European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1914

19.9.2025

REGOLAMENT (UE) 2025/1914 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Settembru 2025

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 175, 177, 178 u 322 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

F’dawn l-aħħar snin, id-dinamika ġeopolitika kienet ikkaratterizzata minn inċertezza profonda, li teħtieġ evalwazzjoni mill-ġdid fundamentali tal-awtonomija strateġika u tar-reżiljenza u tas-salvagwardja tal-prinċipji demokratiċi u tal-istat tad-dritt tal-Unjoni flimkien mal-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, soċjali u teknoloġiċi. Dawk it-tranżizzjonijiet simultanji juru l-ħtieġa urġenti li jingħalaq id-distakk fl-innovazzjoni, li jiġu aċċellerati l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni, biex tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika u li jitnaqqsu d-dipendenzi esterni, billi jiġu diversifikati l-ktajjen tal-provvista, tiżdied l-enerġija ekoloġika prodotta domestikament, u jsir investiment f’setturi kritiċi.

(2)

Bħala l-istrument ewlieni ta’ investiment tal-Unjoni fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali, il-politika ta’ koeżjoni tixpruna investimenti mmirati li jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif stabbilit fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), filwaqt li, fl-istess ħin, tindirizza l-isfidi emerġenti. Barra minn hekk, ir-rieżami ta’ nofs it-terminu jimpenja ruħu li jirrispetta l-prinċipju tas-sħubija u l-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli biex tiġi ssalvagwardjata implimentazzjoni effettiva, reġjonali u ċċentrata fuq iċ-ċittadin ta’ politika ta’ koeżjoni. Għalhekk, kwalunkwe riallokazzjoni fl-ambitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li titwettaq f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubija (4).

(3)

Il-qafas legali għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jipprevedi rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2025, li joffri opportunità f’waqtha u unika biex il-programmi jiġu ffukati mill-ġdid fuq l-indirizzar ta’ sfidi u opportunitajiet ġodda, biex titħaffef l-implimentazzjoni u biex tiżdied l-effettività tagħhom sabiex jirrispondu kemm għall-prijoritajiet antiki kif ukoll għal dawk ġodda tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għal atti legali tal-Unjoni oħra jew għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

(4)

Fid-dawl tal-importanza tal-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfartagħhom, skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, ta’ u tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għall-użu effettiv u effiċjenti tal-appoġġ ġenerali tal-Unjoni mogħti minn dawk il-Fondital-Unjoni, u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-effett prattiku ta’ dawk il-Fondi tal-Unjoni, l-ammonti li jaqbżu l-ammont ta’ flessibbiltà msemmi fl-Artikolu 86(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, li jikkorrispondu għal objettivi speċifiċi li huma soġġetti għal valutazzjoni negattiva mill-Kummissjoni abbażi tal-applikazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal emenda jew trasferiment tal-programm abbażi tal-prijoritajiet u tal-flessibbilta’ ġodda previsti fid-dispożizzjonijiet emendatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali miżura proporzjonata tikkostitwixxi inċentiva neċessarja, maħsuba biex tiżgura li l-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali u li n-nefqa koperta mill-Fondi tal-Unjoni tissodisfa l-objettivi tal-Unjoni.

Peress li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) huwa ta’ applikazzjoni orizzontali, l-istess rekwiżit jenħtieġ li japplika għall-ammonti li jikkorrispondu għall-impenji sospiżi mill-miżuri adottati abbażi ta’ dak ir-Regolament. L-ammonti fi ħdan l-ammont ta’ flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 86(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/1060 u li jikkorrispondu għall-objettivi speċifiċi soġġetti għal valutazzjoni negattiva mill-Kummissjoni abbażi tal-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali jistgħu jkun soġġetti għal emenda jew trasferiment tal-programm abbażi ta’ prijoritajiet ġodda, dment li tali prijoritajiet ġodda jikkonformaw mal-objettivi li jridu jintlaħqu mill-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali.

(5)

Fil-komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” kif ukoll fil-komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija Affordabbli li jakkumpanjaha, il-Kummissjoni ppreżentat perkors konkret għall-Ewropa biex terġa’ tikseb il-kompetittività tagħha u tiżgura prosperità sostenibbli. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni, stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), diġà jappoġġaw l-investimenti favur l-objettivi klimatiċi kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1060. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiżguraw li d-dekarbonizzazzjoni tkun fattur ewlieni għat-tkabbir tal-industriji Ewropej u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej billi, inter alia, iżidu l-appoġġ għat-teknoloġija nadifa u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, jinvestu fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija li jistgħu jiżguraw Unjoni tal-Enerġija reali u jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni u tal-prodotti.

(6)

Fid-dawl tal-instabbiltà ġeopolitika bla preċedent u l-ħtieġa li l-Unjoni tiżgura d-difiża u l-preparatezza ċivili tagħha stess, il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jenħtieġ li jiġi mobilizzat malajr biex jappoġġa direttament l-investimenti fil-kapaċitajiet tad-difiża u fis-sigurtà ċivili. Għalhekk jeħtieġ li jinħolqu objettivi speċifiċi ġodda għall-appoġġ mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati l-kapaċitajiet industrijali fis-settur tad-difiża u biex ikunu jistgħu jsiru investimenti f’infrastruttura tad-difiża jew b’użu doppju reżiljenti, inkluż bil-ħsieb li titrawwem il-mobbiltà militari u li tissaħħaħ il-preparatezza ċivili, inklużi s-sigurtà ċibernetika u s-sigurtà ċivili li mhumiex neċessarjament relatati mal-mobbiltà, f’konformità mal-ambitu ta’ dawk il-fondi u mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet reġjonali u lokali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-preparatezza ċivili tiġi appoġġata bħala parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali u lokali. Il-kapaċitajiet industrijali biex jitrawmu l-kapaċitajiet tad-difiża jenħtieġ li jkunu relatati mal-iżvilupp teknoloġiku u l-produzzjoni ta’ prodotti tad-difiża u prodotti oħra għal finijiet ta’ difiża, fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 (8), b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw il-possibbiltà prevista fil-qafas legali attwali biex jittrasferixxu b’mod volontarju r-riżorsi allokati lilhom taħt ġestjoni kondiviża għal programmi ġestiti direttament b’objettivi ta’ difiża u sigurtà. F’dak il-kuntest, it-trasferimenti lejn il-pakkett tal-mobbiltà militari fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) jiżguraw interventi kkoordinati tul il-kurituri tal-mobbiltà militari msemmija fil-White Paper Konġunta tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 dwar il-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030. Meta jappoġġaw tali investimenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu, meta applikabbli, il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ir-regoli ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2025/1106 jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-programmi għall-industrija tad-difiża Ewropea. L-investimenti fl-infrastruttura u fil-kapaċitajiet b’użu doppju jenħtieġ li jingħataw prijorità.

