IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.6.2020
COM(2020) 267 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim
ABBOZZ
TAD-DEĊIŻJONI Nru .../… TAL-KUMITAT KONĠUNT KE/GŻEJJER FAEROE
ta’ … 2020
li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra
Il-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,
Billi:
(1)Il-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jikkonċerna t-trattament tariffarju u l-arranġamenti applikabbli għal ċerti ħut u prodotti tas-sajd rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea jew importati fil-Gżejjer Faeroe. L-Anness tal-Protokoll 1 jindika d-dazji doganali preferenzjali u l-kundizzjonijiet l-oħra li għandhom jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe.
(2)Il-Gżejjer Faeroe ressqu talba abbażi tal-Artikolu 36 tal-Ftehim biex il-kodiċijiet NM 0303 53 90 u 1604 13 90 jiżdiedu mal-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim. L-Unjoni Ewropea tikkunsidra, wara l-eżami tas-suq rilevanti, li dawn il-prodotti jistgħu jiġu importati mingħajr dazju fl-Unjoni Ewropea u mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi.
(3)Il-Protokoll 4 tal-Ftehim jikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli għajr dawk elenkati fil-Protokoll 1.
(4)Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea inizjalment tat konċessjonijiet tariffarji għall-għalf tal-ħut tal-Gżejjer Faeroe, fir-rigward ta’ kwota tariffarja mingħajr dazju annwali ta’ 5 000 tunnellata. Din il-kwota tariffarja bla dazju ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe, li żdiedet għal 10 000 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2000 u bid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe, li żdiedet għal 20 000 tunnellata u bil-kundizzjoni li l-għalf tal-ħut li jibbenefika mir-reġim preferenzjali ta’ importazzjoni ma jkollux glutina miżjuda.
(5)Il-Gżejjer Faeroe talbu li jiġi emendat il-Protokoll 4 tal-Ftehim billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-glutina miżjuda li tinsab fl-għalf tal-ħut li jibbenefika mit-trattament preferenzjali, peress li l-glutina saret materja prima essenzjali fil-kompożizzjoni tal-għalf tal-ħut.
(6)L-Artikolu 2 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim jelenka l-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea, li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, li għalihom il-Gżejjer Faeroe ma jagħtux libertà minn tariffi u dazji meta jiġu importati fil-Gżejjer Faeroe.
(7)L-Unjoni Ewropea talbet li tinfetaħ kwota tariffarja bla dazju għall-kodiċi NM 0204, 0206 80 99, 0206 90 99, 0210 90 11, 0210 90 60, ex 0210 90 90, li huma elenkati fl-Artikolu 2 tal-Protokoll 4. Il-Gżejjer Faeroe jikkunsidraw li tista’ tingħata kwota tariffarja bla dazju ta’ 80 tunnellata ta’ esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ dawn il-prodotti, suġġetti għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin bi kwota tariffarja bla dazju ta’ 40 tunnellata.
(8)Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokolli 1 u 4 jiġu emendati skont dan,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-Tabella I fl-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim hija emendata kif ġej:
(1)Bejn il-kodiċi NM 0303 50 98 u l-kodiċi NM 0303 60 11, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
“0303 53 90
|
– – – Aringi żgħar jew laċċi koħol (Sprattus sprattus)
|
0”
|
|
(2)Bejn il-kodiċi NM 1604 12 99 u l-kodiċi NM 1604 19, jiddaħħlu ir-ringieli li ġejjin:
|
“1604 13
1604 13 90
|
– – Sardin, sardinelli u aringi żgħar jew laċċi koħol
– – – Sardin:
– – – Oħrajn
|
0”
|
|
Artikolu 2
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
(1)L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-prodotti li joriġinaw minn u li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe l-kwoti tariffarji li ġejjin:
|
Kodiċi NM
|
Deskrizzjoni
|
Rata ta’ dazju
|
Kwota tariffarja (TQ) fit-tunnellata
|
|
0204
0206 80 99
0206 90 99
0210 90 11
0210 90 19
0210 90 60
ex 1601
ex 1602
|
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat
Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, frisk jew imkessaħ
Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, iffriżat
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat, bl-għadma
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat, mingħajr għadma
Ġewwieni li jittiekel tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat
Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:
— Tan-nagħaġ u tal-mogħoż
Laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm ieħor preparat jew ppreservat:
— Tan-nagħaġ u tal-mogħoż
|
0
0
0
0
0
0
0
|
20
|
|
ex 2309 90 10
ex 2309 90 31
ex 2309 90 41
|
Għalf tal-ħut
|
0
|
20 000
|
”
(2)Jiżdied l-Artikolu 3 li ġej:
“Artikolu 3
Il-Gżejjer Faeroe għandhom jiftħu l-kwoti tariffarji li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Unjoni Ewropea:
|
Kodiċi NM
|
Deskrizzjoni
|
Rata ta’ dazju
|
Kwota tariffarja (TQ) fit-tunnellata
|
|
0204
0206 80 99
0206 90 99
0210 90 11
0210 90 60
ex 0210 90 90
|
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat
Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, frisk jew imkessaħ
Ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ u l-mogħoż, iffriżat
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat, bl-għadma
Ġewwieni li jittiekel tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat
Dqiq u pasti li jittieklu tal-laħam jew tal-ġewwieni tan-nagħaġ u l-mogħoż
|
0
0
0
0
0
0
|
|
40 fl-2020, fl-2021 u fl-2022:
80 mis-sena 2023
|
”
(3)L-Anness I jitħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….