħruġ mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015 b'konformità maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fil-verżjoni tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).