(7)

Jenħtieġ li jiġu ddedikati attenzjoni partikolari u appoġġ eċċezzjonali lir-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant tal-Unjoni li jikkonfinaw mar-Russja, mal-Belarussja u mal-Ukrajna, minħabba l-isfidi uniċi tagħhom f’termini ta’ sigurtà u l-importanza ġeopolitika tagħhom. Dawk ir-reġjuni huma partikolarment esposti għat-theddid estern, inklużi attakki ibridi. It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża lokali u tar-reżiljenza tal-komunitajiet f’dawk ir-reġjuni huwa essenzjali mhux biss biex tiġi skoraġġuta aggressjoni potenzjali u biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà Ewropea, iżda anki biex jiġi appoġġat l-iżvilupp reġjonali, tiġi promossa l-koeżjoni soċjali, jinħolqu l-impjiegi u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja.

(8)

Fl-allokazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni diretti lejn l-objettivi relatati mad-difiża, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-proġetti li jippromwovu l-impjiegi, l-iżvilupp tal-ħiliet u d-diversifikazzjoni industrijali fil-livell reġjonali. Jenħtieġ li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u lir-raggruppamenti reġjonali attivi fit-teknoloġiji b’użu doppju, fiċ-ċibersigurtà u fl-intelliġenza artifiċjali, li jiżgura li tali investimenti jaqdu l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

(9)

L-investimenti fit-titjib tan-networks tat-trasport biex jissodisfaw ir-rekwiżiti militari jwasslu wkoll għal benefiċċji sinifikanti għall-mobbiltà ċivili, il-konnettività ekonomika u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-kriżijiet fi ħdan l-Unjoni. Tali investimenti jtejbu l-infrastruttura transfruntiera, inaqqsu l-konġestjonijiet, isaħħu l-preparatezza u jikkontribwixxu għar-reżiljenza tar-reġjuni u tal-ktajjen tal-provvista kritiċi. Barra minn hekk, iċ-ċentri tat-trasport li jippermettu l-implimentazzjoni rapida ta’ servizzi ta’ emerġenza u d-distribuzzjoni ta’ provvisti essenzjali, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kontinwità tal-funzjonijiet vitali u għas-sigurtà nazzjonali.

(10)

Barra minn hekk, sabiex tiġi injettata malajr il-likwidità biex jiġu koperti l-aktar ħtiġijiet urġenti, għal investimenti f’kapaċitajiet u f’infrastruttura ta’ difiża msaħħa, b’mod partikolari, bl-għoti ta’ prijorità lill-kapaċitajiet u infrastruttura b’ użu doppju, kif ukoll lill-preparatezza ċivili, jenħtieġ li jiġu offruti possibbiltajiet ta’ finanzjament addizzjonali. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi previst prefinanzjament addizzjonali ta’ darba ta’ 20 % tal-ammonti pprogrammati taħt tali prijoritajiet iddedikati skont l-objettivi ta’ politika rilevanti tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni u l-possibbiltà li tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament tal-Unjoni.

(11)

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu, fi ħdan l-ambitu ta’ appoġġ rispettiv tagħhom, diġà jipprevedu appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-“Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa” (STEP) stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li għandha l-għan li ssaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa. Sabiex jiġu previsti aktar inċentivi għal investimenti mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni f’dawk l-oqsma kritiċi, jenħtieġ li titneħħa l-limitazzjoni għall-kontribuzzjoni kumplessiva tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għal dawk il-prijoritajiet u jenħtieġ li tiġi estiża l-possibbiltà li l-Istati Membri jirċievu prefinanzjament ogħla għal emendi tal-programm relatati. Il-prijoritajiet li jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP taħt talba għal emenda tal-programm li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2025 għandhom jirċievu l-prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba applikabbli fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ dik it-talba.

Barra minn hekk, il-possibbiltajiet għall-finanzjament ta’ investimenti produttivi li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP f’intrapriżi għajr l-SMEs jenħtieġ li japplikaw għall-Istati Membri u għar-reġjuni kollha bi PDG per capita aktar baxx mill-medja tal-EU-27, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs. Jenħtieġ li tali investimenti jkunu possibbli wkoll f’reġjuni fejn jiffaċilitaw l-aġġustament industrijali marbut mat-tranżizzjoni diġitali, inkluż il-kapaċitajiet diġitali fil-cloud computing, l-IA u s-supercomputing, u d-dekarbonizzazzjoni u ċ-ċirkolarità tal-proċessi tal-produzzjoni u tal-prodotti, bħal fl-industrija tal-karozzi jew fl-industriji intensivi fl-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà prevista għal investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP biex jiffinanzjaw investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jenħtieġ li tiġi estiża għall-investimenti kollha, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs, meta tali investimenti huma meħtieġa għal, inter alia, l-implimentazzjoni tal-fond għal tranżizzjoni ġusta u għal ħolqien ta’ impjiegi.

(12)

Sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija, titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija u tiġi promossa l-mobbiltà nadifa, l-investimenti taħt STEP u l-Faċilità għall-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi prevista fir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jenħtieġ li jiġu kkomplementati bil-ħolqien ta’ objettiv speċifiku ġdid għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-objettiv ta’ politika 2 biex jiġu promossi l-interkonnetturi tal-enerġija u l-infrastruttura tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħżin u ta’ appoġġ relatata, kif ukoll biex dik l-infrastruttura tiġi protetta u salvagwardjata u biex jissaħħaħ il-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar. Infrastruttura tal-enerġija ta’ appoġġ tirreferi għal kwalunkwe faċilità, tagħmir u sistema li jappoġġaw l-interkonnessjoni tas-sistemi tat-trażmissjoni tal-Istati Membri billi jippermettu l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-enerġija. Sabiex jiġu aċċellerati l-investimenti f’dawk l-oqsma, il-prijoritajiet iddedikati għal dak l-objettiv speċifiku jenħtieġ li jibbenefikaw minn prefinanzjament addizzjonali ta’ darba ta’ 20 % tal-ammonti pprogrammati taħt dawk il-prijoritajiet u mill-possibbiltà li tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament tal-Unjoni. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mistennija li jkollhom l-għan li jisfruttaw ammont massimu ta’ finanzjament privat, fejn rilevanti. Dak l-isforz imsaħħaħ ta’ investiment se jippermetti lis-setturi intensivi fl-enerġija jaċċessaw sorsi tal-enerġija aktar stabbli u diversi f’suq intern tal-enerġija inqas frammentat, li jappoġġa s-sostenibbiltà u l-kompetittività tagħhom. Barra minn hekk, l-espansjoni tal-appoġġ tal-FEŻR għall-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni tippermetti lill-industriji intensivi fl-enerġija jagħtu prijorità lill-innovazzjonijiet b’impatt għoli li huma allinjati mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

(13)

Il-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs), jiġifieri proġetti li jappoġġaw u jippromwovu proġetti transfruntiera fuq skala kbira li huma meqjusa bħala essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-Unjoni, huma meqjusa kompatibbli mas-suq intern fejn jippermettu kooperazzjoni trans-Ewropea għal teknoloġiji innovattivi jew infrastrutturi pan-Ewropej. Sabiex jgħin biex jitħaffef it-tfassil ta’ IPCEIs ġodda u implimentazzjoni ta’ IPCEIs eżistenti, l-appoġġ mill-FEŻR għal investimenti fi proġetti li jipparteċipaw f’IPCEI li l-Kummissjoni sabet li huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”, jenħtieġ li jkun permess fil-kategoriji kollha ta’ reġjuni. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għal IPCEI approvat mill-Kummissjoni jenħtieġ li jibbenefikaw minn proċeduri tal-għażla simplifikati.

(14)

L-akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli hija sfida oħra li ġiet fuq quddiem nett minħabba ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet u fil-kirjiet f’dawn l-aħħar snin. Il-gruppi żvantaġġati u l-familji b’introjtu baxx u b’introjtu medju huma partikolarment affettwati u jiffaċċjaw aktar diffikultajiet fl-aċċess għall-akkomodazzjoni u riskju dejjem akbar li jispiċċaw mingħajr dar. Bil-ħsieb li jiġu pprovduti inċentivi għall-Istati Membri u r-reġjuni biex jirduppjaw l-investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, fi ħdan l-ambitu ta’ appoġġ rispettiv tagħhom, fil-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-istokk ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli, inkluża l-akkomodazzjoni soċjali, jenħtieġ li jinħolqu objettivi speċifiċi ġodda taħt objettivi ta’ politika differenti biex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-programmazzjoni tal-interventi għall-akkomodazzjoni taħt prijoritajiet iddedikati, filwaqt li jiġi rrikonoxxut li d-definizzjoni ta’ affordabbiltà tista’ tvarja skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull Stat Membru. Tali prijoritajiet jenħtieġ li jkunu kompatibbli mad-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u jenħtieġ li jinvolvu l-possibbiltà li tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament tal-Unjoni u ta’ prefinanzjament addizzjonali ta’ darba ta’ 20 % tal-ammonti pprogrammati sabiex jittaffa’ l-piż fuq il-baġits pubbliċi fil-kategoriji kollha ta’ reġjuni. Pereżempju, l-investimenti taħt il-prinċipji u l-valuri tal-inizjattiva tal-“Bauhaus Ewropea l-Ġdida” jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ minn dawk il-possibbiltajiet il-ġodda. Il-kostijiet li jirriżultaw mill-kiri temporanju ta’ akkomodazzjoni alternattiva għall-okkupanti matul iż-żmien tar-rinnovazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-appoġġ taħt tali prijoritajiet. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat l-appoġġ tal-JTF f’dak il-kuntest.

(15)

L-ilma għandu rwol vitali bħala riżorsa għas-sigurtà tas-sistemi tal-ikel, tal-enerġija u ekonomiċi. Ir-rwol tiegħu bħala riżorsa huwa wkoll aspett ewlieni biex tiġi żgurata r-reżiljenza għall-klima. Minħabba l-isfidi ppreżentati mill-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma, jenħtieġ li jiġu mħeġġa aktar investimenti fir-reżiljenza idrika. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ilma u tal-baħar jenħtieġ li tissaħħaħ, l-effiċjenza tal-ilma jenħtieġ li titjiebl-iskarsezza tal-ilma jenħtieġ li tiġi indirizzata, u progress lejn Ewropa b’reżiljenza idrika jenħtieġ li jsir, b’mod urġenti. Dik l-implimentazzjoni tirrikjedi investimenti sinifikanti, inkluż fl-użu mill-ġdid tal-ilma għal skopijiet mhux agrikoli, il-bijoteknoloġija blu, l-infrastruttura għall-indirizzar tal-istress idriku u l-prevenzjoni tan-nixfa, l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, ir-restawr ekoloġiku tal-ekosistemi tal-ilma ħelu u t-titjib tat-trattament tal-ilma mormi. Għall-popolazzjonijiet li jgħixu f’reġjuni partikolarment affettwati mill-iskarsezza tal-ilma, id-desalinazzjoni, jekk imwettaq b’mod sostenibbli, kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma”, jista’ jkollha wkoll rwol fundamentali fl-iżgurar ta’ aċċess sigur għall-ilma u għalhekk jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi inkluża referenza għall-aċċess sigur għall-ilma, l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma, inkluż l-immaniġġjar integrat tal-ilma, u r-reżiljenza idrika fl-objettiv speċifiku taħt l-objettiv ta’ politika 2 biex tkun tista’ ssir ġestjoni proattiva bbażata fuq ir-riskju u aktar preparatezza. Il-prijoritajiet iddedikati l-ġodda stabbiliti għal dak l-objettiv speċifiku jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn prefinanzjament addizzjonali ta’ darba ta’ 20 % tal-ammonti pprogrammati u l-possibbiltà ta’ rata ogħla ta’ kofinanzjament sabiex jiġu pprovduti inċentivi għal investimenti kruċjali f’dak il-qasam. Jenħtieġ li jkun possibli wkoll li jiġi pprovdut appoġġ mill-JTF għal investimenti relatati mal-ilma meta tali investimenti jindirizzaw l-istress idriku akut, isaħħu r-reżiljenza għall-klima u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija lokali sostenibbli u diversifikata, anki meta ma jkunux marbutin direttament ma’ proġetti ta’ restawr tal-art.

(16)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu riprogrammazzjoni sinifikanti fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u jiffukaw ir-riżorsi fuq dawk il-prijoritajiet strateġiċi ġodda tal-Unjoni, jenħtieġ li jitneħħew restrizzjonijiet addizzjonali. Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jgħoddu l-ammonti pprogrammati għal prijoritajiet strateġiċi ġodda, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jikkonformawx mal-konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-kategorija tar-reġjun, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP, mal-ammonti meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika. Il-flessibbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn ċertu flessibbiltà fir-rigward tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni għall-klima għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/1060, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti ġenerali ta’ dak l-Artikolu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw ukoll il-possibbiltà li jikkontribwixxu riżorsi mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-kompartiment tal-Istati Membri tal-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) biex jużawhom permezz tal-istrument finanzjarju previst fil-Programm InvestEU.

Fl-aħħar nett, sabiex tkun tista’ ssir riprogrammazzjoni komprensiva lejn il-prijoritajiet strateġiċi l-ġodda fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibbenefikaw minn żmien addizzjonali biex jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom tal-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u l-preżentazzjoni tagħhom tal-emendi tal-programm relatati. Dak iż-żmien addizzjonali għar-riprogrammazzjoni jenħtieġ li japplika wkoll għar-riżorsi tal-JTF fejn ikunu inklużi fi programm flimkien mar-riżorsi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni jew mar-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). L-emendi għall-programmi fl-ambitu tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) jiġu ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(17)

Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni b’mod aktar ġenerali u tiġi injettata l-likwidità meħtieġa biex jiġu implimentati investimenti ewlenin, jenħtieġ li jitħallas prefinanzjament addizzjonali ta’ darba għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għal programmi kemm taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir kif ukoll taħt l-Interreg, meta r-riprogrammazzjoni tikkonċerna sehem sostanzjali tal-programm ġenerali. Jenħtieġ li l-perċentwal ta’ prefinanzjament jiżdied aktar għal ċerti programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir li jkopru reġjun ta’ livell NUTS 2 wieħed jew aktar li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja jew mal-Ukrajna, minħabba l-impatt negattiv tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna fuq dawk ir-reġjuni. Sabiex titħeġġeġ riprogrammazzjoni lejn prijoritajiet ewlenin fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, il-prefinanzjament addizzjonali ta’ darba jenħtieġ li jkun disponibbli biss meta jintlaħaq ċertu livell limitu għar-riallokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għal prijoritajiet kruċjali speċifiċi f’dak il-kuntest.

(18)

Biex jitqies iż-żmien meħtieġ biex l-investimenti jiġu ffukati mill-ġdid fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u biex ikun permess l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli, id-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa u r-regoli tad-diżimpenn jenħtieġ li jiġu aġġustati għall-programmi li jwettqu riallokazzjoni tar-riżorsi għal prijoritajiet strateġiċi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament għall-prijoritajiet fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir li jkopru reġjun ta’ livell NUTS 2 wieħed jew aktar li jmissu mar-Russja, il-Belarussja jew l-Ukrajna, filwaqt li jitqies l-impatt negattiv fuq dawk ir-reġjuni tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa tal-għeluq f’waqtu tal-programmi, il-bidu f’waqtu ta’ programmi ġodda u l-assorbiment sħiħ tal-finanzjament tal-programmi.

(19)

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li jintuża wkoll biex jissaħħaħ ir-rwol kruċjali tal-bliet u taż-żoni urbani funzjonali fit-twettiq ta’ ħafna objettivi tal-Unjoni billi l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali u l-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, għal riallokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji mill-FEŻR biex tissaħħaħ l-Inizjattiva Urbana Ewropea msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/1058. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi ewlenin identifikati taħt l-Inizjattiva Urbana Ewropea, tali azzjonijiet jenħtieġ li jibbenefikaw minn proċedura tal-għażla simplifikata għall-appoġġ taħt il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Biex tissaħħaħ il-flessibbiltà fl-użu tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ukoll il-possibbiltà għal riallokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR mill-programmi tagħhom taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/1058.

(20)

Sabiex jiġi ssimplifikat it-twettiq u jitħaffu l-investimenti, huwa xieraq li jsiru bidliet immirati addizzjonali għall-qafas regolatorju li jirregola l-użu tal-JTF. B’mod partikolari, il-possibbiltà għal proċedura tal-għażla simplifikata għal operazzjonijiet li ġew attribwiti b’Siġill ta’ Eċċellenza jenħtieġ li tiġi estiża għall-JTF. Barra minn hekk, il-limitazzjonijiet għar-reviżjoni tal-miri jenħtieġ li jitneħħew sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà meħtieġa fil-kuntest taċ-ċirkostanzi ta’ implimentazzjoni li qed jinbidlu.

(21)

Biex tappoġġa lill-Istati Membri fir-riprogrammazzjoni rapida u korretta tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi kjarifiki tekniċi f’waqthom u ċari u tappoġġa lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, inkluż permezz ta’ sistema strutturata, billi twieġeb mistoqsijiet tekniċi, legali u proċedurali, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri introdotti minn dan ir-Regolament.

(22)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiffoka mill-ġdid l-investimenti fuq prijoritajiet kritiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u li jissimplifika u jaċċellera t-twettiq tal-politika billi jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(23)

Ir-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(24)

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jkunu jistgħu jsiru investimenti kruċjali, b’mod partikolari fil-kapaċitajiet tad-difiża fil-kuntest ta’ sfidi ġeopolitiċi urġenti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2021/1058

Ir-Regolament (UE) 2021/1058 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), jiżdied il-punt li ġej:

“(vii)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali biex jitrawmu kapaċitajiet ta’ difiża, filwaqt li tingħata prijorità lill-kapaċitajiet b’użu doppju.”

;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (v) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(v)

il-promozzjoni tal-aċċess sigur għall-ilma, l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma, inkluż l-immaniġġjar integrat tal-ilma, u r-reżiljenza idrika;”

;

(2)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(xi)

il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli;

(xii)

il-promozzjoni tal-interkonnetturi tal-enerġija u tal-infrastruttura tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u ta’ appoġġ relatata, kif ukoll il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tal-enerġija u l-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar.”

;

(iii)

fil-punt (c), jiżdied il-punt li ġej:

“(iii)

l-iżvilupp ta’ infrastruttura reżiljenti tad-difiża, filwaqt li tingħata prijorità lil dik b’użu doppju, inkluż biex titrawwem il-mobbiltà militari fl-Unjoni, kif ukoll biex tissaħħaħ il-preparatezza ċivili.”

;

(iv)

fil-punt (d), jiżdied il-punt li ġej:

“(vii)

il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli.”

;

(v)

fil-punt (e), l-ewwel subparagrafu, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(iii)

it-trawwim ta’ żvilupp territorjali integrat, permezz ta’ aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fit-tipi kollha ta’ territorji;

(iv)

l-iżgurar tal-preparatezza ċivili fit-tipi kollha ta’ territorji.”

;

(vi)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-operazzjonijiet appoġġati taħt l-objettiv speċifiku stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), li jrawmu l-mobbiltà militari għandhom jiffokaw primarjament, fejn rilevanti, fuq wieħed jew aktar mill-erba’ Kurituri Prijoritarji tal-Mobbiltà Militari identifikati mill-Istati Membri fl-Anness II tar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-UE u lil hinn minnha kif adottati mill-Kunsill fit-18 ta’ Marzu 2025. L-operazzjonijiet appoġġati li huma parti minn dawk il-Kurituri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-infrastruttura stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj).”;"

(b)

fil-paragrafu 1a, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (b)(ix), għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rilevanti.

Meta emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tħallas 20 % tal-allokazzjoni għal tali prijoritajiet iddedikati kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba flimkien mal-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew fl-Artikolu 51(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Meta tali prijoritajiet iddedikati jkunu ġew inklużi f’emenda tal-programm ippreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba ta’ 30 % tal-allokazzjoni lil dawk il-prijoritajiet kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm. Il-prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba għandu jitħallas fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm.

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1059/oj).”;"

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1c.   Ir-riżorsi taħt l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vii), il-punti (b)(v), (xi) u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u  (iv) , għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rilevanti.

Meta emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tħallas 20 % tal-allokazzjoni għal tali prijoritajiet iddedikati kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba flimkien mal-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fl-Artikolu 51(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1059. Il-prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba għandu jitħallas fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba għandu, skont l-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

Kwalunkwe mgħax iġġenerat minn tali prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba għandu, skont l-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni u jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

Skont l-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, tali prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba ma għandux jiġi sospiż.

Il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu, skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jinkludi kwalunkwe prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba mħallas.

B’deroga mill-Artikolu 112(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbilita biex jiġu appoġġati l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vii), il-punti (b)(v), (xi) u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u (iv), ta’ dan l-Artikolu, għandha tiżdied b’10 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli, mingħajr ma taqbeż 100 %.”

;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġa l-PO 2 u 3, inkluż l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b)(x), (xi) u (xii) u l-punt (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu, sa fejn tali appoġġ ikun konformi mal-ambitu ta’ appoġġ kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7.”

;

(e)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   B’deroga mill-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għall-operazzjonijiet appoġġati taħt l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vii) u (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun meħtieġ jagħmel id-data relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet pubblikament disponibbli meta tali divulgazzjoni ma tkunx permessa għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ordni pubbliku skont l-Artikolu 69(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel ma jagħżlu l-operazzjoni kkonċernata għall-appoġġ. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jaċċessaw l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’rabta mal-verifiki u l-awditi u d-dmir tal-Parlament Ewropew li jeżerċita kontroll politiku skont l-Artikolu 14 tat-TUE u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 319 tat-TFUE.

Il-benefiċjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 50(1), il-punti (c), (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għall-operazzjonijiet marbuta mal-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a)(vii) u (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu, fejn il-wiri pubbliku tal-informazzjoni dwar l-appoġġ jew l-organizzazzjoni ta’ avveniment jew attività ta’ komunikazzjoni mhux meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ordni pubbliku skont l-Artikolu 69(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew mill-anqas darba fis-sena tal-għadd ta’ operazzjonijiet li huma soġġetti għad-deroga prevista fit-tieni subparagrafu, kif ukoll il-kost totali tagħhom, b’mod aggregat, b’kunsiderazzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.”

;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu segwiti matul il-perijodu kollu ta’ programmar, inkluż meta l-allokazzjonijiet tal-FEŻR jiġu trasferiti bejn il-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Meta Stat Membru jippreżenta talba għal emenda ta’ programm f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammonti pprogrammati għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (b)(ix), ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vii), il-punti (b)(v), (xi) u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u (iv), ta’dan ir-Regolament, jistgħu jingħaddu jew għall-ammonti meħtieġa għal PO 1 jew PO 2 jew maqsuma bejn it-tnejn.

Meta Stat Membru jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategorija tar-reġjuni, l-ammonti pprogrammati għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (b)(ix), kif ukoll għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vii), il-punti (b)(v), (xi) u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u (iv), li jaqbżu l-limiti għall-konċentrazzjoni tematika għal kategorija tar-reġjun, jistgħu jingħaddu mal-limiti tal-konċentrazzjoni tematika f’kategoriji oħra ta’ reġjuni fl-istess objettiv ta’ politika.

Dan il-paragrafu għandhu japplika biss meta jiġu ttrasferiti l-allokazzjonijiet għall-objettivi speċifiċi msemmija hawnhekk minn reġjuni aktar żviluppati jew reġjuni fi tranżizzjoni lejn reġjuni anqas żviluppati u minn reġjuni aktar żviluppati lejn reġjuni fi tranżizzjoni.”

;

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

meta jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont il-PO 1 stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (vii), jew għall-objettiv speċifiku skont il-PO 2 stabbilit fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ix), f’reġjuni anqas żviluppati u fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati tal-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-EU-27 imkejjel skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs;”

;

(2)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

meta jikkontribwixxu għal proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni li l-Kummissjoni sabet li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu ‘Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni’, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs;

(g)

meta jiffaċilitaw l-aġġustament industrijali marbut mad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni u tal-prodotti, f’reġjuni anqas żviluppati u fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati tal-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-EU-27 imkejjel skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs.”

;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej;

“Il-punti (e) u (g) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-programmi Interreg meta l-kopertura ġeografika tal-programm fl-Unjoni tikkonsisti esklużivament minn kategoriji ta’ reġjuni stabbiliti f’dawk il-punti.”

;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“10.   Minbarra l-possibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu, bil-qbil tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni kkonċernati, jallokaw riżorsi mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni lill-kompartiment tal-Istati Membri tal-Fond InvestEU biex jużawhom permezz tal-istrument finanzjarju previst fil-Programm InvestEU. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jew ikunu soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u jgħoddu għal-limiti massimi stabbiliti f’dak l-Artikolu, jew jingħaddu b’mod kumulattiv dment li t-trasferimenti totali ma jaqbżux EUR 50 miljun. Ir-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju InvestEU f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-ftehim ta’ kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.

11.   Minbarra l-possibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għal proġetti li jipparteċipaw direttament fi proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni li l-Kumissjoni sabet li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu ‘Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni’, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-FEŻR direttament, dment li tali operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73(2), il-punti (a), (b) u (g), tar-Regolament (UE) 2021/1060.”

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mar-rieżami ta’ nofs it-terminu u l-flessibbilta’ relatata

1.   Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tħallas 1,5 % tal-appoġġ totali mill-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), skont id-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm, bħala prefinanzjament addizzjonali ta’ darba. Dak il-perċentwal ta’ prefinanzjament addizzjonali ta’ darba għandu jiżdied għal 9,5 % għal programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir li jkopru reġjun ta’ livell NUTS 2 wieħed jew aktar li jmissu mar-Russja, il-Belarussja jew l-Ukrajna, dment li dak il-programm ma jkoprix it-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, fejn ir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 li jmissu mar-Russja, il-Belarussja jew l-Ukrajna jiġu inklużi biss fi programmi li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat, il-perċentwal miżjud għandu japplika għal taliprogrammi wkoll.

2.   Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ darba msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika biss meta r-riallokazzjonijiet ta’ mill-inqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għal prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (vii), il-punti (b)(v), (ix), (xi) u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u  (iv) , ikunu ġew approvati fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025 (‘il-limiti ta’ 10 %’).

Ir-riallokazzjonijiet li ġejjin fl-istess programm għandhom jingħaddu wkoll mal-limitu ta’ 10 %:

(a)

riallokazzjonijiet mill-FSE+ għall-prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti skont l-Artikoli 12a, 12c u 12d tar-Regolament (UE) 2021/1057 fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu;

(b)

riallokazzjonijiet mill-JTF għall-prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP jew stabbiliti għall-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu;

(c)

riallokazzjonijiet mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-prijoritajiet iddedikati għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (b)(ix), ta’ dan ir-Regolament jew mill-FSE+ għall-prijoritajiet iddedikati stabbiliti skont l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) 2021/1057 jew mill-JTF għall-prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP approvati f’emendi tal-programm qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu;

(d)

riallokazzjonijiet mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-prijoritajiet stabbiliti għall-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(v), approvati f’emendi tal-programm mill-1 ta’ Jannar 2025.

3.   Ir-riżorsi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont li jikkorrispondi għal-limitu ta’ 10 %:

(a)

riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/1056;

(b)

il-finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 110(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(c)

ir-riżorsi riallokati għall-prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti biex jappoġġaw ir-rispons għad-diżastri naturali skont l-Artikolu 12b tar-Regolament (UE) 2021/1057, jew fl-ambitu tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (b)(x), ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ darba li huwa dovut lill-Stat Membru u li jirriżulta minn emendi tal-programm skont ir-riallokazzjoni tal-prioritajiet msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħadd bħala pagamenti li saru fl-2025 għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummisjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.

5.   B’deroga mill-Artikolu 63(2) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa u d-diżimpenn għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2030 meta l-emendi tal-programm li jirriallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għal prijorità ddedikata waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew approvati.

6.   Meta Stat Membru jkollu programm wieħed biss li jkopri t-territorju kollu tiegħu u dak il-programm ikun iffinanzjat mill-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-FSE+ u mill-JTF, id-deroga msemmija fil-paragrafu 5 għandha tapplika meta mill-inqas 7 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm jiġu riallokati għall-prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2.

7.   Fir-rigward tal-programmi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, meta r-Regolament (UE) 2021/1060 jew wieħed mir-Regolamenti speċifiċi għall-fondi jistabbilixxu d-data finali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-qafas ta’ prestazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja, tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, dik id-data għandha titqies li tirreferi għall-istess data fis-sena ta’ wara. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 2, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2021/1060, għal tali programmi s-sena kontabilistika finali għandha titqies li tirreferi għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2030 sat-30 ta’ Ġunju 2031.

8.   L-Istati Membri jistgħu, f’talbiet għal emendi tal-programm ippreżentati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jitolbu r-riallokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR ipprogrammati taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-Inizjattiva Urbana Ewropea u għall-Istrumenti għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament. Ir-riżorsi riallokati għandhom jiġu implimentati għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Tali riallokazzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu trasferimenti fis-sens tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

9.   F’konformità mal-Artikolu 40(2), il-punt (d), u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060, it-talbiet għal emendi tal-programm għar-riallokazzjoni tar-riżorsi fl-ambitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu għandhom jiġu ppreżentati biss wara l-approvazzjoni mill-kumitat ta’ monitoraġġ. Meta tali riallokazzjoni tikkonċerna riżorsi pprogrammati skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament, għandha ssegwi konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli, f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar l-isħubija.

10.   B’deroga mill-Artikolu 112(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-prijoritajiet fi programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir li jkopru reġjun ta’ livell NUTS 2 wieħed jew aktar li jmissu mar-Russja, il-Belarussja jew l-Ukrajna għandha tiżdied b’10 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli, mingħajr ma jinqabeż il-100 %. Ir-rata ogħla ta’ kofinanzjament ma għandhiex tapplika għal programmi li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm dawk ir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 ma jkunux inklużi biss fi programmi li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat.

Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika biss meta r-riallokazzjonijiet ta’ mill-inqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għall-prijorità ddedikata waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ikunu ġew approvati, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.

11.   Minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2025, jippreżentaw mill-ġdid valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm lill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi), u (vii), il-punti (b)(v), (ix), (xi), u (xii), il-punt (c)(iii), il-punt (d)(vii) u l-punti (e)(iii) u (iv). Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

12.   Meta l-kontribuzzjoni għall-klima tal-Fond ta’ Koeżjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 taqbeż il-mira ta’ 37 % tal-allokazzjoni totali tagħha, l-ammont li jaqbeż dik il-mira jista’ jitqies meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni għall-klima tal-FEŻR għall-fini li tintlaħaq il-mira ta’ 30 % tal-allokazzjoni totali tiegħu. L-ammonti li jaqbżu l-mira tal-kontribuzzjoni għall-klima tal-FEŻR ta’ 30 % tal-allokazzjoni totali tiegħu jistgħu jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni għall-klima tal-Fond ta’ Koeżjoni.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj).”;"

(5)

fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Azzjonijiet innovattivi li ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt l-Inizjattiva Urbana Ewropea, jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa, u ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba restrizzjonijiet baġitarji, jistgħu jiġu attribwiti Siġill ta’ Eċċellenza mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet tas-Siġill ta’ Eċċellenza, l-Inizjattiva Urbana Ewropea titqies li hija sors ieħor tal-Unjoni li huwa distint mill-programmi implimentati u mħejji f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/1060.”

;

(6)

fl-Anness I, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

fl-objettiv ta’ politika 1, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

 

“(vii)

Tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali biex jitrawmu kapaċitajiet ta’ difiża, filwaqt li tingħata prijorità lill-kapaċitajiet b’użu doppju;

Kwalunkwe RCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i) jew (iii)

RCO 128 - L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta mat-trawwim ta’ kapaċitajiet ta’ użu doppju u ta’ difiża (ReArmEU) - intrapriżi

Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i) jew (iii)”

;

(b)

fl-objettiv ta’ politika 2, ir-ringiela għall-objettiv speċifiku (v) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“(v)

Promozzjoni tal-aċċess sigur għall-ilma, l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma, inkluż l-immaniġġjar integrat tal-ilma, u r-reżiljenza idrika

RCO 30 - Tul ta’ pajpijiet ġodda jew imtejba għas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-provvista pubblika tal-ilma - km

RCO 31 - Tul ta’ pajpijiet ġodda jew imtejba għan-network pubbliku għall-ġbir tal-ilma mormi - km

RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma mormi - ekwivalenti għall-popolazzjoni

RCR 41 - Popolazzjoni konnessa ma’ provvista pubblika mtejba tal-ilma - persuni

RCR 42 - Popolazzjoni konnessa, għall-inqas, ma’ trattament pubbliku sekondarju tal-ilma mormi - persuni

RCR 43 - Telf ta’ ilma f’sistemi ta’ distribuzzjoni għall-provvista pubblika tal-ilma - metri kubi fis-sena”

;

(c)

fl-objettiv ta’ politika 2, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

 

“(xi)

Il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli

RCO 18 - Abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija - abitazzjonijiet

RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - persuni

RCR 26 - Konsum annwali tal-enerġija primarja (li minnu: abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) - MWh/sena

RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati - tunnellati ta’ CO2 eq./sena

RCR 67 - Utenti annwali ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - utenti/sena

 

(xii)

Il-promozzjoni tal-interkonnetturi tal-enerġija u tal-infrastruttura tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u ta’ appoġġ relatata, kif ukoll il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tal-enerġija u l-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar

RCO 59 - Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (punti tar-riforniment/tal-irriċarġjar)

RCO 131 - Linji tan-network tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-enerġija u interkonnetturi - mibnija ġodda jew imtejba

RCO 105 - Soluzzjonijiet għall-ħażna tal-elettriku”

 

;

(d)

fl-objettiv ta’ politika 3, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

 

“(iii)

L-iżvilupp ta’ infrastruttura reżiljenti tad-difiża, filwaqt li tingħata prijorità lil dik b’użu doppju, inkluż biex titrawwem il-mobbiltà militari fl-Unjoni, kif ukoll biex tissaħħaħ il-preparatezza ċivili;

Kwalunkwe RCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i) jew (ii)

RCO 129 - Infrastruttura adattata għar-rekwiżiti tal-mobbiltà militari RCO 29 - Kapaċità tax-xelters b’diversi użi mibnija jew rinnovati (persuni)

Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i) jew(ii)”

;

(e)

fl-objettiv ta’ politika 4, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

 

“(vii)

Il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli

RCO 18 - Abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija - abitazzjonijiet

RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni soċjali, affordabbli u sostenibbli ġdida jew modernizzata - persuni

RCR 26 - Konsum annwali tal-enerġija primarja (li minnu: abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) - MWh/sena

RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati - tunnellati ta’ CO2 eq./sena

RCR 67 - Utenti annwali ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - utenti/sena”

;

(f)

fl-objettiv ta’ politika 5, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

 

“(iii)

It-trawwim ta’ żvilupp territorjali integrat, permezz ta’ aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fit-tipi kollha ta’ territorji

RCO 18 - Abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija - abitazzjonijiet

RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali, ġdida jew modernizzata - persuni

RCR 26 - Konsum annwali tal-enerġija primarja (li minnu: abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) - MWh/sena

RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati - tunnellati ta’ CO2 eq./sena

RCR 67 - Utenti annwali ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - utenti/sena”.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (UE) 2021/1056

Ir-Regolament (UE) 2021/1056 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

investimenti f’mobbiltà lokali intelliġenti u sostenibbli, inkluż id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport lokali u l-infrastruttura tiegħu, kif ukoll il-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar;”

;

(ii)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti abbandunati, l-ilma, ir-restawr tal-art u inkluż, fejn meħtieġ, infrastruttura ekoloġika u proġetti bi skop ġdid, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’;”

;

(iii)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(p)

il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli;

(q)

l-appoġġ għas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija meta jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji reġjonali u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja.”

;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(c)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, filwaqt li jinżamm enfasi fuq l-SMEs. Tali investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta, meta l-appoġġ tagħhom huwa meħtieġ għall-ħolqien ta’ impjiegi fit-territorju identifikat u meta ma jwasslux għal rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-għoti ta’ tali appoġġ ma għandux jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fejn dik ir-reviżjoni tkun marbuta esklużivament mal-analiżi tal-lakuni. Għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795, l-apprendistati u l-impjiegi, l-edukazzjoni jew it-taħriġ għal ħiliet ġodda għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess tal-għażla.”

;

(d)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-operazzjonijiet attribwiti Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (45), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għal proġetti li jipparteċipaw direttament fi proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni li l-Kummissjoni sabet li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu ‘Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni’, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-JTF direttament, dment li tali operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta.”

;

(2)

fl-Artikolu 10, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Meta r-riżorsi tal-JTF jiġu pprogrammati bħala prijoritajiet fi programm li jkun fih ukoll riżorsi tal-FEŻR, tal-FSE+ jew tal-Fond ta’ Koeżjoni, minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw mill-ġdid lill-Kummissjoni valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm, filwaqt li jqisu l-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet appoġġati introdotti mir-Regolament (UE) 2025/1914 (*4) sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Tali programm jista’ jibbenefika mill-prefinanzjament addizzjonali ta’ darba msemmi fl-Artikolu 7a(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/1058, meta applikabbli.

Meta tali programm jibbenefika minn skadenza estiża għall-eliġibbiltà tan-nefqa kif ukoll għad-diżimpenn f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) 2021/1058, tali estensjoni għandha tapplika wkoll għar-riżorsi tal-JTF.

6.   Meta r-riżorsi tal-JTF jiġu pprogrammati fi programm iddedikat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet iddedikati biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP jew għall-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, f’konformità mal-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p), ta’ dan ir-Regolament.

Meta mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm jiġu riallokati għal prijorità ddedikata waħda jew aktar imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, fl-2026, tħallas 1,5 % tal-appoġġ totali mill-JTF għall-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba. Barra minn hekk, ir-riallokazzjonijiet għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP approvati fl-emendi tal-programm qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu għandhom jgħoddu wkoll għal-limitu ta’ 10 %. Ir-riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru msemmija fl-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-ammont li jikkorrispondi għall-10 % tar-riżorsi finanzjarji tar-riżorsi tal-programm.

Il-prefinanzjament dovut lill-Istat Membru li jirriżulta mill-emendi tal-programm skont ir-riallokazzjoni għall-prijoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jingħadd bħala pagamenti li saru fl-2025 għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.

B’deroga mill-Artikolu 63(2) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa u tad-diżimpenn għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2030. Dik id-deroga għandha tapplika biss meta jkunu ġew approvati l-emendi tal-programm li jirriallokaw mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għal prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Għal tali programmi, meta r-Regolament (UE) 2021/1060 jistabbilixxi d-data finali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-qafas ta’ prestazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja, tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, dan għandu jinqara bħala li jirreferi għall-istess data fis-sena ta’ wara. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 2, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2021/1060, għal tali programmi s-sena kontabilistika finali għandha titqies li tirreferi għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2030 sat-30 ta’ Ġunju 2031.

Minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw mill-ġdid lill-Kummissjoni valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm, filwaqt li jqisu l-attivitajiet appoġġati introdotti mir-Regolament (UE) 2025/1914 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2025/1914 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu (ĠU L, 2025/1914, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1914/oj.)”;"

(3)

Fl-Artikolu 11(2), il-punti (h) u (i) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(h)

fejn għandu jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;

(i)

fejn għandu jingħata appoġġ lill-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jinżlu taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm dawn l-operazzjonijiet ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi;”

;

(4)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardi stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.”

;

(5)

fl-Anness II, it-test li jirreferi għall-punt (h) tal-Artikolu 11(2) fil-punt 2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha timtela biss jekk jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs:

—

lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġi appoġġati u għal kull waħda minnhom ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment

Aġġorna jew imla’ din it-taqsima permezz tar-reviżjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, skont id-deċiżjoni biex jingħata tali appoġġ.”

;

(6)

fl-Anness III, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“RCO 18 - Abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija - abitazzjonijiet RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - persuni

RCR 26 - Konsum annwali tal-enerġija primarja (li minnu: abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) - MWh/sena RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati - tunnellati ta’ CO2 eq./sena RCR 67 - Utenti annwali ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - utenti/sena”.

Artikolu 3

Limitazzjonijiet fuq emendi tal-programm u trasferimenti

L-ammonti li jikkorrispondu għall-impenji sospiżi mill-miżuri adottati fil-kuntest tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 u l-ammonti li jaqbżu l-ammont ta’ flessibbiltà li jikkorrispondu għall-objettivi speċifiċi soġġetti għal valutazzjoni negattiva mill-Kummissjoni abbażi tal-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/1060 ma għandhomx ikunu soġġetti għal emenda jew trasferiment tal-programm skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2025.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

L. AAGAARD


(1)   ĠU C, C/2025/3197, 2.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3197/oj.

(2)   ĠU C, C/2025/3474, 16.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3474/oj.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Settembru 2025. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2025.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/240/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1804/oj).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1059/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1914/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)